|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4116 |
24.7.2026 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuna koperta mill-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
(C/2026/4116)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Thomas RÖPER li jidher fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq abbażi ta' evidenza ġdida. Dik il-persuna hija b'dan infurmata li tista' tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb l-informazzjoni relatata maż-żamma tal-miżuri restrittivi, qabel l-1 ta’ Awwissu 2026 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4116/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)