<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-679/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0679</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:167">EU:C:2020:167</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200305">5.3.2020</DATE> – Kawża C‑679/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">OPR‑Finance</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tal-kreditur li jivverifika l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li tiġi invokata l-preskrizzjoni kontra l-eċċezzjoni ta’ nullità tal-kuntratt imqajma mill-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 23</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Natura effettiva, proporzjonata u dissważiva</KEYWORD><KEYWORD>Qorti nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Eżami <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-osservanza tal-imsemmi obbligu</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑679/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Okresní soud v Ostravě (il-Qorti Distrettwali ta’ Ostrava, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20181105">5 ta’ Novembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">OPR‑Finance s. r. o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">GK,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, T. von Danwitz u A. Kumin (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Longar, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20190904">4 ta’ Settembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u S. Šindelková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa, J. Marques u C. Farto, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Goddin u P. Němečková, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20191114">14 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 8 u 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 133, p. 66</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="46" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 234, p. 46</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="207" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 207, p. 14</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn OPR‑Finance s. r. o. u GK rigward talba għal ħlas ta’ somom li għadhom dovuti taħt kuntratt ta’ kreditu li l-imsemmija kumpannija kienet tat lil din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 7, 9, 26, 28 u 47 tad-Direttiva 2008/48 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(7)</NO.P><TXT>Sabiex ikun faċilitat l-iżvilupp ta’ suq intern ta’ kreditu lill-konsumaturi li jiffunzjona tajjeb, jeħtieġ li jsir provvediment għal qafas Komunitarju armonizzat f’numru ta’ oqsma ċentrali. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Armonizzazzjoni sħiħa hija meħtieġa biex tiżgura li l-konsumaturi kollha fil-Komunità igawdu livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni ta’ l-interessi tagħhom u biex jinħoloq suq intern ġenwin. L-Istati Membri għalhekk m’għandhomx jitħallew iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali għajr dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu, tali restrizzjoni għandha tapplika biss fejn hemm dispożizzjonijiet armonizzati f’din id-Direttiva. Fejn tali dispożizzjonijiet armonizzati ma jeżistux, l-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali. […] Eżempju ieħor ta’ din il-possibbiltà għall-Istati Membri jista’ jkun li jinżammu jew jiġu introdotti dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-kanċellazzjoni ta’ kuntratt ta’ bejgħ ta’ merkanzija jew il-forniment ta’ servizzi jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu li jirtira mill-ftehim ta’ kreditu. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT>[…] Fis-suq ta’ kreditu li qed jikber huwa, b’mod partikolari, importanti li l-kredituri jiddeżistu milli a jimpenjaw ruħhom f’self irresponsabbli jew jagħtu kreditu qabel ma jivvalutaw l-affidabbilità finanzjarja, u l-Istati Membri għandhom jwettqu s-superviżjoni meħtieġa biex tiġi evitata tali mġieba u għandhom jiddeterminaw il-mezzi meħtieġa biex jissanzjonaw lil kredituri fil-każ fejn dan jiġri. […] [I]l-kredituri għandhom iġorru ir-responsabbiltà li jivverifikaw individwalment is-solvibbiltà tal-konsumatur. Għal dan il-għan huma għandhom ikunu permessi li jużaw informazzjoni provduta mill-konsumatur mhux biss matul it-tħejjija tal-ftehim ta’ kreditu konċernat, iżda anki matul relazzjoni kummerċjali li tkun ilha teżisti. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu wkoll struzzjonijiet u linji gwida adatti lill-kredituri. Il-konsumaturi għandhom jaġixxu wkoll bi prudenza u jirrispettaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(28)</NO.P><TXT>Sabiex jivvaluta l-istatus ta’ kreditu ta’ konsumatur, il-kreditur għandu wkoll jikkonsulta databases rilevanti; iċ-ċirkostanzi legali u attwali jistgħu jirrikjedu li tali konsultazzjonijiet ivarjaw fil-profondità. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(47)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjoniali adottati f’konformita’ ma’ din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Filwaqt li l-għażla tal-penali tibqa’ fid-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri, il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, il-kreditur jivvaluta l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur abbażi ta’ informazzjoni suffiċjenti, fejn ikun il-każ miksuba mill-konsumatur u, fejn ikun meħtieġ, abbażi ta’ konsultazzjoni tad-database rilevanti. L-Istati Membri fejn il-leġiżlazzjoni fil-preżent diġà tirrikjedi li l-kredituri jivvalutaw l-affidabilità finanzjarja tal-konsumaturi fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni tad-database rilevanti jistgħu jżommu dan ir-rekwiżit.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Penali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċek</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Nru 257/2016 dwar il-Kreditu għall-Konsumatur</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/48 ġiet trasposta fid-dritt Ċek permezz taż-Zákon č. 257/2016 Sb., o spotřebitelském úvěru (il-Liġi Nru 257/2016 dwar il-Kreditu għall-Konsumatur).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 86 ta’ din il-liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="086.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur jew qabel ma ssir bidla fl-obbligi li jirriżultaw minn tali kuntratt u li tirriżulta f’żieda sinjifikattiva fl-ammont totali ta’ kreditu għall-konsumatur, il-kreditur għandu jevalwa l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, fuq il-bażi ta’ informazzjoni meħtieġa, affidabbli, suffiċjenti u proporzjonata, ipprovduta mill-konsumatur u, fejn neċessarju, billi jikkonsulta database li tippermetti evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, jew minn sorsi oħra. Il-kreditur għandu jagħti kreditu lill-konsumatur biss jekk l-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur ma tirriżultax f’dubju raġonevoli dwar il-kapaċità tal-konsumatur li jirrimborsa l-kreditu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, il-kreditur għandu jevalwa b’mod partikolari l-kapaċità ta’ dan tal-aħħar li jagħmel ir-rimborsi regolari miftiehma tal-kreditu għall-konsumatur, u dan abbażi ta’ tqabbil bejn id-dħul u l-infiq tal-konsumatur u abbażi tal-osservanza tad-dejn eżistenti. Huwa għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-valur tal-beni biss jekk mill-kuntratt konkluż ma’ konsumatur jirriżulta li l-kreditu għall-konsumatur għandu jiġi rrimborsat<?PAGE NO="4"?> parzjalment jew kollu kemm hu permezz tal-qligħ mill-bejgħ tal-beni tal-konsumatur u mhux permezz ta’ ħlasijiet regolari, jew jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur turi li huwa ser ikun jista’ jirrimborsa l-kreditu għall-konsumatur indipendentement mill-qligħ tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 87 tal-imsemmija liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tiġi evalwata l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Meta l-kreditur jagħti kreditu għall-konsumatur lill-konsumatur bi ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 86(1), il-kuntratt huwa null. Il-konsumatur jista’ jinvoka n-nullità f’terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin li jibda jiddekorri mid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt. Il-konsumatur huwa obbligat jirrimborsa l-ammont tal-kreditu għall-konsumatur li ngħata lilu f’perijodu proporzjonat mal-kapaċità finanzjarja tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Nru 89/2012 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ċivili</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 586 taż-zákon č. 89/2012 Sb., občanský zákoník (il-Liġi Nru 89/2012 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ċivili), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="586.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Meta n-nullità ta’ att ġuridiku tkun prevista sabiex tipproteġi l-interessi ta’ persuna speċifika, din il-persuna biss tista’ tinvoka n-nullità tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="586.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk in-nullità tal-att ġuridiku ma tiġix invokata mill-persuna awtorizzata, l-att ġuridiku għandu jiġi kkunsidrat validu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20170421">21 ta’ April 2017</DATE>, GK ikkonkludiet ma’ OPR‑Finance, b’kuntratt mill-bogħod, ftehim ta’ kreditu li jiġġedded, li abbażi tiegħu din tal-aħħar ipprovdiet somma ta’ <FT TYPE="NUMBER">4900</FT> koruna Ċeka (CZK) (madwar EUR 192) lil tal-ewwel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li GK ma għamlitx il-pagamenti dovuti, OPR‑Finance, fis-<DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, ressqet il-kawża quddiem l-Okresní soud v Ostravě (il-Qorti Distrettwali ta’ Ostrava, ir-Repubblika Ċeka), sabiex GK tiġi kkundannata tħallas somma ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">7839</FT> (madwar EUR 307) flimkien mal-interessi moratorji mill-<DATE ISO="20171001">1 ta’ Ottubru 2017</DATE> sal-pagament sħiħ ta’ din is-somma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, matul il-proċedura fil-kawża prinċipali, minn naħa, OPR‑Finance ma affermatx, u wisq inqas ipproduċiet il-prova, li, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu inkwistjoni, hija kienet evalwat l-affidabbiltà kreditizja tal-persuna li ssellfet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, GK ma eċċepietx in-nullità tal-kuntratt li tirriżulta minn dan il-fatt. Issa, skont l-Artikolu 87(1) tal-Liġi Nru 257/2016 dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, is-sanzjoni tan-nullità tal-kreditu tapplika biss fuq it-talba tal-konsumatur. Il-qorti tar-rinviju tqis li tali regola tmur kontra l-protezzjoni tal-konsumatur, hekk kif hija ggarantita permezz tad-Direttiva 2008/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tosserva, fl-ewwel lok, li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-qrati Ċeki u skont il-kummentarji Ċeki, il-qorti nazzjonali hija pprojbita milli tapplika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> s-sanzjoni ta’ nullità relattiva li tirriżulta mill-Artikolu 87(1) tal-Liġi Nru 257/2016 dwar il-Kreditu għall-Konsumatur. It-tieni nett, skont l-imsemmija qorti, huwa estremament rari li l-konsumaturi, li, fil-parti l-kbira tat-tilwimiet fil-qasam tal-kreditu għall-konsumatur ma humiex irrappreżentati minn avukat, iqajmu eċċezzjoni ta’ nullità tal-kuntratt abbażi tal-fatt li l-kreditur ma jkunx evalwa l-affidabbiltà kreditizja tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali b’mod konformi mad-Direttiva 2008/48, li tkun timplika li l-qorti nazzjonali għandha tapplika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> s-sanzjoni prevista fl-Artikolu 87(1) tal-Liġi Nru 257/2016 dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, twassalx għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Okresní soud v Ostravě (il-Qorti Disrettwali ta’ Ostrava) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 8 u tal-Artikolu 23 tad-Direttiva [2008/48] […] jipprekludu leġiżlazzjoni li, f’każ ta’ ksur tal-obbligu li jaqa’ fuq il-kreditur, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu, li jevalwa l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur, tipprevedi bħala sanzjoni n-nullità tal-kuntratt ta’ kreditu flimkien mal-obbligu għall-konsumatur li jħallas lura lill-kreditur il-kapital f’terminu propozjonat mal-possibbiltajiet tiegħu, din is-sanzjoni (nullità tal-kuntratt ta’ kreditu) tapplika biss jekk il-konsumatur jinvokaha (jiġifieri li jeċċepixxi min-nullità tal-kuntratt) f’terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 8 u tal-Artikolu 23 tad-Direttiva [2008/48] […] huma l-bażi tal-obbligu għal qorti nazzjonali li tapplika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> (jiġifieri anki jekk il-konsumatur ma jitlobhiex attivament) is-sanzjoni prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-ksur, mill-kreditur, tal-obbligu tiegħu li jevalwa l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48, moqri flimkien mal-Artikolu 23 ta’ din, għandux jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, huwa jeżiġi li qorti nazzjonali teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-eżistenza ta’ ksur tal-obbligu prekuntrattwali tal-kreditur li jevalwa l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, previst fl-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, u li tiddeduċi l-konsegwenzi li jirriżultaw fid-dritt nazzjonali minn ksur ta’ dan l-obbligu u, min-naħa l-oħra, fis-sens li huwa jipprekludi sistema nazzjonali li taħtha tali ksur jiġi ssanzjonat permezz tan-nullità tal-kuntratt ta’ kreditu, flimkien mal-obbligu għal dan il-konsumatur li jirrimborsa lill-imsemmi kreditur is-somma prinċipali f’perijodu proporzjonat mal-kapaċità finanzjarja tiegħu, biss bil-kundizzjoni li l-imsemmi konsumatur jinvoka din in-nullità u jagħmel dan f’terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja fakkret bosta drabi l-obbligu tal-qorti nazzjonali li teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-ksur ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-konsum (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Tali rekwiżit huwa ġġustifikat permezz tal-kunsiderazzjoni li s-sistema ta’ protezzjoni hija bbażata, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fuq l-idea li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità fil-konfront tal-bejjiegħ jew il-fornitur f’dak li jirrigwarda kemm is-setgħa ta’ negozjar kif ukoll il-livell ta’ informazzjoni, u din hija sitwazzjoni li twasslu sabiex jaderixxi mal-kundizzjonijiet redatti minn qabel mill-bejjiegħ jew mill-fornitur mingħajr ma jkun jista’ jeżerċita influwenza fuq il-kontenut ta’ dawn (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48, moqri fid-dawl tal-premessa 28 ta’ din, jirriżulta li, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kreditu, il-kreditur huwa obbligat li jevalwa l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, u dan l-obbligu jista’, jekk ikun il-każ, jinkludi l-konsultazzjoni tad-databases rilevanti. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-imsemmi obbligu huwa intiż, skont il-premessa 26 ta’ din id-direttiva, sabiex il-kreditur iġorr ir-responsabbiltà u jiġi evitat li dan tal-aħħar jagħti kreditu lil konsumaturi li ma għandhomx affidabbiltà kreditizja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali obbligu, sa fejn huwa intiż sabiex jipproteġi lill-konsumaturi mir-riskji ta’ dejn eċċessiv u ta’ insolvenza, jgħin sabiex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva 2008/48, li jikkonsisti, kif jirriżulta mill-premessi 7 u 9 ta’ din, f’li tiġi prevista, fil-qasam ta’ kreditu għall-konsumaturi, armonizzazzjoni kompleta u imperattiva f’numru speċifiku ta’ oqsma ċentrali, li titqies bħala neċessarja sabiex jiġi żgurat lill-konsumaturi kollha tal-Unjoni Ewropea livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-interessi tagħhom u sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ suq intern tal-kreditu għall-konsumatur li jiffunzjona tajjeb (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>LCL Le Crédit Lyonnais</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑565/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:190">EU:C:2014:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, dan l-obbligu huwa, għall-konsumatur, ta’ importanza fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm riskju sinjifikattiv li, b’mod partikolari minħabba li ma jkunx jaf, il-konsumatur ma jinvokax ir-regola ta’ dritt intiża sabiex tipproteġih (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48, li jgħin ukoll għat-twettiq tal-għan ta’ din id-direttiva, kif imfakkar fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, il-protezzjoni effettiva tal-konsumatur ma tkunx tista’ tintlaħaq jekk il-qorti nazjonali ma tkunx marbuta, ladarba jkollha l-elementi ta’ liġi u ta’ fatt neċessarji għal dan il-għan, li teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-obbligu tal-kreditur, stabbilit fl-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minbarra dan, meta l-qorti nazzjonali tkun ikkonstatat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-ksur ta’ dan l-obbligu, hija għandha, mingħajr ma tistenna li l-konsumatur iressaq talba f’dan is-sens, tiddeduċi l-konsegwenzi kollha li jirriżultaw, skont id-dritt nazzjonali, minn tali ksur, bil-kundizzjoni li jiġi osservat il-prinċipju ta’ kontradittorju u bil-kundizzjoni li s-sanzjonijiet stabbiliti minnu josservaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 23 ta’ din id-direttiva jipprevedi, minn naħa, li s-sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva għandha tiġi ddefinita b’mod li s-sanzjonijiet ikunu effettivi, proporzjonati kif ukoll dissważivi u, min-naħa l-oħra, li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha li huma neċessarji sabiex jagħmlu mod li dawn jiġu applikati. F’dawn il-limiti, l-għażla tal-imsemmija sistema ta’ sanzjonijiet titħalla fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>LCL Le Crédit Lyonnais</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑565/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:190">EU:C:2014:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita rigward il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, filwaqt li jżommu l-għażla tas-sanzjonijiet, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li l-ksur tad-dritt tal-Unjoni jiġi ssanzjonat f’kundizzjonijiet, kemm sostantivi kif ukoll proċedurali, li jkunu analogi għal dawk applikabbli għall-ksur tad-dritt nazzjonali li jkun ta’ natura u ta’ importanza simili u li, f’kull każ, huma għandhom jagħmlu s-sanzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>LCL Le Crédit Lyonnais</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑565/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:190">EU:C:2014:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ħruxija tas-sanzjonijiet għandha tkun proporzjonata mal-gravità tal-ksur li fir-rigward tiegħu jiġu imposti, b’mod partikolari billi jiġi żgurat effett dissważiv, filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Home Credit Slovakia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:842">EU:C:2016:842</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li huma l-qrati nazzjonali, li huma l-uniċi li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jinterpretaw u japplikaw id-dritt nazzjonali, li għandhom jaraw li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ inkwistjoni, l-imsemmija sanzjonijiet jissodisfaw tali rekwiżiti u jkunu ta’ natura effettiva, proporzjonata u dissważiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, meta tiddeċiedi fuq rinviju għal deċiżjoni preliminari, tista’, madankollu, tagħti kjarifiki intiżi sabiex jiggwidaw lill-imsemmija qrati fl-evalwazzjoni tagħhom (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fit-talba għal deċiżjoni preliminari, il-ksur tal-obbligu prekuntrattwali tal-kreditur li jevalwa l-affidabbiltà kreditizja tal-persuna li tissellef, impost fl-Artikolu 86 tal-Liġi Nru 257/2016 dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, huwa ssanzjonat, skont l-Artikolu 87 ta’ din il-liġi, bin-nullità tal-kuntratt ta’ kreditu, flimkien mal-obbligu għall-konsumatur li jirrimborsa lill-kreditur biss is-somma prinċipali f’perijodu proporzjonat mal-kapaċità finanzjarja tiegħu, bil-kundizzjoni li dan il-konsumatur jinvoka din in-nullità, u dan f’terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin, li jibda jiddekorri mill-konklużjoni tal-kuntratt. B’dan il-mod, fil-każ li tiġi applikata s-sanzjoni prevista mill-imsemmija liġi, jiġifieri n-nullità tal-kuntratt ta’ kreditu, il-kreditur jitlef id-drittijiet tiegħu għall-ħlas tal-interessi u tal-ispejjeż miftiehma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, sa fejn l-applikazzjoni ta’ tali sanzjoni twassal sabiex il-kreditur ma jibqax ikollu dritt għall-interessi u għall-ispejjeż miftiehma, l-imsemmija sanzjoni tidher li hija proporzjonata mal-gravità tal-ksur fir-rigward ta’ liema hija imposta u, b’mod partikolari, għandha effett realment dissważiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>LCL Le Crédit Lyonnais</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑565/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:190">EU:C:2014:190</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Home Credit Slovakia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:842">EU:C:2016:842</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi speċifikat li, fid-dawl tal-importanza tal-għan ta’ protezzjoni tal-konsumaturi inerenti fl-obbligu ta’ verifika, mill-kreditur, tal-affidabbiltà kreditizja tal-persuna li tissellef, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, kieku s-sanzjoni tat-telf tal-interessi kienet tinsab, fil-prattika, imdgħajfa, jew saħansitra purament u sempliċement miġjuba fix-xejn, minn dan jirriżulta neċessarjament li din ma tkunx ta’ natura realment dissważiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>LCL Le Crédit Lyonnais</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑565/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:190">EU:C:2014:190</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-applikazzjoni tas-sanzjoni ta’ nullità tal-kuntratt ta’ kreditu hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-konsumatur jinvoka din in-nullità, u dan f’terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin. Fir-rigward ta’ dan il-fatt imsemmi l-aħħar, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, il-modalitajiet intiżi sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni jaqgħu taħt l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru, skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, bil-kundizzjoni, madankollu, li huma ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u li ma jirrendux impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CA Consumer Finance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2464">EU:C:2014:2464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha l-ebda element tali li jqajjem dubju rigward il-konformità ma’ dan il-prinċipju tal-kundizzjoni rigward it-terminu ta’ preskrizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, biżżejjed jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punti 23 u 24 ta’ din is-sentenza, il-protezzjoni effettiva tal-konsumatur teżiġi, f’sitwazzjoni li fiha l-kreditur iressaq azzjoni bbażata fuq il-kuntratt ta’ kreditu kontra l-konsumatur, li l-qorti nazzjonali teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-osservanza, mill-kreditur, tal-obbligu previst fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48 u, jekk hija tikkonstata ksur ta’ dan l-obbligu, li tiddeduċi l-konsegwenzi previsti mid-dritt nazzjonali, mingħajr ma tistenna li l-konsumatur iressaq talba f’dan is-sens, bil-kundizzjoni li jiġi osservat il-prinċipju ta’ kontradittorju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ sanzjoni bħalma hija n-nullità tal-kuntratt ta’ kreditu, flimkien mal-obbligu li tiġi rrimborsata s-somma prinċipali, għandu jiġi speċifikat li, meta l-konsumatur jesprimi opinjoni li ma tkunx favorevoli għall-applikazzjoni ta’ tali sanzjoni, din l-opinjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Pannon GSM</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:350">EU:C:2009:350</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Banif Plus Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:88">EU:C:2013:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-prinċipju ta’ effettività jipprekludi l-kundizzjoni li s-sanzjoni ta’ nullità tal-kuntratt ta’ kreditu, flimkien mal-obbligu li titħallas lura s-somma prinċipali, applikabbli fil-każ ta’ ksur, mill-kreditur, tal-obbligu previst fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48, għandha tiġi invokata mill-konsumatur, u dan f’terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax titqiegħed f’dubju bl-argument invokat mill-Gvern Ċek, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, fis-sens li d-dispożizzjonijiet nazzjonali marbuta mal-istħarriġ prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprevedu wkoll sanzjoni amministrattiva fil-forma ta’ multa li tista’ titla’ sa CZK 20 miljun (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">783000</FT>) fil-każ ta’ għoti ta’ kreditu bi ksur tal-obbligu li tiġi evalwata l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li l-Kummissjoni Ewropea sostniet, waqt is-seduta, mingħajr ma ġiet kontradetta, li l-awtorità Ċeka ta’ kontroll kompetenti, jiġifieri l-bank nazzjonali Ċek, qatt ma kkomunikat deċiżjoni rigward l-impożizzjoni ta’ multi għal ksur, mill-kreditur, ta’ dan l-obbligu. Barra minn hekk, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 82 tal-konklużjonijiet tagħha, tali sanzjonijiet ma humiex, minnhom innifishom, tali li jiżguraw b’mod suffiċjentement effettiv il-protezzjoni tal-konsumaturi mir-riskji ta’ dejn eċċessiv u ta’ insolvenza mfittxija permezz tad-Direttiva 2008/48, sa fejn huma ma għandhomx effett fuq is-sitwazzjoni tal-konsumatur li lilu ngħata kuntratt ta’ kreditu bi ksur tal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’kull każ, ladarba l-leġiżlatur nazzjonali, bħal f’dan il-każ, ikun ippreveda, sabiex jissanzjona tali ksur, minbarra sanzjoni amministrattiva, sanzjoni ta’ dritt ċivili li tista’ tibbenefika lill-konsumatur ikkonċernat, din is-sanzjoni għandha, fid-dawl tal-importanza partikolari mogħtija mid-Direttiva 2008/48 lill-protezzjoni tal-konsumaturi, tiġi implimentata b’osservanza tal-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fit-talba għal deċiżjoni preliminari, skont ġurisprudenza stabbilita tal-qrati Ċeki, il-qorti nazzjonali hija pprojbita milli tapplika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> s-sanzjoni ta’ nullità tal-kuntratt ta’ kreditu, flimkien mal-obbligu ta’ ħlas lura tas-somma prinċipali, prevista fil-każ ta’ ksur tal-obbligu prekuntrattwali tal-kreditur li jevalwa l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din il-projbizzjoni, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-applikazzjoni tad-dritt intern, il-qrati nazzjonali għandhom jinterpretawh sa fejn huwa possibbli fid-dawl tat-test u tal-għan tad-Direttiva 2008/48 sabiex jintlaħaq ir-riżultat intiż minn din u, għaldaqstant, għandhom jikkonformaw ruħhom mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE. Dan l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali huwa fil-fatt inerenti fis-sistema tat-Trattat FUE sa fejn huwa jippermetti lill-qrati nazzjonali jiżguraw, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, l-effikaċja sħiħa tad-dritt tal-Unjoni meta huma jiddeċiedu fuq it-tilwim imressaq quddiemhom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet bosta drabi li l-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi jeżiġi li l-qrati nazzjonali jagħmlu dak kollu li jaqa’ taħt il-kompetenza tagħhom billi jieħdu inkunsiderazzjoni d-dritt intern kollu u billi japplikaw metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti minnha, sabiex tiġi ggarantita l-effettività sħiħa tad-direttiva inkwistjoni u sabiex tinstab soluzzjoni li tkun konformi mal-għan segwit minn din (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Dominguez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑282/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:33">EU:C:2012:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-qrati nazzjonali, inklużi dawk li jagħtu deċiżjoni finali, għandhom jimmodifikaw, jekk ikun il-każ, ġurisprudenza nazzjonali stabbilita jekk din tkun ibbażata fuq interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali inkompatibbli mal-għanijiet ta’ direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Pohotovosť</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:665">EU:C:2019:665</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju ma tistax, fil-kawża prinċipali, issostni validament li hija tinsab fl-impossibbiltà li tinterpreta d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni, minħabba s-sempliċi fatt li dawn id-dispożizzjonijiet ġew interpretati, mill-qrati Ċeki, f’sens li ma huwiex kompatibbli ma’ dan id-dritt. Għalhekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura l-effett sħiħ tad-Direttiva 2008/48 billi, jekk hemm bżonn, ma tapplikax, fuq l-inizjattiva tagħha stess, l-interpretazzjoni adottata mill-qrati Ċeki, jekk din l-interpretazzjoni ma tkunx kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ognyanov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑554/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:835">EU:C:2016:835</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi huwa limitat mill-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari mill-prinċipju ta’ ċertezza legali, fis-sens li huwa ma jistax iservi ta’ bażi għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domandi preliminari għandha tkun li l-Artikoli 8 u 23 tad-Direttiva 2008/48 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jeżiġu li qorti nazzjonali teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-eżistenza ta’ ksur tal-obbligu prekuntrattwali tal-kreditur li jevalwa l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, previst fl-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, u li tiddeduċi l-konsegwenzi kollha li jirriżultaw, skont id-dritt nazzjonali, minn ksur ta’ dan l-obbligu, bil-kundizzjoni li s-sanzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-imsemmi Artikolu 23. L-Artikoli 8 u 23 tad-Direttiva 2008/48 għandhom ukoll jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu sistema nazzjonali bis-saħħa ta’ liema l-ksur mill-kreditur tal-obbligu prekuntrattwali tiegħu li jevalwa l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur huwa ssanzjonat bin-nullità tal-kuntratt ta’ kreditu, flimkien mal-obbligu għal dan il-konsumatur li jirrimborsa lill-kreditur is-somma prinċipali f’perijodu proporzjonat mal-kapaċità finanzjarja tiegħu, biss bil-kundizzjoni li l-imsemmi konsumatur jinvoka din in-nullità, u dan f’terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 8 u 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jeżiġu li qorti nazzjonali teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-eżistenza ta’ ksur tal-obbligu prekuntrattwali tal-kreditur li jevalwa l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, previst fl-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, u li tiddeduċi l-konsegwenzi kollha li jirriżultaw, skont id-dritt nazzjonali, minn ksur ta’ dan l-obbligu, bil-kundizzjoni li s-sanzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-imsemmi Artikolu 23. L-Artikoli 8 u 23 tad-Direttiva 2008/48 għandhom ukoll jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu sistema nazzjonali bis-saħħa ta’ liema l-ksur mill-kreditur tal-obbligu prekuntrattwali tiegħu li jevalwa l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur huwa ssanzjonat bin-nullità tal-kuntratt ta’<?PAGE NO="10"?> kreditu, flimkien mal-obbligu għal dan il-konsumatur li jirrimborsa lill-kreditur is-somma prinċipali f’perijodu proporzjonat mal-kapaċità finanzjarja tiegħu, biss bil-kundizzjoni li l-imsemmi konsumatur jinvoka din in-nullità, u dan f’terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>