|
16.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 967/2009
tal-15 ta’ Ottubru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 dwar l-esportazzjoni għall-irkupru ta' ċertu skart lil ċerti pajjiżi li mhumiex fl-OECD
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar kunsinni ta’ skart (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(2) tiegħu,
Wara konsultazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati,
Billi:
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet minn Montenegro, in-Nepal, is-Serbja u Singapore għat-talbiet bil-miktub tagħha għal konferma bil-miktub li l-iskart elenkat fil-lista fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u li l-esportazzjoni tiegħu mhix ipprojbita skont l-Artikolu 36 jista’ jiġi esportat mill-Komunità għall-irkupru f’dawn il-pajjiżi u għal indikazzjoni minn għandhom dwar liema proċedura ta’ kontroll, jekk dan hu l-każ, se tiġi segwita hemmhekk. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll aktar tagħrif rigward Hong Kong, l-Indoneżja u l-Ukraina. L-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 (2) għandu għalhekk jiġi emendat biex jikkunsidra dan,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1a tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 1a
It-tweġibiet li waslu wara talba bil-miktub mill-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma elenkati fl-Anness.
Fejn fl-Anness huwa indikat li pajjiż, fir-rigward ta' ċerti kunsinni ta' skart, ma jipprojbihomx jew ma japplikax il-proċedura ta' notifika u kunsens minn qabel bil-miktub kif deskritt fl-Artikolu 35 ta' dak ir-Regolament, l-Artikolu 18 ta' dak ir-Regolament għandu japplika bil-modifikazzjonijiet kollha li għandhom isiru għal dawn il-kunsinni.”
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 hu emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjoni għal Hong Kong dwar il-kodiċi tal-iskart B3010 tinbidel b'dan li ġej: “Ħong Kong
|
|
(2) |
L-annotazzjoni għall-Indoneżja hi modifikata fir-rigward tal-iskart li ġej: “L-Indoneżja
|
|
(3) |
Wara l-annotazzjoni għall-Moldova (ir-Repubblika tal-Moldova) tidħol l-annotazzjoni li ġejja: “Montenegro
|
|
(4) |
Wara l-annotazzjoni għall-Marokk tidħol l-annotazzjoni li ġejja: “In-Nepal
|
|
(5) |
Wara l-annotazzjoni għar-Russja (il-Federazzjoni Russa) tidħol l-annotazzjoni li ġejja: “Is-Serbja
|
|
(6) |
Wara l-annotazzjoni għas-Seychelles tidħol l-annotazzjoni li ġejja: “Singapore
|
|
(7) |
L-annotazzjoni għall-Ukraina tinbidel b’dan li ġej: “L-Ukraina
|