|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2192 |
29.10.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2192
tas-6 ta’ Awwissu 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi speċifiċi għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fis-subżoni 6 sa 8 tal-ICES
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 jistabbilixxi miżuri tekniċi reġjonali speċifiċi għall-ilmijiet tal-Unjoni fl-Ilmijiet tal-Majjistral u fl-Ilmijiet tal-Lbiċ. |
|
(2) |
L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241 jipprevedi miżuri tekniċi għall-Ilmijiet tal-Majjistral u l-Anness VII jipprevedihom għall-Ilmijiet tal-Lbiċ. Fis-6 ta’ Ġunju 2025, il-Grupp Reġjonali tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Lbiċ (il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall) u l-Grupp Reġjonali tal-Istati Membri tal-ilmijiet tal-Majjistral (il-Belġju, Spanja, Franza, l-Irlanda u n-Netherlands) rispettivament, ippreżentaw żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti li fihom talbu li sal-31 ta’ Diċembru 2026, jiġu estiżi l-miżuri li japplikaw bħalissa għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fis-subżoni 6 sa 8 tal-ICES. Il-miżuri mitluba jżommu kemm id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni attwali ta’ 36 cm għall-paġella ħamra għas-sajd kummerċjali fiż-żewġ baċiri tal-baħar, kif ukoll l-għeluq għall-bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża fis-subżoni 6 sa 8 tal-ICES mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2025; l-għeluq fuq bażi staġjonali għas-sajd kummerċjali u l-għeluq għas-sena kollha għas-sajd rikreattiv fiż-żoni ġeografiċi speċifiċi tas-subżona 8 tal-ICES. |
|
(3) |
L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi li l-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett fil-miżuri ta’ konservazzjoni tal-Unjoni li japplikaw għal reġjun ġeografiku partikolari, jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjonijiet konġunti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dawk il-miżuri. L-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2019/1241 jippermetti lill-Istati Membri b’interess ta’ ġestjoni dirett jippreżentaw rakkomandazzjonijiet konġunti bl-iskop tal-adozzjoni ta’ atti delegati li jikkonċernaw il-miżuri tekniċi reġjonali stabbiliti fl-Annessi ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-Grupp Reġjonali tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Lbiċ u l-Grupp Reġjonali tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral għandhom interess ta’ ġestjoni dirett tas-sajd fl-ilmijiet tal-Lbiċ u tal-Majjistral rispettivament. |
|
(5) |
Il-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sajd u l-Akkwakultura ġie kkonsultat fit-8 ta’ Lulju 2025. |
|
(6) |
Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (“STECF”, Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries) preċedentement ivvaluta dawn il-miżuri fl-2021 li ilhom japplikaw għall-paġella ħamra minn Lulju 2022 u kkonkluda li għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-qbid tal-paġella ħamra (3). |
|
(7) |
Peress li l-miżuri huma l-istess bħal dawk li ilhom japplikaw għall-paġella ħamra minn Lulju 2022; id-data għal dan l-istokk għadha skarsa u l-ICES ħareġ parir li l-qbid għall-2025 u l-2026 għandhom ikunu żero (4); u l-miżuri huma aktar stretti mill-miżuri bażi li kienu japplikaw għall-paġella ħamra fis-subżoni 6 sa 8 tal-ICES qabel l-adozzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/56 (5), il-Kummissjoni tqis li r-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2019/1241 huma ssodisfati. |
|
(8) |
Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. Peress li l-miżuri li jridu jiġu estiżi jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2025, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2026 sabiex tiġi żgurata l-kontinwità legali. |
|
(9) |
Il-miżuri introdotti b’dan ir-Regolament applikabbli għall-ilmijiet tal-Unjoni għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 494(1) u (2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (6), u jikkunsidraw il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 494(3) ta’ dak il-Ftehim. Dawn huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura applikabbli fl-ilmijiet tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1241 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi VI u VII tar-Regolament (UE) 2019/1241 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1241/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj).
(3) Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) – Evaluation of Joint Recommendations on the Landing Obligation and on the Technical Measures Regulation (STECF-21-05). https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC126128.
(4) Il-parir tal-ICES għall-2024 “Blackspot seabream (Pagellus bogaraveo) in subareas 6-8 (Celtic Seas and the English Channel, Bay of Biscay)”. https://doi.org/10.17895/ices.advice.25019660.
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/56 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi speċifiċi għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fis-subżoni 6 sa 8 tal-ICES (ĠU L 5, 6.1.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/56/oj).
(6) Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/689(1)/oj).
ANNESS
L-Annessi VI u VII tar-Regolament (UE) 2019/1241 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
(*3) Jekk ma jiġux adottati regoli ġodda qabel il-31 ta’ Diċembru 2026, mill-1 ta’ Jannar 2027, id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli għall-paġella ħamra għandu jkun 33 cm.”;”
(*1) Dan id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandu japplika għas-subżoni 6 u 7 tal-ICES sal-31 ta’ Diċembru 2026. Id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 33 cm għandu japplika għas-subżona 5 tal-ICES.
(*2) Jekk ma jiġux adottati regoli ġodda qabel il-31 ta’ Diċembru 2026, mill-1 ta’ Jannar 2027, id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli għandu jkun 33 cm.”;
(*4) Dan id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandu japplika għas-subżona 8 tal-ICES sal-31 ta’ Diċembru 2026. Id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 33 cm għandu japplika għas-subżoni 9 u 10 tal-ICES (l-ilmijiet tal-Unjoni) u għaż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF (l-ilmijiet tal-Unjoni).
(*5) Jekk ma jiġux adottati regoli ġodda qabel il-31 ta’ Diċembru 2026, mill-1 ta’ Jannar 2027, id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli għandu jkun 33 cm.”;
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2192/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)