02015R0640 — MT — 09.08.2026 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/640

tat-23 ta' April 2015

dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012

(ĠU L 106 24.4.2015, p. 18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/133 tat-28 ta' Jannar 2019

  L 25

14

29.1.2019

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1159  5 ta’ Awwissu 2020.

  L 257

14

6.8.2020

►M3

IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/97 tat-28 ta’ Jannar 2021

  L 31

208

29.1.2021

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1254 tad-19 ta’ Lulju 2022

  L 191

47

20.7.2022

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2954 tad-29 ta’ Novembru 2024

  L 2954

1

2.12.2024




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/640

tat-23 ta' April 2015

dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012



▼M2

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà marbuta mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-titjib fis-sikurezza tal-inġenji tal-ajru.

▼M5

2.  

Dan ir-Regolament japplika għal:

(a) 

operaturi ta’:

(i) 

inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru, sakemm u sal-punt li l-Istat Membru jkun ittrasferixxa r-responsabbiltajiet tiegħu skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago lil pajjiż terz u l-inġenju tal-ajru jkun operat minn operatur tal-inġenji tal-ajru ta’ pajjiż terz;

(ii) 

inġenji tal-ajru rreġistrati f’pajjiż terz u operati minn operatur tal-inġenji tal-ajru stabbilit, residenti jew bis-sede prinċipali fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati;

(b) 

detenturi ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, approvazzjoni ta’ bidla fid-disinn, jew approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 ( 1 ) jew meqjusa li nħarġu f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament;

(c) 

l-applikanti għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir, li għalih l-applikazzjoni ġiet sottomessa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u li jinħarġilhom iċ-ċertifikat wara s-26 ta’ Awwissu 2020 meta speċifikat fl-Anness I (il-Parti-26).

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,

(a) 

“il-konfigurazzjoni operazzjonali massima ta' sits tal-passiġġieri (MOPSC)” tfisser il-kapaċità massima ta' sits tal-passiġġieri ta' inġenju tal-ajru partikolari, minbarra s-sits tal-ekwipaġġ, stabbilita għal skopijiet operazzjonali u speċifikata fil-manwal tal-operat;

▼M5

(b) 

“ajruplan kbir” tfisser ajruplan li jkollu l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni għal Ajruplani Kbar “CS-25” jew ekwivalenti fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu;

(ba) 

“ajruplan żgħir” tfisser ajruplan li jkollu l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni għall-Ajruplani tal-Kategorija Normali “CS-23” jew ekwivalenti fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu;

(c) 

“ħelikopter kbir” tfisser ħelikopter li jkollu l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni għal Inġenji tal-Ajru bir-Rotors Kbar “CS-29” jew ekwivalenti fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu;

(ca) 

“ħelikopter żgħir” tfisser ħelikopter li jkollu l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni għal Inġenji tal-Ajru bir-Rotors Żgħar “CS-27” jew ekwivalenti fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu;

▼M4

(cb) 

“ħelikopter żgħir tal-kategorija A” tfisser ħelikopter żgħir li jkollu l-karatteristiċi kollha tal-kategorija A kif definit fil-punt (17) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u li fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu jkollu l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali stabbiliti fl-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni għal Inġenji tal-Ajru bir-Rotors Kbar (CS-29) li huma applikabbli bis-saħħa tar-referenza fl-Appendiċi C għal CS-27, jew ekwivalenti;

(cc) 

“Kundizzjonijiet tal-baħar sostanzjati” tfisser dawk il-kundizzjonijiet tal-baħar li ntgħażlu mill-applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip supplimentari li għalihom tkun ġiet ipprovata ir-reżistenza tal-inġenju tal-ajru bir-rotors milli jinqaleb, u sussegwentement jiġi ċċertifikat għad-dispożizzjonijiet rigward l-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma u s-sistemi għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza;

▼M1

(d) 

“ajruplan ta” okkupanza limitata' tfisser ajruplan li fih il-konfigurazzjoni massima operattiva ta' sits tal-passiġġieri ta':

(1) 

sa u inkluż 19-il sit, jew;

(2) 

sa u inkluż terz tal-kapaċità massima ta' sits tal-passiġġieri tal-ajruplan iċċertifikat tat-tip, kif indikat fl-iskeda informattiva (TCDS), tal-ajruplan iċċertifikat tat-tip, diment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-għadd totali ta' sits tal-passiġġieri approvati għall-okkupanza matul it-taxiing, it-tlugħ jew l-inżul ma taqbiżx 100 għal kull kabina;

(b) 

il-konfigurazzjoni massima operattiva ta' sits tal-passiġġieri matul it-taxiing, it-tlugħ jew l-inżul fi kwalunkwe żona individwali bejn pari tal-ħruġ ta' emerġenza (jew kwalunkwe żona li ma jwasslu mkien), ma taqbix iktar minn terz tas-somma tas-sits tal-passiġġieri allokati għall-pari tal-ħruġ ta' emerġenza f'dik iż-żona (bl-użu tal-għadd tas-sits tal-passiġġieri allokati għal kull par ta' ħruġ ta' emerġenza kif definit mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli tal-ajruplan). Għall-fini li tiġi ddeterminata l-konformità ma' din il-limitazzjoni żonali, fil-każ ta' ajruplan li diżattiva l-ħruġ tal-emerġenza, wieħed għandu jassumi li kull ħruġ ta' emerġenza huwa funzjonali;

▼M2

(e) 

“limitu ta’ validità” (LOV) tfisser, fil-kuntest tad-data ta’ inġinerija li tappoġġa l-programm ta’ manutenzjoni strutturali, perjodu ta’ żmien, iddikjarat bħala numru taċ-ċikli ta’ titjir totali jew sigħat ta’ titjir akkumulati jew it-tnejn li huma, li matulhom jintwera li mhux se jkun hemm danni kkawżati minn reħja mifruxa fuq l-ajruplan;

(f) 

“taqsima tal-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà” (ALS) tfisser taqsima fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa, kif meħtieġ mill-punti 21.A.61, 21.A.107 u 21.A.120 A tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, li fiha limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà li jistabbilixxu kull ħin ta’ sostituzzjoni mandatorju, intervall ta’ spezzjoni u proċedura ta’ spezzjoni relatata;

▼M5

(g) 

“programm ta’ prevenzjoni u kontroll tal-korrużjoni” (“CPCP, corrosion prevention and control programme”) tfisser dokument li jirrifletti approċċ sistematiku li jipprevjeni u li jikkontrolla l-korrużjoni fl-istruttura primarja ta’ ajruplan, li jikkonsisti f’kompiti bażiċi ta’ korrużjoni, inkluż l-ispezzjonijiet, iż-żoni soġġetti għal dawk il-kompiti, il-livelli ta’ korrużjoni ddefiniti u l-ħinijiet ta’ konformità (il-livelli limitu tal-implimentazzjoni u l-intervalli ripetuti);

▼M2

(h) 

“danni kkawżati minn reħja mifruxa” (WFD) tfisser il-preżenza simultanja ta’ xquq f’diversi postijiet fl-istruttura ta’ ajruplan li jkunu ta’ tali daqs u numru li l-istruttura ma tibqax tilħaq il-qawwa ta’ sikurezza jew il-qawwa residwa użata għaċ-ċertifikazzjoni ta’ dik l-istruttura;

▼M5

(i) 

“struttura tal-linja bażi” tfisser l-istruttura li hija ddisinjata skont iċ-ċertifikat tat-tip jew iċ-ċertifikat tat-tip ristrett għal dak il-mudell tal-ajruplan (jiġifieri, il-“konfigurazzjoni tal-mudell tal-ajruplan kif kien ikkonsenjat”);

(j) 

“struttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja” (“FCBS, fatigue-critical baseline structure”) tfisser l-istruttura tal-linja bażi ta’ ajruplan li hija kklassifikata mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett bħala struttura kritika f’każ ta’ reħja;

▼M2

(k) 

“struttura mmodifikata kritika f’każ ta’ reħja” (FCMS) tfisser kwalunkwe struttura kritika ta’ ajruplan introdotta jew affettwata minn tibdil fid-disinn tat-tip tagħha u li mhijiex diġà elenkata bħala parti mill-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja;

(l) 

“evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni” (DTE) hija proċess li jwassal biex jiġu ddeterminati l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni li huma meħtieġa biex jiġi identifikat jew eskluż il-qsim tar-reħja li jista’ jikkontribwixxi għal falliment katastrofiku. Meta tiġi applikata għat-tiswijiet u għall-bidliet, DTE tinkludi l-evalwazzjoni tat-tiswija jew tal-bidla u l-istruttura kritika f’każ ta’ reħja affettwata mit-tiswija jew mill-bidliet;

▼M5

(m) 

“spezzjoni tat-tolleranza għad-danni” (DTI, damage tolerance inspection) tfisser rekwiżit ta’ spezzjoni ddokumentat jew kwalunkwe azzjoni oħra ta’ manutenzjoni żviluppata mid-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari jew approvazzjoni ta’ bidla kbira eżistenti kif speċifikat fl-Anness I (il-Parti-26) bħala riżultat ta’ evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni, inklużi l-oqsma li jridu jiġu spezzjonati, il-metodu ta’ spezzjoni, il-proċeduri ta’ spezzjoni (inklużi l-passi ta’ spezzjoni sekwenzjali u l-kriterji ta’ aċċettazzjoni u rifjut), il-livell limitu ta’ spezzjoni u kwalunkwe intervall ripetittiv assoċjat ma’ dawk l-ispezzjonijiet kif ukoll, fejn xieraq, speċifikazzjoni tal-azzjonijiet ta’ manutenzjoni bħal sostituzzjoni, tiswija jew bidla;

(n) 

“linja gwida għall-evalwazzjoni ta’ tiswija” (“REG, repair evaluation guideline”) tfisser proċess u skeda ta’ implimentazzjoni għat-twettiq ta’ stħarriġ stabbilit mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għal tiswijiet li jaffettwaw l-istrutturi kritiċi f’każ ta’ reħja biex tiġi żgurata l-integrità strutturali kontinwa tat-tiswijiet rilevanti kollha, kif speċifikat fil-punt 26.309 tal-Anness I (il-Parti-26);

▼M2

(o) 

“struttura kritika f’każ ta’ reħja” (FCS) tfisser struttura ta’ ajruplan li hija suxxettibbli għall-qsim tar-reħja li jista’ jwassal għal falliment katastrofiku tal-ajruplan.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 965/2012

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament, sabiex jinkludi referenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Inġenji tal-ajru li għalihom l-operaturi wrew lill-awtorità kompetenti tagħhom il-konformità mal-JAR-26 “Ir-Rekwiżiti Addizzjonali tal-Ajrunavigabbiltà għal Operazzjonijiet” (minn hawn' il quddiem “Rekwiżiti tal-JAR-26”), maħruġa mill-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni fit-13 ta' Lulju 1998, kif emendat bl-Emenda 3 tal-1 ta' Diċembru 2005, qabel id-dati ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet ekwivalenti stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Inġenji tal-ajru li għalihom intweriet il-konformità mar-rekwiżiti tal-JAR-26 ekwivalenti għall-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punti 26.50, 26.105, 26.110, 26.120, 26.150, 26.155, 26.160, 26.200, 26.250 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament skont l-ewwel subparagrafu, sussegwentement ma għandhomx jiġu mmodifikati b'mod li jista' jaffettwa l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-JAR-26 konċernati.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta' Mejju 2015

Madankollu, il-punti 26.50, 26.105, 26.110, 26.120, 26.150, 26.155, 26.160, 26.200 u 26.250 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-14 ta' Mejju 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




▼M2

ANNESS I

PARTI-26

SPEĊIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ GĦALL-OPERAZZJONIJIET

▼M5

WERREJ

SUBPARTI A —

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

26.10

L-awtorità kompetenti

26.20

It-tagħmir temporanjament mhux operattiv

26.30

Id-dimostrazzjoni ta’ konformità

SUBPARTI B —

AJRUPLANI

26.50

Is-sits, il-kuċċetti, iċ-ċinturini tas-sikurezza, u ċ-ċineg

26.60

L-illandjar ta’ emerġenza — kundizzjonijiet dinamiċi

26.100

Fejn jinsabu l-punti tal-ħruġ ta’ emerġenza

26.105

L-aċċess għall-punt tal-ħruġ ta’ emerġenza

26.110

Is-sinjali tal-punt tal-ħruġ ta’ emerġenza

26.120

It-tħaddim tad-dawl tal-emerġenza intern u tad-dawl tal-emerġenza

26.150

L-arredamenti interni tal-kompartiment

26.155

Il-fjammabbiltà tal-inforri tal-kompartiment tal-merkanzija

26.156

Il-materjali ta’ iżolazzjoni termika jew akustika

26.157

Il-konverżjoni tal-kompartimenti tal-Klassi D

26.160

Il-protezzjoni kontra n-nar fit-tojlits

26.170

Iċ-ċilindru tat-tifi tan-nar

26.175

Il-protezzjoni kontra n-nar tal-kompartiment tal-merkanzija

26.200

It-twissija fonetika dwar l-attrezzatura għall-illandjar

26.201

Il-pressjoni ta’ nfiħ tat-tajers

26.205

Is-sistemi ta’ għarfien u ta’ twissija tal-ħruġ mir-runway

26.250

Is-sistemi tat-tħaddim tal-bibien tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira — inkapaċità singola

26.300

Il-programm ta’ integrità strutturali kontinwa għall-istrutturi ta’ ajruplani li qed jeqdiemu — rekwiżiti ġenerali

26.301

Il-Pjan ta’ Konformità għad-detenturi tal-(R)TC

26.302

L-evalwazzjoni tat-tolleranza għar-reħja u għad-danni

26.303

Il-limitu ta’ validità

26.304

Il-programm għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-korrużjoni

26.305

Il-validità tal-programm ta’ integrità strutturali kontinwa

26.306

L-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja

26.307

Id-data tat-tolleranza għad-danni għal bidliet eżistenti għall-istrutturi kritiċi mill-aspett tar-reħja

26.308

Id-data tat-tolleranza għad-danni għal tiswijiet eżistenti għall-istrutturi kritiċi mill-aspett tar-reħja

26.309

Il-linji gwida għall-evalwazzjoni ta’ tiswija

26.330

Id-data tat-tolleranza għad-danni taċ-ċertifikati tat-tip supplementari (STCs, supplemental type certificates) eżistenti, bidliet kbar eżistenti oħra u tiswijiet eżistenti li jaffettwaw dawk l-STCs jew bidliet

26.331

Il-pjan ta’ konformità għad-detenturi tal-STC

26.332

L-identifikazzjoni tal-bidliet li jaffettwaw l-istruttura kritika mill-aspett tar-reħja

26.333

Id-data tat-tolleranza għad-danni għall-STCs u t-tiswijiet ta’ dawk l-STCs approvati fl-1 ta’ Settembru 2003 jew wara

26.334

Id-data tat-tolleranza għad-danni għall-STCs u bidliet u tiswijiet kbar eżistenti oħra li jaffettwaw dawk l-STCs jew bidliet approvati qabel l-1 ta’ Settembru 2003

26.370

Il-programm ta’ manutenzjoni

SUBPARTI C —

ĦELIKOPTERS

26.400

Iċ-ċilindri tat-tifi tan-nar

26.405

Il-protezzjoni kontra n-nar tal-kompartiment tal-merkanzija

26.410

Il-kontrolli ta’ emerġenza mħaddma taħt l-ilma

26.415

Il-punti tal-ħruġ ta’ emerġenza taħt l-ilma

26.420

It-tagħmir ta’ emerġenza għal titjir fuq l-ilma

26.425

Il-forniment ta’ kundizzjonijiet tal-baħar sostanzjati

26.430

Ir-reżistenza ta’ sistema ta’ żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza għall-ħsara

26.431

Id-determinazzjoni tar-robustezza tad-disinji ta’ sistema ta’ żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza

26.435

It-tħaddim awtomatiku ta’ sistema ta’ emerġenza ta’ żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza

26.440

Ir-reżistenza għall-ħbit tas-sistema tal-fjuwil

Appendiċi 1 —

Lista ta’ mudelli ta’ ajruplani li mhumiex soġġetti għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti-26)

▼B

SUBPARTI A

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

▼M5

26.10    L-awtorità kompetenti

(a) 

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti li lilha operatur tal-inġenji tal-ajru jeħtieġ juri l-konformità tal-inġenji tal-ajru tiegħu, li d-disinn tagħhom ikun diġà ġie ċċertifikat, mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness għandha tkun l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza ta’ dak l-operatur jew l-Aġenzija jekk ir-responsabbiltà għas-sorveljanza tal-operatur tkun ġiet allokata lill-Aġenzija f’konformità mal-Artikoli 64 jew 65 tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(b) 

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti li lilha detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC, Type Certificate), TC ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari (STC, supplemental type certificate), approvazzjoni ta’ bidla fid-disinn jew approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija jeħtieġ li juri konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness għandha tkun l-Aġenzija.

▼B

26.20    Tagħmir temporanjament mhux operattiv

L-ebda titjira ma għandha tinbeda jekk xi strumenti tal-inġenju tal-ajru, xi oġġetti tat-tagħmir jew xi funzjonijiet meħtieġa minn din il-Parti mhumiex operattivi jew huma nieqsa sakemm mhumiex eżentati mil-Lista ta' Tagħmir Minimu tal-operatur kif definit fil-Parti-ORO.MLR.105 u approvati mill-awtorità kompetenti.

▼M5

26.30    It-turija tal-konformità

(a) 

L-Aġenzija għandha toħroġ, f’konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni bħala mezz standard biex tintwera l-konformità ma’ dan l-Anness. L-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi biżżejjed sabiex jindikaw il-kundizzjonijiet li skonthom il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness tista’ tintwera.

(b) 

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru u d-detenturi ta’ TC, TC ristrett, STC, approvazzjoni ta’ bidla fid-disinn, jew approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija jistgħu juru konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness billi jikkonformaw ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-ispeċifikazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija skont il-punt (a) jew l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti maħruġa mill-Aġenzija taħt il-punt 21.B.70 tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(ii) 

standards tekniċi li joffru livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak tal-istandards inklużi f’dawk l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni.

(c) 

Id-detenturi ta’ TC, TC ristrett, STC, approvazzjoni ta’ bidla fid-disinn, jew approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għandhom jagħmlu disponibbli kwalunkwe bidla fl-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa (“ICA”) żviluppati bl-iskop li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan l-Anness għall-operaturi kollha magħrufa tal-inġenju tal-ajru affettwat u, fuq talba, għal kwalunkwe persuna oħra meħtieġa tikkonforma ma’ dawn l-istruzzjonijiet, inklużi l-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ICA tinkludi wkoll spezzjonijiet tat-tolleranza għad-danni (“DTIs, damage tolerance inspections”), linji gwida għall-evalwazzjoni ta’ tiswija (“REGs, repair evaluation guidelines”), programm tal-linja bażi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-korrużjoni (“CPCP, baseline corrosion prevention and control programme”) u lista ta’ strutturi kritiċi mill-aspett tar-reħja (“FCSs, fatigue-critical structures”) u taqsimiet tal-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà (“ALSs, airworthiness limitation sections”).

SUBPARTI B —   AJRUPLANI

▼B

26.50    Is-sitijiet, il-kuċċetti, iċ-ċintorini tas-sikurezza, u ċ-ċineg

L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, bit-tip ċertifikat fl-1 ta' Jannar 1958 jew wara, għandhom jiżguraw li kull sit tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-kabina u s-sistema ta' trażżin huma konfigurati biex jipprovdi livell ottimu ta' protezzjoni f'inżul ta' emerġenza waqt li jippermettu l-funzjonijiet meħtieġa tal-okkupant u jiffaċilitaw il-ħruġ rapidu.

▼M3

26.60    L-inżul ta’ emerġenza — kundizzjonijiet dinamiċi

L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru tal-passiġġieri, bit-tip ċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, u li għalihom inħareġ iċ-ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba fis-26 ta’ Frar 2021 jew wara, għandhom juru għal kull tip ta’ disinn ta’ sit approvat għall-okkupanza waqt it-taxiing, it-tlugħ jew l-inżul li l-okkupant huwa protett meta jkun espost għal tagħbijiet li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet ta’ nżul. Dan il-wiri għandu jsir permezz ta’ wieħed minn dawn il-mezzi li ġejjin:

(a) 

testijiet dinamiċi li tlestew b’suċċess;

(b) 

analiżi razzjonali li tipprovdi sikurezza ekwivalenti, ibbażata fuq testijiet dinamiċi ta’ tip ta’ disinn simili ta’ sits.

L-obbligu stabbilit fl-ewwel paragrafu ma għandux japplika għas-sits li ġejjin:

(a) 

sits tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-ajruplan,

(b) 

sits f’ajruplani ta’ okkupanza limitata involuti biss f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru on-demand u mhux skedati;

(c) 

sits f’mudell ta’ ajruplan elenkat fit-Tabella A.1 tal-Appendiċi 1 u li jkollu numru tas-serje tal-manifattur elenkat f’dik it-Tabella.

▼M5

26.100    Fejn jinsabu l-punti tal-ħruġ ta’ emerġenza

L-operaturi ta’ ajruplani kbar li jintużaw fit-trasport kummerċjali bl-ajru u li jkollhom konfigurazzjoni operattiva massima ta’ sits tal-passiġġieri ta’ aktar minn 19 b’post wieħed jew aktar tal-ħruġ ta’ emerġenza diżattivati għandhom jiżguraw li d-distanza/i bejn il-ħruġ li jifdal tibqa’ (jibqgħu) kompatibbli mal-evakwazzjoni effettiva, ħlief għal ajruplani kbar li jkollhom konfigurazzjoni ta’ punt tal-ħruġ ta’ emerġenza installata u approvata qabel l-1 ta’ April 1999.

▼B

26.105    Aċċess għall-ћruġ tal-emerġenza

L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jipprovdu l-mezzi li jiffaċilitaw il-moviment rapidu u faċli ta' kull passiġġier mis-sit tiegħu għal kull ħruġ ta' emerġenza f'każ ta' evakwazzjoni ta' emerġenza.

26.110    Sinjali tal-ћruġ tal-emerġenza

L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jikkonformaw ma' dawn li ġejjin:

(a) 

għandhom jiġu pprovduti mezzi li jiffaċilitaw il-lok, l-aċċess, u l-operazzjoni tal-ħruġ tal-emerġenza mill-okkupanti tal-kabina tal-passiġġieri f'kundizzjonijiet prevedibbli fil-kabina f'każ ta' evakwazzjoni ta' emerġenza;

(b) 

għandhom jiġu pprovduti mezzi li jiffaċilitaw il-lok u t-tħaddim tal-ħruġ tal-emerġenza minn persunal fuq barra tal-ajruplan f'każ ta' evakwazzjoni ta' emerġenza.

26.120    Dawl tal-emerġenza intern u tħaddim tad-dawl tal-emerġenza

L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jipprovdi l-mezzi li jiżguraw li hemm sinjali ta' ħruġ imdawlin, li l-kabina ġenerali u l-erja tal-ħruġ imdawlin, u li l-kuritur tal-ħruġ tal-livell baxx imdawwal biex jiffaċilita l-lok tal-ħruġ u l-moviment tal-passiġġieri għall- ħruġ f'każ ta' evakwazzjoni ta' emerġenza.

26.150    L-arredamenti interni tal-kompartiment

L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jikkonformaw ma' dawn li ġejjin:

(a) 

il-materjali u t-tagħmir kollha użati fil-kompartimenti okkupati mill-ekwipaġġ jew mill-passiġġieri għandhom juru karatteristiċi ta' fjammabbiltà li huma kompatibbli ma' dawk li jimminimizzaw l-effetti ta' nirien waqt it-titjira u ż-żamma ta' kundizzjonijiet ta' sopravvivenza fil-kabina għal żmien suffiċjenti meħtieġ f'evakwazzjoni mill-inġenji tal-ajru;

(b) 

il-projbizzjoni tat-tipjip għandha tkun indikata b'plakards;

(c) 

ir-reċipjenti tal-iskart għandhom ikunu kapaċi jiżguraw it-tifi ta' nirien interni; fuq tali reċipjenti għandu jkun hemm immarkat il-projbizzjoni tar-rimi ta' materjali li jdaħħnu.

26.155    Il-fjammabbiltà tal-inforri tal-istiva tal-merkanzija

L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, bit-tip ċertifikat wara l-1 ta' Jannar 1958, għandhom jiżguraw li l-inforri tal-istivi tal-merkanzija tal-Klassi C jew tal-Klassi D inbnew minn materjali li jevitaw b'mod adegwat li l-effetti ta' nar fl-istiva jpoġġi fil-periklu l-ajruplan jew l-okkupanti tiegћu.

▼M5

26.156    Il-materjali ta’ iżolazzjoni termika jew akustika

L-operaturi ta’ ajruplani kbar li jintużaw fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u li kienu ċċertifikati għat-tip fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, għandhom jiżguraw li:

(a) 

għal ajruplani kbar li għalihom inħareġ l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà qabel it-18 ta’ Frar 2021, meta jiġu installati materjali ta’ iżolazzjoni termika jew akustika ġodda bħala sostituti fit-18 ta’ Frar 2021 jew wara, dawk il-materjali l-ġodda jkollhom karatteristiċi ta’ reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi li jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju tal-propagazzjoni tal-fjammi fl-ajruplan;

(b) 

għal ajruplani kbar li għalihom inħareġ l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà fit-18 ta’ Frar 2021 jew wara, il-materjali ta’ iżolazzjoni termika jew akustika għandhom karatteristiċi ta’ reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi li jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju tal-propagazzjoni tal-fjammi fl-ajruplan;

(c) 

għal ajruplani kbar li għalihom inħareġ l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà fit-18 ta’ Frar 2021 jew wara u b’kapaċità ta’ 20 passiġġier jew aktar, materjali ta’ iżolazzjoni termika jew akustika (inklużi l-mezzi biex il-materjali jintrabtu mal-qafas tal-ajruplan) installati fin-nofs t’isfel tal-ajruplan għandhom karatteristiċi ta’ reżistenza għall-penetrazzjoni tal-fjammi li jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta’ penetrazzjoni tal-fjammi fl-ajruplan wara aċċident u li jiżguraw kundizzjonijiet ta’ sopravivenza fil-kabina għaż-żmien meħtieġ biex l-ajruplan jiġi evakwat.

26.157    Il-konverżjoni tal-kompartimenti tal-Klassi D

L-operaturi ta’ ajruplani kbar li jintużaw fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u li kienu ċċertifikati għat-tip fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, għandhom jiżguraw li:

(a) 

għal ajruplani kbar, li t-tħaddim tagħhom jinvolvi t-trasport tal-passiġġieri, kull kompartiment tal-merkanzija jew tal-bagalji tal-Klassi D, irrispettivament mill-volum tiegħu, jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal kompartiment tal-Klassi C;

(b) 

għal ajruplani kbar, li t-tħaddim tagħhom jinvolvi t-trasport tal-merkanzija biss, kull kompartiment tal-merkanzija tal-Klassi D, irrispettivament mill-volum tiegħu, jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal kompartiment tal-Klassi C jew tal-Klassi E;

Dan il-punt ma għandux japplika għall-operaturi ta’ mudell ta’ ajruplan elenkat fit-Tabella A.1 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

▼B

26.160    Protezzjoni kontra n-nar fit-tojlits

L-operaturi ta' ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru b'konfigurazzjoni massima operazzjonali tas-sits tal-passiġġieri ta' iktar minn 19 għandhom jikkonformaw ma' dawn li ġejjin:

It-tojlits għandhom ikunu mgħammra:

(a) 

b'mezzi ta' ditezzjoni tad-duħħan;

(b) 

b'mezzi li awtomatikament jitfu n-nar li jseħħ f'kull reċipjent tal-iskart.

▼M1

26.170    L-estinturi tan-nar

L-operaturi ta' ajruplani kbar għandhom jiżguraw li l-estinturi li ġejjin ma jużawx l-alonu bħala aġent li jitfi n-nar:

(a) 

estinturi tan-nar inkorporati għal kull reċipjent tal-iskart tat-tojlets għal xugamani, karta jew skart f'ajruplani kbar li għalihom ikun inħareġ l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà fi jew wara t-18ta' Frar 2020;

(b) 

estinturi tan-nar li jistgħu jinġarru f'ajruplani kbar li għalihom ikun inħareġ l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà fi jew wara t-18ta' Mejju 2019.

▼M5

26.175    Il-protezzjoni kontra n-nar tal-kompartiment tal-merkanzija

(a) 

Għal ajruplani kbar, kif ukoll għal ajruplani żgħar b’piż massimu waqt il-qtugħ (MTOW, maximum take-off weight) ta’ aktar minn 5 700  kg (12 500 lb), li għalihom iċ-ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà jinħareġ għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara, id-detenturi ta’:

— 
TC jew TC ristrett; jew
— 
approvazzjonijiet ta’ STC jew ta’ bidla fid-disinn, jekk il-bidla tkun relatata mal-kapaċitajiet ta’ protezzjoni kontra n-nar tal-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan,

għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar il-karatteristiċi tad-disinn tal-ajruplan assoċjati mal-kapaċitajiet ta’ protezzjoni kontra n-nar tal-kompartiment tal-merkanzija għall-operaturi kollha magħrufa ta’ dawn l-ajruplani.

(b) 

Għal ajruplani żgħar b’MTOW ta’ 5 700  kg (12 500 lb) jew inqas u mgħammra b’mill-inqas kompartiment tal-merkanzija wieħed separat mill-kabina tal-pilota, u li għalihom iċ-ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà jinħareġ għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara, id-detenturi ta’:

— 
TC jew TC ristrett; jew
— 
approvazzjonijiet ta’ STC jew ta’ bidla fid-disinn, jekk il-bidla tkun relatata mal-kapaċitajiet ta’ protezzjoni kontra n-nar tal-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan,

għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar il-karatteristiċi tad-disinn tal-ajruplan assoċjati mal-kapaċitajiet ta’ protezzjoni kontra n-nar tal-kompartiment tal-merkanzija għall-kompartimenti tal-merkanzija kollha li huma separati mill-kabina tal-pilota għall-operaturi kollha magħrufa ta’ dawn l-ajruplani.

(c) 

L-informazzjoni disponibbli f’konformità mal-punti (a) u (b) għandha tkun dettaljata biżżejjed biex tippermetti lill-operaturi jwettqu valutazzjoni tar-riskju għat-trasport ta’ oġġetti fil-kompartiment tal-merkanzija.

L-informazzjoni għandha tkun inkluża f’dokumentazzjoni xierqa tal-ajruplan li tkun disponibbli għall-operaturi u li tkun tista’ tiġi identifikata faċilment mill-persunal tal-operaturi responsabbli għat-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju.

(d) 

Id-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn, li huwa meħtieġ jagħmel disponibbli l-informazzjoni f’konformità mal-punti (a) jew (b), għandu jagħmel disponibbli wkoll il-bidliet f’din l-informazzjoni għall-operaturi magħrufa kollha tal-ajruplani affettwati mill-bidla.

▼B

26.200    Ħoss ta' twissija fit-tagħmir għall-inżul

L-operaturi ta' ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jiżguraw li jiġi installat apparat xieraq ta' ħoss ta' twissija fit-tagħmir tal-inżul biex titnaqqas b'mod sinifikanti l-probabbiltà ta' nżul jekk it-tagħmir tal-inżul jitreġġa lura bi żball.

▼M4

26.201    Pressjoni tal-infiħ tat-tajers

L-operaturi ta’ ajruplani kbar għandhom jimminimizzaw ir-riskju li tajer ikun taħt il-pressjoni ta’ nfiħ minima tiegħu waqt it-tħaddim.

▼M2

26.205    Is-sistemi ta’ għarfien u ta’ twissija tal-ħruġ mir-runway

▼M5

(a) 

L-operaturi ta’ ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jiżguraw li kull ajruplan kbir li għalih ikun inħareġ l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà fl-1 ta’ Lulju 2026 jew wara, ikun mgħammar b’sistema ta’ għarfien u ta’ twissija tal-ħruġ mir-runway.

▼M2

(b) 

Din is-sistema għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tnaqqas ir-riskju ta’ eskursjoni lonġitudinali fuq ir-runway matul l-inżul billi tipprovdi twissija, fit-titjira u fuq l-art, lill-ekwipaġġ tat-titjira meta l-ajruplan ikun f’riskju li ma jkunx jista’ jieqaf fid-distanza disponibbli sa tmiem ir-runway.

▼B

26.250    Sistemi tat-tħaddim tal-bibien tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira — inkapaċità singola

L-operaturi ta' ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jiżguraw li s-sistemi tat-tħaddim tal-bibien tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, fejn huma installati, jitwaħħluhom mezzi tal-ftuħ alternattiv sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess mill-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għall-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira f'każ ta' inkapaċità singola tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira.

▼M5

26.300    Il-programm ta’ integrità strutturali kontinwa għall-istrutturi ta’ ajruplani li qed jeqdiemu — rekwiżiti ġenerali

(a) 

Detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jistabbilixxi programm ta’ integrità strutturali kontinwa għall-istrutturi tal-ajruplani li qed jiqdiemu, li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.301 sa 26.309.

(b) 

Il-punt (a) ma għandux japplika għal mudell ta’ ajruplan kbir li nħariġlu TC qabel is-26 ta’ Frar 2021 u li jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

huwa elenkat fit-Tabella A.1 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness;

(ii) 

ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Frar 2021;

(iii) 

ma jkunx ġie ċċertifikat biex iwettaq operazzjoni ċivili b’tagħbija utli jew bil-passiġġieri;

(iv) 

ikollu TC ristrett maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021 f’konformità mar-rekwiżiti ta’ tolleranza għad-danni, dment li ma jitħaddimx lil hinn minn 75 % tal-għan tas-servizz tad-disinn tiegħu u jitħaddem primarjament b’appoġġ għall-operazzjoni tal-manifattura tad-detentur tal-approvazzjoni;

(v) 

huwa ċċertifikat b’TC ristrett u mfassal primarjament għat-tifi tan-nar.

L-eċċezzjonijiet previsti fil-punti (b)(ii) sa (v) għandhom japplikaw biss wara li d-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett jissottometti għall-approvazzjoni lill-Aġenzija qabel is-27 ta’ Mejju 2021 lista li tidentifika t-tip u l-mudelli tal-ajruplan, il-varjazzjonijiet jew in-numri tas-serje flimkien ma’ informazzjoni li tappoġġja r-raġunijiet għaliex l-ajruplan ġie inkluż fil-lista.

(c) 

Għal mudell ta’ ajruplan kbir li nħariġlu l-ewwel ċertifikat tat-tip qabel is-26 ta’ Frar 2021 u li għalih bidla jew tiswija eżistenti mhumiex u mhux se jiġu inkorporati f’xi ajruplan li kien qed jopera fis-26 ta’ Frar 2022 jew wara, il-punti (a)(ii) u (iii) tal-punt 26.307 u tal-punt 26.308 (a)(ii) ma għandhomx japplikaw jekk qabel is-26 ta’ Frar 2022 id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett issottometta lill-Aġenzija għall-approvazzjoni l-lista tal-bidliet u t-tiswijiet kollha.

▼M2

26.301    Il-Pjan ta’ Konformità għad-detenturi tal-(R)TC

(a) 

►M5  Detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu: ◄

(i) 

jistabbilixxi pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa li jiddeskrivi l-prova ta’ konformità ppjanata mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.302 sa 26.309;

(ii) 

jissottometti pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa msemmi fil-paragrafu (i) lill-Aġenzija qabel is-27 ta’ Mejju 2021 għall-approvazzjoni.

(b) 

Applikant għal TC jew TC ristrett imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2 għandu:

(i) 

jistabbilixxi pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa li jiddeskrivi l-prova ta’ konformità ppjanata mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.303 sa 26.306;

(ii) 

jissottometti pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa msemmi fil-paragrafu (i) lill-Aġenzija qabel is-27 ta’ Mejju 2021 jew, qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat, jekk dan iseħħ aktar tard, għall-approvazzjoni.

26.302    L-evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni u għar-reħja

▼M5

(a) 

Detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett, għal ajruplan kbir iċċertifikat biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew b’kapaċità ta’ tagħbija utli ta’ 3 402  kg (7 500 lb) jew aktar, iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għar-reħja u għad-danni tal-istruttura tal-ajruplan u jiżviluppa d-DTI li tipprevjeni fallimenti katastrofiċi minħabba reħja matul il-ħajja operattiva tal-ajruplan.

▼M2

(b) 

Sakemm id-dokumentazzjoni li tiddeskrivi d-DTI msemmija fil-paragrafu (a) tkun diġà ġiet approvata mill-Aġenzija skont l-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jissottometti dik id-dokumentazzjoni lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023 għall-approvazzjoni.

▼M5

26.303    Il-limitu ta’ validità

(a) 

Detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett, għal ajruplan kbir iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, u ċċertifikat b’MTOW ta’ aktar minn 34 019  kg (75 000 lb), għandu:

(i) 

jistabbilixxi limitu ta’ validità (LOV, limit of validity) u jinkludi dak il-LOV f’ALS (airworthiness limitation section) emendata;

(ii) 

jidentifika l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni eżistenti u ġodda li fuqhom jiddependi l-LOV, u jiżviluppa l-informazzjoni dwar is-servizz meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni u jissottometti l-informazzjoni dwar is-servizz għall-azzjonijiet ta’ manutenzjoni lill-Aġenzija f’konformità ma’ skeda vinkolanti miftiehma mal-Aġenzija.

Il-konfigurazzjonijiet strutturali tal-ajruplan li jkunu se jiġu evalwati bl-iskop li jiġi stabbilit l-LOV għandhom jinkludu l-varjazzjonijiet u d-derivattivi tal-mudell kollha approvati qabel taħt it-TC qabel is-26 ta’ Frar 2021 u l-bidliet u s-sostituzzjonijiet strutturali kollha fil-konfigurazzjonijiet strutturali ta’ dawk l-ajruplan li huma meħtieġa minn direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà maħruġa qabel is-26 ta’ Frar 2021.

B’deroga mill-punt (ii), detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir ma għandux ikun meħtieġ jiżviluppa u jissottometti lill-Aġenzija l-informazzjoni dwar is-servizz għal azzjoni ta’ manutenzjoni applikabbli għal mudell ta’ ajruplan kbir li mhux se jibqa’ jitħaddem wara l-punt ta’ sottomissjoni skedat għall-informazzjoni dwar is-servizz ta’ dik l-azzjoni ta’ manutenzjoni. Sabiex din l-eċċezzjoni tidħol fis-seħħ, id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jinforma lill-Aġenzija mhux aktar tard mid-data li fiha l-mudell tal-ajruplan jieqaf jopera.

(b) 

Id-detentur tat-TC jew tat-TC ristrett għandu jissottometti l-LOV stabbilit f’konformità mal-punt (a) u l-emenda għall-ALS imsemmija f’dak il-punt flimkien mal-iskeda vinkolanti lill-Aġenzija, qabel l-iskadenzi stabbiliti fil-punti (i), (ii) u (iii) li ġejjin għall-approvazzjoni:

(i) 

Is-26 ta’ Awwissu 2022 għal struttura kritika mill-aspett tar-reħja b’bażi ta’ ċertifikazzjoni li ma tinkludix evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni;

(ii) 

Is-26 ta’ Frar 2026 għal struttura ta’ ajruplan soġġetta għal ittestjar tar-reħja fuq skala sħiħa fid-data tal-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament emendatorju;

(iii) 

qabel is-26 ta’ Frar 2025 għall-istrutturi l-oħra kollha tal-ajruplani.

(c) 

Applikant għal TC jew TC ristrett, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(c), għal ajruplan kbir b’MTOW ta’ aktar minn 34 019  kg (75 000 lb), għandu:

(i) 

jistabbilixxi LOV u jinkludi dak l-LOV fl-ALS;

(ii) 

jidentifika l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni eżistenti u ġodda li fuqhom jiddependi l-LOV, u jiżviluppa l-informazzjoni dwar is-servizz meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni u jissottometti l-informazzjoni dwar is-servizz għall-azzjonijiet ta’ manutenzjoni lill-Aġenzija f’konformità ma’ skeda vinkolanti miftiehma mal-Aġenzija.

(d) 

L-applikant għal TC jew għal TC ristrett, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (c), għandu jissottometti l-LOV stabbilit f’konformità mal-punt (c) ta’ dan il-punt u l-ALS imsemmija f’dak il-punt flimkien mal-iskeda vinkolanti lill-Aġenzija, għall-approvazzjoni:

(i) 

qabel id-data approvata mill-Aġenzija fil-pjan tal-applikant għat-tlestija tat-testijiet u l-analiżijiet ta’ kwalunkwe struttura tal-ajruplan li teħtieġ ittestjar ġdid tar-reħja fuq skala sħiħa biex jappoġġja l-istabbiliment tal-LOV;

(ii) 

qabel is-26 ta’ Frar 2025 għall-istrutturi l-oħra kollha tal-ajruplani.

26.304    Il-programm għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-korrużjoni

(a) 

Detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jistabbilixxi programm tal-linja bażi tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-korrużjoni (CPCP).

(b) 

Sakemm is-CPCP tal-linja bażi msemmi fil-punt (a) ma jkunx diġà ġie approvat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.A.3B(c)(1) tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew f’rapport tal-bord ta’ rieżami tal-manutenzjoni (MRBR, maintenance review board report) approvat mill-Aġenzija, id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jissottometti s-CPCP lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023, għall-approvazzjoni.

(c) 

Applikant għal TC jew għal TC ristrett, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (c), għal ajruplan kbir għandu jistabbilixxi CPCP tal-linja bażi qabel ma jinħareġ it-TC.

26.305    Il-validità tal-programm ta’ integrità strutturali kontinwa

(a) 

Detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċess li jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali kontinwu jibqa’ validu matul il-ħajja operattiva tal-ajruplan, filwaqt li jitqiesu l-esperjenza tas-servizz u l-operazzjonijiet attwali.

(b) 

Id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jissottometti deskrizzjoni tal-proċess imsemmi fil-punt (a) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023 għall-approvazzjoni. Id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jimplimenta l-proċess fi żmien sitt xhur wara l-approvazzjoni tiegħu mill-Aġenzija.

(c) 

Applikant għal TC jew għal TC ristrett, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (c), għal ajruplan kbir, għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċess li jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali kontinwa jibqa’ validu matul il-ħajja operattiva tal-ajruplan, filwaqt li jqis l-esperjenza tas-servizz u l-operazzjonijiet attwali. Għandu jissottometti deskrizzjoni tal-proċess lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023, jew qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat, skont liema jseħħ l-aħħar, għall-approvazzjoni u għandu jimplimenta l-proċess fi żmien sitt xhur wara l-approvazzjoni tiegħu mill-Aġenzija.

26.306    L-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja

(a) 

Detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, u ċċertifikat li jġorr 30 passiġġier jew aktar, jew b’kapaċità ta’ tagħbija utli ta’ 3 402  kg (7 500 lb) jew aktar, għandu jidentifika u jelenka l-istrutturi tal-linja bażi kritiċi f’każ ta’ reħja (FCBS) għall-varjazzjonijiet u d-derivattivi kollha tal-mudell tal-ajruplan inklużi fit-TC jew fit-TC ristrett.

(b) 

Id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jissottometti l-lista tal-istrutturi msemmija fil-punt (a) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Awwissu 2021, għall-approvazzjoni.

(c) 

Mal-approvazzjoni tal-lista msemmija fil-punt (a) mill-Aġenzija, id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jagħmilha disponibbli għad-detenturi ta’ STC jew approvazzjoni ta’ bidla kbira li huma meħtieġa għall-konformità mal-punt 26.330, u għall-operaturi magħrufa kollha ta’ tali ajruplani u, fuq talba, lill-organizzazzjonijiet responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa biex jappoġġjaw lill-operaturi li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punt 26.370.

(d) 

Applikant għal TC jew għal TC ristrett, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (c), biex ajruplan kbir jiġi ċċertifikat biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew b’kapaċità ta’ tagħbija utli ta’ 3 402  kg (7 500 lb) jew aktar, għandu jidentifika u jelenka l-FCBS għall-varjazzjonijiet u d-derivattivi kollha tal-mudell tal-ajruplan inklużi fit-TC jew fit-TC ristrett. Huwa għandu jissottometti l-lista ta’ dawn l-istrutturi lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Awwissu 2021 jew, qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat, skont liema sseħħ l-aħħar, għall-approvazzjoni.

(e) 

Mal-approvazzjoni tal-lista msemmija fil-punt (d) mill-Aġenzija, l-applikant għal TC jew għal TC ristrett, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (c), għandu jagħmilha disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha ta’ tali ajruplani u, fuq talba, lill-organizzazzjonijiet responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa biex jappoġġjaw lill-operaturi li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punt 26.370.

26.307    Id-data tat-tolleranza għad-danni għal bidliet eżistenti għall-istrutturi kritiċi mill-aspett tar-reħja

(a) 

Detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara u ċċertifikat biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew b’kapaċità ta’ tagħbija utli ta’ 3 402  kg (7 500 lb) jew aktar, għal bidliet u strutturi kritiċi ta’ reħja modifikati (FCMS) eżistenti fis-26 ta’ Frar 2021 għandu:

(i) 

jirrieżamina l-bidliet eżistenti fid-disinn u jidentifika l-bidliet kollha li jaffettwaw l-FCBS identifikati f’konformità mal-punt 26.306;

(ii) 

għal kull bidla identifikata f’konformità mal-punt (i), jidentifika kwalunkwe FCMS assoċjata;

(iii) 

għal kull bidla identifikata f’konformità mal-punt (i), iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni u jistabbilixxi u jiddokumenta d-DTIs assoċjati.

(b) 

Id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jissottometti l-lista tal-FCMS kollha identifikati skont il-punt (a)(ii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022, għall-approvazzjoni.

(c) 

Id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jissottometti d-data tat-tolleranza għad-danni, inkluż id-DTI, li tirriżulta mill-evalwazzjoni mwettqa f’konformità mal-punt (a)(iii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Awwissu 2022, għall-approvazzjoni.

(d) 

Mal-approvazzjoni mill-Aġenzija tal-lista tal-FCMS sottomessa skont il-punt (b), id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jagħmel dik il-lista disponibbli għad-detenturi ta’ STC jew ta’ approvazzjoni ta’ bidla kbira li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punt 26.330 u għall-operaturi magħrufa kollha ta’ tali ajruplani u, fuq talba, lill-organizzazzjonijiet responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa biex jappoġġjaw lill-operaturi li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punt 26.370.

26.308    Id-data tat-tolleranza għad-danni għal tiswijiet eżistenti għal strutturi kritiċi mill-aspett tar-reħja

(a) 

Detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara u ċċertifikat li jġorr 30 passiġġier jew aktar, jew b’kapaċità ta’ tagħbija utli ta’ 3 402  kg (7 500 lb) jew aktar, għal tiswijiet ippubblikati eżistenti fis-26 ta’ Frar 2021 għandu:

(i) 

jirrieżamina d-data dwar it-tiswija u jidentifika kull tiswija speċifikata fid-data li taffettwa l-FCBS u l-FCMS identifikati f’konformità mal-punt26.306(a) u l-punt 26.307(a)(ii);

(ii) 

iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni għal kull tiswija identifikata f’konformità mal-punt (i), sakemm ma tkunx twettqet qabel.

(b) 

Id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jissottometti d-data tat-tolleranza għad-danni, inklużi l-ispezzjonijiet tat-tolleranza għad-danni (DTI), li jirriżultaw mill-evalwazzjoni mwettqa f’konformità mal-punt (a)(ii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Mejju 2022, għall-approvazzjoni, sakemm ma jkunx diġà approvat f’konformità mal-punt 21.A.435 (b)(2) tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 qabel is-26 ta’ Awwissu 2022.

26.309    Il-linji gwida għall-evalwazzjoni ta’ tiswija

(a) 

Detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara u ċċertifikat biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew b’kapaċità ta’ tagħbija utli ta’ 3 402  kg (7 500 lb) jew aktar, u li għalih it-TC jew it-TC ristrett inħareġ qabel il-11 ta’ Jannar 2008, għandu jiżviluppa linji gwida għall-evalwazzjoni ta’ tiswija (REGs) biex jistabbilixxi:

(i) 

proċess għat-twettiq ta’ stħarriġ tal-ajruplani affettwati li jippermetti l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tat-tiswijiet eżistenti kollha li jaffettwaw l-istrutturi kritiċi għar-reħja identifikati skont il-punt 26.306(a) u l-punt 26.307(a)(ii);

(ii) 

proċess li jippermetti lill-operaturi u lill-organizzazzjonijiet responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa biex jiksbu DTI għal tiswijiet identifikati skont il-punt (i);

(iii) 

skeda ta’ implimentazzjoni li tipprovdi perjodi ta’ żmien għat-twettiq ta’ stħarriġ dwar l-ajruplani, għall-kisba ta’ DTIs u għall-inkorporazzjoni ta’ DTIs fil-programm ta’ manutenzjoni tal-ajruplan.

(b) 

Id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jissottometti r-REGs żviluppati f’konformità mal-punt (a) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023, għall-approvazzjoni.

26.330    Id-data tat-tolleranza għad-danni għal ċertifikati tat-tip supplimentari (STCs) eżistenti, bidliet kbar eżistenti oħra u tiswijiet eżistenti li jaffettwaw dawk l-STCs jew bidliet

(a) 

Detentur ta’ STC maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021, jew detentur ta’ approvazzjoni għal bidla kbira li tkun tqieset approvata f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, għal ajruplani kbar iċċertifikati fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara biex iġorru 30 passiġġier jew aktar, jew b’kapaċità ta’ tagħbija utli ta’ 3 402  kg (7 500 lb) jew aktar, għandu jindirizza l-effetti negattivi ta’ dawk il-bidliet u t-tiswijiet għal dawk il-bidliet fuq l-istruttura tal-ajruplan biex jappoġġja l-konformità mal-punt 26.370 (a)(ii) u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.331 sa 26.334.

(b) 

Il-punt (a) ma għandux japplika għal bidliet u tiswijiet kbar f’mudell ta’ ajruplan kbir iċċertifikat għall-ewwel darba qabel is-26 ta’ Frar 2021 meta dak il-mudell ta’ ajruplan jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

huwa elenkat fit-Tabella A.1 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness;

(ii) 

ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Frar 2021;

(iii) 

ma jkunx ġie ċċertifikat biex iwettaq operazzjoni ċivili b’tagħbija utli jew bil-passiġġieri;

(iv) 

ikollu TC ristrett u jkun ġie ċċertifikat f’konformità mar-rekwiżiti ta’ tolleranza għad-danni, dment li ma jitħaddimx lil hinn minn 75 % tal-għan tas-servizz tad-disinn tiegħu u jitħaddem primarjament b’appoġġ għall-operazzjoni tal-manifattura tad-detentur tat-TC ristrett;

(v) 

dan jinħareġ b’TC ristrett u huwa ddisinjat primarjament għat-tifi tan-nar.

(c) 

Il-punt (a) ma għandux japplika għal bidliet u tiswijiet kbar f’ajruplan kbir iċċertifikat għall-ewwel darba qabel is-26 ta’ Frar 2021 meta l-bidliet jew it-tiswijiet ma jkunux, u mhux se jkunu, inkorporati f’xi ajruplan kbir li jkun qed jopera fis-26 ta’ Awwissu 2022 jew wara.

(d) 

L-eċċezzjonijiet previsti fil-punti (b)(ii) sa (v) u (c) għandhom japplikaw biss wara li d-detentur tal-approvazzjoni tal-bidla jissottometti lista ta’ bidliet li jaffettwaw lill-FCBS, flimkien ma’ informazzjoni li tappoġġja r-raġunijiet għaliex kull bidla ġiet inkluża fil-lista, lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022 għall-approvazzjoni.

26.331    Il-pjan ta’ konformità għad-detenturi tal-STC

Id-detentur tal-approvazzjoni msemmi fil-punt 26.330 (a) għandu:

(a) 

jistabbilixxi pjan ta’ konformità li jindirizza r-rekwiżiti tal-punti 26.332 sa 26.334;

(b) 

jissottometti l-pjan ta’ konformità msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-punt lill-Aġenzija qabel il-25 ta’ Awwissu 2021, għall-approvazzjoni.

26.332    L-identifikazzjoni tal-bidliet li jaffettwaw l-istruttura kritika mill-aspett tar-reħja

(a) 

Id-detentur tal-approvazzjoni msemmi fil-punt 26.330 (a) għandu:

(i) 

jirrieżamina l-bidliet u jidentifika dawk il-bidliet li jaffettwaw l-FCBS;

(ii) 

għal kull bidla identifikata f’konformità mal-punt (i), jidentifika kwalunkwe FCMS assoċjata;

(iii) 

jidentifika t-tiswijiet ippubblikati li jaffettwaw kull bidla identifikata skont il-punt (i).

(b) 

Għal approvazzjoni ta’ bidla li nħarġet fl-1 ta’ Settembru 2003 jew wara, id-detentur tal-approvazzjoni msemmi fil-punt (a) għandu jiżviluppa u jissottometti lista tal-bidliet u tal-FCMS identifikati skont il-punti (a)(i) u (ii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022 għall-approvazzjoni, u, wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija, jagħmel il-lista disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha ta’ tali ajruplani u, fuq talba, lill-organizzazzjonijiet responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa biex jappoġġjaw lill-operaturi li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punt 26.370(a)(ii).

(c) 

Għal approvazzjoni ta’ bidla li nħarġet qabel l-1 ta’ Settembru 2003, id-detentur tal-approvazzjoni msemmi fil-punt (a) għandu:

(i) 

jiżviluppa u jissottometti lista tal-bidliet identifikati f’konformità mal-punt (a)(i) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022, għall-approvazzjoni;

(ii) 

fuq talba tal-operaturi u tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa biex jappoġġjaw lill-operaturi li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punt 26.370(a)(ii), jidentifikaw u jelenkaw kwalunkwe FCMS assoċjata mal-bidla u jissottomettu din id-data lill-Aġenzija fi żmien 12-il xahar mit-talba għall-approvazzjoni;

(iii) 

mal-approvazzjoni ta’ kwalunkwe data sottomessa skont il-punti (c)(i) u (ii), jagħmel dik id-data disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha ta’ tali ajruplani u, fuq talba, lill-organizzazzjonijiet responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa biex jappoġġjaw lill-operaturi li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punt 26.370(a)(ii).

26.333    Id-data tat-tolleranza għad-danni għall-STCs u t-tiswijiet li jaffettaw dawk l-STCs approvati fl-1 ta’ Settembru 2003 jew wara

(a) 

Għal approvazzjoni ta’ bidla li nħarġet fl-1 ta’ Settembru 2003 jew wara, id-detentur tal-approvazzjoni msemmi fil-punt 26.330(a) għandu:

(i) 

għall-bidliet u t-tiswijiet ippubblikati identifikati f’konformità mal-punti (a)(i) u (a)(iii) tal-punt 26.332, rispettivament, iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni;

(ii) 

jistabbilixxi u jiddokumenta d-DTI assoċjata, sakemm dan ma jkunx diġà sar.

(b) 

Id-detentur tal-approvazzjoni msemmi fil-punt (a) għandu jissottometti d-data tat-tolleranza għad-danni li tirriżulta mill-evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni mwettqa f’konformità mal-punt (a)(i) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023, għall-approvazzjoni, sakemm ma tkunx diġà approvata f’konformità mal-punt 21.B.111 tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(c) 

B’deroga mill-punt (b), għal bidliet li ma kellhomx rekwiżit ta’ evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni, id-detentur tal-approvazzjoni msemmi fil-punt (a) għandu jissottometti d-data dwar it-tolleranza għad-danni li tirriżulta mill-evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni mwettqa f’konformità mal-punt (a) lill-Aġenzija, sal-iskadenzi li ġejjin, skont liema minnhom isseħħ l-aħħar, għall-approvazzjoni:

(i) 

qabel ma jitħaddem ajruplan bl-inkorporazzjoni ta’ dik il-bidla skont l-Anness IV (il-Parti-CAT) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012; jew

(ii) 

qabel is-26 ta’ Frar 2023.

26.334    Id-data tat-tolleranza għad-danni għall-STCs u bidliet u tiswijiet kbar eżistenti oħra li jaffettwaw dawk l-STCs jew bidliet approvati qabel l-1 ta’ Settembru 2003

(a) 

Fuq talba tal-operaturi u tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, biex tiġi appoġġjata l-konformità mal-punt 26.370(a)(ii), għal approvazzjoni ta’ bidla li nħarġet qabel l-1 ta’ Settembru 2003, id-detentur tal-approvazzjoni msemmi fil-punt 26.330(a) għandu:

(i) 

għall-bidliet u t-tiswijiet ippubblikati identifikati f’konformità mal-punti (a)(i) u (a)(iii) tal-punt 26.332, rispettivament, iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni;

(ii) 

jistabbilixxi u jiddokumenta d-DTI assoċjata, sakemm dan ma jkunx diġà sar.

(b) 

Id-detentur tal-approvazzjoni msemmi fil-punt (a) għandu jissottometti d-data tat-tolleranza għad-danni li tirriżulta mill-evalwazzjoni mwettqa f’konformità mal-punt (a)(i) lill-Aġenzija:

(i) 

fi żmien 24 xahar mir-riċevuta ta’ talba, għal talbiet riċevuti qabel is-26 ta’ Frar 2023, għall-approvazzjoni; jew

(ii) 

qabel is-26 ta’ Frar 2025 jew fi żmien 12-il xahar mir-riċevuta ta’ talba, skont liema jseħħ l-aħħar, għal talbiet riċevuti fis-26 ta’ Frar 2023 jew wara, għall-approvazzjoni.

26.370    Il-programm ta’ manutenzjoni

(a) 

L-operaturi ta’ ajruplani kbar iċċertifikati fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara għandhom jiżguraw li l-programmi ta’ manutenzjoni ta’ dawk l-ajruplani jinkludu:

(i) 

għal ajruplani kbar iċċertifikati biex iġorru 30 passiġġier jew aktar, jew b’kapaċità ta’ tagħbija utli akbar minn 3 402  kg (7 500 lb), DTIs approvati;

(ii) 

għal ajruplani kbar li jitħaddmu f’konformità mal-Anness IV (il-Parti-CAT) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u ċċertifikati li jġorru 30 passiġġier jew aktar, jew b’kapaċità ta’ tagħbija utli akbar minn 3 402  kg (7 500 lb), mezz biex jiġu indirizzati l-effetti negattivi li t-tiswijiet u l-bidliet jista’ jkollhom fuq l-istrutturi kritiċi għar-reħja u fuq l-ispezzjonijiet previsti fil-punt (a)(i);

(iii) 

għal ajruplani kbar iċċertifikati b’MTOW ta’ aktar minn 34 019  kg (75 000 lb), LOV approvat;

(iv) 

CPCP.

(b) 

L-iskadenzi li ġejjin għandhom japplikaw għall-obbligu msemmi fil-punt (a):

(i) 

il-programm ta’ manutenzjoni tal-ajruplani għandu jiġi rivedut biex jindirizza r-rekwiżiti tal-punti (a)(i), (ii) u (iv) qabel is-26 ta’ Frar 2024 jew qabel it-tħaddim tal-ajruplan, skont liema jseħħ l-aħħar;

(ii) 

il-programm ta’ manutenzjoni tal-ajruplani għandu jiġi rivedut biex jindirizza r-rekwiżiti tal-punt (a)(iii) qabel is-26 ta’ Awwissu 2021, jew 6 xhur wara l-pubblikazzjoni tal-LOV, jew qabel it-tħaddim tal-ajruplan, skont liema jseħħ l-aħħar.

(c) 

Għal mudell ta’ ajruplan kbir iċċertifikat għall-ewwel darba qabel is-26 ta’ Frar 2021 u:

(i) 

li ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Frar 2024, il-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iv) ma għandhomx japplikaw;

(ii) 

li ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Awwissu 2021, il-punt (a)(iii) ma għandux japplika;

(iii) 

b’TC ristrett maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021 f’konformità mar-rekwiżiti ta’ tolleranza għad-danni, dment li ma jitħaddimx lil hinn minn 75 % tal-għan tas-servizz tad-disinn tiegħu u jitħaddem primarjament b’appoġġ għall-operazzjoni tal-manifattura tad-detentur tal-approvazzjoni, il-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iv) ma għandhomx japplikaw.

(d) 

Għal mudell ta’ ajruplan kbir b’TC ristrett maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021 u li l-għan primarju tiegħu huwa t-tifi tan-nar, il-punti (a)(i) u (a)(ii) ma għandhomx japplikaw.

▼M4

SUBPARTI C

ĦELIKOPTERS

▼M1

26.400    L-estinturi tan-nar

L-operaturi ta' ajruplani kbar għandhom jiżguraw li l-estinturi li ġejjin ma jużawx l-alonu bħala aġent li jitfi n-nar:

(a) 

estintutri tan-nar inkorporati għal kull reċipjent tal-iskart tal-lavatorji għal xugamani, karta jew skart f'ajruplani kbar li għalihom ikun inħareġ l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà fi jew wara t-18ta' Frar 2020;

(b) 

estinturi tan-nar li jistgħu jinġarru f'ajruplani kbar li għalihom ikun inħareġ l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà fi jew wara t-18ta' Mejju 2019.

▼M5

26.405    Il-protezzjoni kontra n-nar tal-kompartiment tal-merkanzija

(a) 

Kemm għal ħelikopters żgħar kif ukoll kbar mgħammra b’mill-inqas kompartiment tal-merkanzija wieħed separat mill-kabina tal-pilota, u li għalihom iċ-ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà jinħareġ għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara, id-detenturi ta’:

— 
TC jew TC ristrett; jew
— 
Approvazzjonijiet ta’ STC jew ta’ bidla fid-disinn, jekk il-bidla tkun relatata mal-kapaċitajiet ta’ protezzjoni kontra n-nar tal-kompartiment tal-merkanzija tal-ħelikopter,

għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar il-karatteristiċi tad-disinn tal-ħelikopter assoċjati mal-kapaċitajiet ta’ protezzjoni kontra n-nar tal-kompartiment tal-merkanzija għall-kompartimenti tal-merkanzija kollha li jkunu separati mill-kabina tal-pilota lill-operaturi magħrufa kollha ta’ tali ħelikopters.

(b) 

L-informazzjoni disponibbli f’konformità mal-punt (a) għandha tkun dettaljata biżżejjed biex tippermetti lill-operaturi jwettqu valutazzjoni tar-riskju għat-trasport ta’ oġġetti fil-kompartiment tal-merkanzija.

L-informazzjoni għandha tkun inkluża f’dokumentazzjoni xierqa dwar il-ħelikopter li tkun disponibbli għall-operaturi u tkun tista’ tiġi identifikata faċilment mill-persunal tal-operaturi responsabbli għat-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju.

(c) 

Id-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn, li huwa meħtieġ jagħmel disponibbli l-informazzjoni f’konformità mal-punt (a), għandu wkoll jagħmel il-bidliet f’din l-informazzjoni disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha tal-ħelikopters affettwati mill-bidla.

▼M4

26.410    Kontrolli ta’ emerġenza mħaddma taħt l-ilma

L-operaturi ta’ ħelikopters żgħar u ta’ ħelikopters kbar li huma meħtieġa, f’konformità mal-punt CAT.IDE.H.320(a) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li jkunu ddisinjati għall-inżul fuq l-ilma jew iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, għandhom jiżguraw li l-kontrolli kollha ta’ emerġenza li jeħtieġ li jitħaddmu taħt l-ilma jkunu mmarkati bil-metodu ta’ tħaddim kif ukoll bi strixxi sofor u suwed.

26.415    Ħruġ ta’ emerġenza taħt l-ilma

(a) 

L-operaturi ta’ ħelikopters żgħar u ta’ ħelikopters kbar li huma meħtieġa, f’konformità mal-punt CAT.IDE.H.320(a) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li jkunu ddisinjati għall-inżul fuq l-ilma jew iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, għandhom jiżguraw li:

(1) 

ikun possibbli għall-okkupanti li jidentifikaw faċilment il-mezzi biex iħaddmu kull ħruġ ta’ emerġenza taħt l-ilma biex jiffaċilitaw il-ħruġ fil-każ ta’ nżul ta’ emerġenza fuq l-ilma jew fil-każ li l-ħelikopter jinqaleb;

(2) 

ikun disponibbli ħruġ ta’ emerġenza taħt wiċċ l-ilma fuq kull naħa tal-ħelikopter għal kull unità (jew parti minn unità), ta’ erba’ sits tal-passiġġieri sakemm il-ħruġ ta’ emerġenza taħt l-ilma ma jkunx kbir biżżejjed li jippermetti l-ħruġ simultanju ta’ żewġ passiġġieri;

(3) 

is-sits tal-passiġġieri jkunu f’tali pożizzjoni, fir-rigward tal-ħruġ ta’ emerġenza ta’ taħt l-ilma msemmi fil-punt (2), li tiffaċilita l-evakwazzjoni tal-passiġġieri f’każ li l-ħelikopter jinqaleb u l-kabina timtela bl-ilma.

(b) 

L-operaturi ta’ ħelikopters żgħar tal-kategorija A u ta’ ħelikopters kbar li huma meħtieġa, f’konformità mal-punt CAT.IDE.H.320(a) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li jkunu ddisinjati għall-inżul fuq l-ilma jew iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, għandhom jiżguraw li:

(1) 

kull ħruġ ta’ emerġenza, inkluż il-ħruġ ta’ emerġenza tal-ekwipaġġ tat-titjira, u kwalunkwe bieb, tieqa jew ftuħ ieħor fil-kompartiment tal-passiġġieri addattati għall-iskop ta’ evakwazzjoni taħt l-ilma, jkunu jistgħu jintużaw f’każ ta’ emerġenza;

(2) 

jiġi pprovdut mezz awtomatiku għall-identifikazzjoni faċli tal-periferija tal-aperturi tal-ħruġ kollu ta’ emerġenza taħt l-ilma, fil-kundizzjonijiet kollha tad-dawl; dawn il-marki jridu jkunu ddisinjati b’tali mod li jibqgħu jidhru f’każ li l-ħelikopter jinqaleb jew il-kabina tkun taħt wiċċ il-baħar.

26.420    Tagħmir ta’ emerġenza għal titjira fuq l-ilma

(a) 

L-operaturi ta’ ħelikopters żgħar u ta’ ħelikopters kbar li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt CAT.IDE.H.300 tal-Anness IV, tal-punt NCC.IDE.H.227 tal-Anness VI jew tal-punt SPO.IDE.H.199 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, għandhom jiżguraw li kull ċattra tas-salvataġġ minfuħa jkollha mezz biex iżommha qrib il-ħelikopter, u mezz addizzjonali biex iżomm iċ-ċattra tas-salvataġġ minfuħa marbuta mal-ħelikopter f’distanza li ma tkunx ta’ periklu għaċ-ċattra tas-salvataġġ innifisha u lanqas għall-persuni abbord. F’każ li l-ħelikopter jinżel taħt l-ilma għalkollox, iż-żewġ mezzi ta’ żamma taċ-ċattra ta’ salvataġġ għandhom jinqatgħu qabel ma l-ħelikopter jinżel taħt l-ilma, anki meta ċ-ċattra ta’ salvataġġ tkun vojta.

(b) 

L-operaturi ta’ ħelikopters żgħar u ta’ ħelikopters kbar li huma meħtieġa, f’konformità mal-punt CAT.IDE.H.320(a) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li jkunu ddisinjati għall-inżul fuq l-ilma jew iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, għandhom jiżguraw li jkun hemm mezzi ta’ stivar li jesgħu baga tas-salvataġġ għal kull okkupant tal-ħelikopter li tista’ tintlaħaq minn kull okkupant waqt li jkun bilqiegħda, sakemm l-okkupanti ma jkunux meħtieġa li jilbsuhom il-ħin kollu waqt li jkunu abbord il-ħelikopter.

(c) 

L-operaturi ta’ ħelikopters kbar li huma meħtieġa, f’konformità mal-punt SPA.HOFO.165(d) tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li jkollhom ċattra tas-salvataġġ waħda jew aktar installati, għandhom jiżguraw li ċ-ċattri tas-salvataġġ:

(1) 

ikunu jistgħu jintużaw mill-bogħod, filwaqt li l-mezzi għall-użu taċ-ċattri tas-salvataġġ ikunu jinsabu fejn jintlaħqu faċilment mill-ekwipaġġ tat-titjira, mill-okkupanti tal-kabina tal-passiġġieri u minn kwalunkwe superstitu fl-ilma, x’ħin il-ħelikopter ikun wieqaf fuq wiċċ l-ilma jew maqlub;

(2) 

ikunu jistgħu jintużaw b’mod affidabbli x’ħin il-ħelikopter ikun fi kwalunkwe pożizzjoni f’wiċċ l-ilma raġonevolment prevedibbli, inkluż bil-maqlub, u fil-kundizzjonijiet tal-baħar sostanzjati għar-reżistenza għall-qlib.

26.425    Provvediment ta’ kundizzjonijiet tal-baħar sostanzjati

(a) 

Detentur ta’ ċertifikat tat-tip għal ħelikopter żgħir jew għal ħelikopter kbir għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet tal-baħar sostanzjati għar-reżistenza għall-qlib u kwalunkwe informazzjoni assoċjata relatata maċ-ċertifikazzjoni tal-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma jew mad-dispożizzjonijiet dwar is-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza jkunu inklużi fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru bir-rotors (RFM) u pprovduti lill-operaturi kollha.

(b) 

Detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari għal sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza installata fuq ħelikopter żgħir jew fuq ħelikopter kbir għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet tal-baħar sostanzjati għar-reżistenza għall-qlib u kwalunkwe informazzjoni assoċjata relatata maċ-ċertifikazzjoni tal-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma jew mad-dispożizzjonijiet dwar is-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza jkunu inklużi fl-RFM u pprovduti lill-operaturi kollha.

26.430    Reżistenza għad-danni tas-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza

(a) 

L-operaturi ta’ ħelikopters żgħar jew ta’ ħelikopters kbar li jkollhom l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà tagħhom maħruġ fid-9 ta’ Awwissu 2025 jew wara, u li huma meħtieġa, f’konformità mal-punt CAT.IDE.H.320(a) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li jkunu ddisinjati għall-inżul fuq l-ilma jew iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, għandhom jiżguraw li jekk il-ħelikopter jinkludi sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza stivata, l-effetti fuq l-użu u ż-żamma tajbin tas-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza bħala riżultat ta’ danni possibbli minn impatt tal-ilma jiġu minimizzati kemm jista’ jkun fl-istadju tad-disinn.

(b) 

L-operaturi ta’ ħelikopters żgħar jew ta’ ħelikopters kbar b’sistemi għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza stivati installati għall-ewwel darba fid-9 ta’ Awwissu 2025 jew wara, u li huma meħtieġa, f’konformità mal-punt CAT.IDE.H.320(a) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li jkunu ċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, għandhom jiżguraw li l-effetti fuq l-użu u ż-żamma tajbin tas-sistemi għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza bħala riżultat ta’ danni possibbli minn impatt tal-ilma jiġu minimizzati kemm jista’ jkun fl-istadju tad-disinn.

26.431    Determinazzjoni tar-robustezza tad-disinni tas-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza

(a) 

Operatur ta’ ħelikopter żgħir jew ta’ ħelikopter kbir li jkun meħtieġ, f’konformità mal-punt CAT.IDE.H.320(a) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li jkun iddisinjat għall-inżul fuq l-ilma jew iċċertifikat għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, jista’ jitlob lill-persuna msemmija fil-punt (b) biex tipprovdi s-servizzi msemmija fil-punt (c), meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

l-operatur ikun meħtieġ juri l-konformità mal-punt 26.430 ta’ dan l-Anness;

(2) 

ir-robustezza tas-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza f’każ ta’ impatt tal-ilma ma tkunx intweriet bħala parti miċ-ċertifikat tat-tip jew miċ-ċertifikat tat-tip supplimentari ta’ dak il-ħelikopter.

(b) 

Il-persuni li għandhom jipprovdu s-servizzi msemmija fil-punt (c) huma:

(1) 

id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, jekk is-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza tkun inkluża fid-disinn tat-tip;

(2) 

id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, jekk is-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza tkun iċċertifikata permezz ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari.

(c) 

Il-persuna msemmija fil-punt (b) għandga:

(1) 

tiddetermina li l-effetti fuq l-użu u ż-żamma tajbin tas-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza bħala riżultat ta’ danni possibbli minn impatt tal-ilma jiġu minimizzati kemm jista’ jkun;

(2) 

tiddetermina li l-effetti msemmija fil-punt (c)(1) jitqiesu fid-disinn tas-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza;

(3) 

tipprovdi valutazzjoni lill-operatur.

26.435    Tħaddim awtomatiku ta’ sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza

(a) 

L-operaturi ta’ ħelikopters żgħar li huma meħtieġa, f’konformità mal-punt CAT.IDE.H.320(a) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li jkunu ddisinjati għall-inżul fuq l-ilma jew iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, għandhom jiżguraw li jekk waqt it-titjira tiġi installata u stivata sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza, din għandha tiġi attivata awtomatikament mad-dħul tal-ħelikopter fl-ilma.

(b) 

L-operaturi ta’ ħelikopters żgħar tal-kategorija A u ta’ ħelikopters kbar li huma meħtieġa, f’konformità mal-punt CAT.IDE.H.320(a) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li jkunu ddisinjati għall-inżul fuq l-ilma jew iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, għandhom jiżguraw li jekk waqt it-titjira tiġi installata u stivata sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza, din għandha tiġi attivata awtomatikament mad-dħul tal-ħelikopter fl-ilma u ma għandha tiddependi fuq l-ebda azzjoni tal-bdot waqt it-titjira.

▼M5

26.440    Ir-reżistenza għall-ħbit tas-sistema tal-fjuwil

L-operaturi ta’ ħelikopters żgħar u ta’ ħelikopters kbar għandhom jiżguraw li l-probabbiltà ta’ nar wara l-ħbit tiġi minimizzata sa fejn ikun prattikabbli fid-disinn tas-sistema tal-fjuwil meta:

(a) 

iċ-ċertifikat tat-tip ta’ ħelikopter ikun inħareġ fit-2 ta’ Ottubru 1994 jew wara, u:

(1) 

l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter jinħareġ fi jew wara t-22 ta’ Diċembru 2026, jew

(2) 

l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter jinħareġ qabel it-22 ta’ Diċembru 2026, u:

(i) 

jekk kwalunkwe ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà jinħareġ minn Stat Membru fi jew wara t-22 ta’ Diċembru 2024 wara importazzjoni tal-ħelikopter minn Stat mhux Membru, jew

(ii) 

jekk:

(A) 

il-ħelikopter ikun ġie ddisinjat għal sitt okkupanti jew aktar, u jitħaddem fi jew wara t-22 ta’ Diċembru 2031; jew

(B) 

il-ħelikopter ikun ġie ddisinjat għal ħames okkupanti jew inqas, u jitħaddem fi jew wara t-22 ta’ Diċembru 2039.

(b) 

iċ-ċertifikat tat-tip ta’ ħelikopter ikun inħareġ qabel it-2 ta’ Ottubru 1994, u:

(1) 

l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter jinħareġ fi jew wara t-22 ta’ Diċembru 2026 jew,

(2) 

l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter jinħareġ qabel it-22 ta’ Diċembru 2026 u jekk kwalunkwe ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà jinħareġ minn Stat Membru fi jew wara t-22 ta’ Diċembru 2024 wara importazzjoni tal-ħelikopter minn Stat mhux Membru.

▼M5




Appendiċi 1

Lista ta’ mudelli ta’ ajruplan li mhumiex soġġetti għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti-26)



Tabella A.1

Detentur tat-TC

Tip

Mudelli

Numru tas-serje tal-manifattur

Dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti-26) li MA japplikawx

The Boeing Company

707

Kollha

 

26.301 sa 26.334

The Boeing Company

720

Kollha

 

26.301 sa 26.334

The Boeing Company

DC-10

DC-10-10

DC-10-30

DC-10-30F

Kollha

26.301 sa 26.334

The Boeing Company

DC-8

Kollha

 

26.301 sa 26.334

The Boeing Company

DC-9

DC-9-11,

DC-9-12,

DC-9-13,

DC-9-14,

DC-9-15,

DC-9-15F,

DC-9-21,

DC-9-31,

DC-9-32,

DC-9-32 (VC-9C),

DC-9-32F,

DC-9-32F (C-9 A, C-9B),

DC-9-33F,

DC-9-34,

DC-9-34F,

DC-9-41,

DC-9-51

Kollha

26.301 sa 26.334

The Boeing Company

MD-90

MD-90-30

Kollha

26.301 sa 26.334

FOKKER SERVICES B.V.

F27

Mark 100, 200, 300, 400, 500, 600, 700

Kollha

26.301 sa 26.334

FOKKER SERVICES B.V.

F28

Mark 1000, 1000C, 2000, 3000, 3000C, 3000R, 3000RC, 4000

Kollha

26.301 sa 26.334

GULFSTREAM AEROSPACE CORP.

G-159

G-159 (Gulfstream I)

Kollha

26.301 sa 26.334

GULFSTREAM AEROSPACE CORP.

G-II_III_IV_V

G-1159 A (GIII)

G-1159B (GIIB)

G-1159 (GII)

Kollha

26.301 sa 26.334

KELOWNA FLIGHTCRAFT LTD.

CONVAIR 340/440

440

Kollha

26.301 sa 26.334

LEARJET INC.

Learjet 24/25/31/36/35/55/60

24, 24 A, 24B, 24B-A, 24D,24D-A, 24F, 24F-A, 25, 25B, 25C, 25D, 25F

Kollha

26.301 sa 26.334

LOCKHEED MARTIN CORPORATION

1329

Kollha

 

26.301 sa 26.334

LOCKHEED MARTIN CORPORATION

188

Kollha

 

26.301 sa 26.334

LOCKHEED MARTIN CORPORATION

382

382, 382B, 382E, 382F, 382G

Kollha

26.301 sa 26.334

LOCKHEED MARTIN CORPORATION

L-1011

Kollha

 

26.301 sa 26.334

PT. DIRGANTARA INDONESIA

CN-235

Kollha

 

26.301 sa 26.334

SABRELINER CORPORATION

NA-265

NA-265-65

Kollha

26.301 sa 26.334

VIKING AIR LIMITED

SD3

SD3-30

Sherpa

SD3 Sherpa

Kollha

26.301 sa 26.334

VIKING AIR LIMITED

DHC-7

Kollha

 

26.301 sa 26.334

VIKING AIR LIMITED

CL-215

CL-215-6B11

Kollha

26.301 sa 26.334

TUPOLEV PUBLIC STOCK COMPANY

TU-204

204-120CE

Kollha

26.301 sa 26.334

AIRBUS

Serje A320

A320-251N, A320-271N

10033, 10242, 10281 u 10360

26.60

AIRBUS

Serje A321

A321-271NX

10257, 10371 u 10391

26.60.

AIRBUS

Serje A330

A330-243, A330-941

1844, 1861, 1956, 1978, 1982, 1984, 1987, 1989, 1998, 2007, 2008 u 2011

26.60

ATR-GIE Avions de Transport Régional

Serje ATR 72

ATR72-212 A

1565, 1598, 1620, 1629, 1632, 1637, 1640, 1642, 1649, 1657, 1660, 1661

26.60

The Boeing Company

Serje 737

737-8 u 737-9

43299, 43304, 43305, 43310, 43321, 43322, 43332, 43334, 43344, 43348, 43391, 43579, 43797, 43798, 43799, 43917, 43918, 43919, 43921, 43925, 43927, 43928, 43957, 43973, 43974, 43975, 43976, 44867, 44868, 44873, 60009, 60010, 60040, 60042, 60056, 60057, 60058, 60059, 60060, 60061, 60063, 60064, 60065, 60066, 60068, 60194, 60195, 60389, 60434, 60444, 60455, 61857, 61859, 61862, 61864, 62451, 62452, 62453, 62454, 62533, 63358, 63359, 63360, 64610, 64611, 64612, 62613, 64614, 65899, 66147, 66148, 66150

26.60

GULFSTREAM AEROSPACE LP.

Serje Gulfstream G100

1125 Astra

1125 Astra SP

G100/Astra SPX

Kollha

26.157

GULFSTREAM AEROSPACE LP

Serje Gulfstream G100

Gulfstream G150

Kollha

26.157

GULFSTREAM AEROSPACE LP.

Serje GALAXY G200

Gulfstream 200/Galaxy

Kollha

26.157

LEARJET INC.

Learjet Mudell 45

Kollha

Kollha

26.157

LEARJET INC.

Learjet 24/25/31/36/35/55/60

55, 55B, 55C

Kollha

26.157

LEARJET INC.

Learjet Mudell 60

Kollha

Kollha

26.157

TEXTRON AVIATION INC.

Serje 650

650

Kollha

26.157

TEXTRON AVIATION INC.

Serje Cessna 500/550/S550/560/560XL

500

550

560

560XL

S550

Kollha

26.157

TEXTRON AVIATION INC.

Serje Hawker

Serje BAe.125

Hawker 750

Hawker 800XP

Kollha

26.157

TEXTRON AVIATION INC.

Serje CESSNA 750 (Citation X)

750

Kollha

26.157

▼B




ANNESS II

Fl-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, il-punt ORO.AOC.100, is-subparagrafu (c)(1) jinbidel b'dan li ġej:

“(1) dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, ta' dan l-Anness (il-Parti-ORO), tal-Anness IV (il-Parti-CAT) u tal-Anness V (il-Parti-SPA) ta' dan ir-Regolament u l-Anness I (il-Parti 26) tar-Regolament (UE) 2015/640 ( *1 );

.



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/748/oj).

( *1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta' April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18)”