Brussell, 20.4.2022

COM(2022) 169 final

ANNESS

ta' [...]

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda tal-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE


ANNESS

ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru […]

ta’ […]

li jemenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarju u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/300 tad-19 ta' Frar 2019 li tistabbilixxi pjan ġenerali għall-immaniġġjar ta' kriżijiet fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf 1 għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/300 tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/478/KE, li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Din id-Deċiżjoni għaldaqstant m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

(4)L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 59 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I:

‘60.32019 D 0300: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/300 tad-19 ta' Frar 2019 li tistabbilixxi pjan ġenerali għall-immaniġġjar ta' kriżijiet fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf (ĠU L 50, 21.2.2019, p. 55).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni jinqraw bl-adattament li ġej:

Meta l-Kummissjoni tidentifika sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li fiha Stat tal-EFTA jkun ikkonċernat direttament u jistabbilixxi unità ta’ kriżi skont l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-koordinatur(i) ta’ kriżi maħtur(a) mill-Istat tal-EFTA direttament ikkonċernat u l-koordinatur ta’ kriżi maħtur mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-ħidma tal-unità ta’ kriżi.”

2.Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 47a (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011) tal-Kapitolu II:

‘47b. 32019 D 0300: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/300 tad-19 ta' Frar 2019 li tistabbilixxi pjan ġenerali għall-immaniġġjar ta' kriżijiet fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf (ĠU L 50, 21.2.2019, p. 55).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni jinqraw bl-adattament li ġej:

Meta l-Kummissjoni tidentifika sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li fiha Stat tal-EFTA jkun ikkonċernat direttament u jistabbilixxi unità ta’ kriżi skont l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-koordinatur(i) ta’ kriżi maħtur(a) mill-Istat tal-EFTA direttament ikkonċernat u l-koordinatur ta’ kriżi maħtur mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-ħidma tal-unità ta’ kriżi.”

3.It-test tal-punti 31 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/478/KE) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I u 43 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/478/KE) tal-Kapitolu II jitħassar.

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/300 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi [...], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE 2*.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, […].

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President

   […]

   Is-Segretarji

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

                       […]

(1)    ĠU L 50, 21.2.2019, p. 55.
(2) *    [Ma huwa indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.]