27.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 163/2013

tat-8 ta’ Ottubru 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1027/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 fir-rigward tal-farmakoviġilanza (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 15zb (ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 1027: Ir-Regolament (UE) Nru 1027/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 38).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1027/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Ottubru 2013, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2013 tat-8 ta’ Ottubru 2013 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 38.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  Ara paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.