Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU I -DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI - Sezzjoni 2 - Korpi konsultattivi ta' l-Unjoni - Subsezzjoni 1 - Il-Kumitat tar-Reġjuni - Artikolu III-386
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0167 - 0167
Artikolu III-386 In-numru ta' membri tal-Kumitat tar-Reġjuni m'għandux ikun aktar minn 350. Il-Kunsill, b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta deċiżjoni Ewropea li tistabbilixxi l-komposizzjoni tal-Kumitat. Il-membri tal-Kumitat u numru ugwali ta' membri supplenti għandhom jinħatru għal ħames snin. Il-perijodu tal-mandat tagħhom jista' jiġġedded. Ebda membru jew membru supplenti tal-Kumitat ma jista' jkun fl-istess waqt membru tal-Parlament Ewropew. Il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjoni Ewropea li tistabbilixxi l-lista ta' membri u membri supplenti mfassla skond il-proposti magħmula minn kull Stat Membru. Meta l-mandat previst fl-Artikolu I-32(2), li abbażi tiegħu kienu proposti jasal fi tmiemu, l-mandat tal-membri tal-Kumitat għandu jintemm awtomatikament u huma għandhom imbagħad jiġu sostitwiti, skond l-istess proċedura, għall-bqija tal-mandat. --------------------------------------------------