|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1022 |
1.7.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1022
tat-30 ta’ Ġunju 2026
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tad-definizzjonijiet, tad-dikjarazzjonijiet doganali u tal-elementi tad-data relatati mad-dazju doganali temporanju ta’ EUR 3 fuq il-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata f’kunsinna b’valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7, il-punt (a), l-Artikolu 131, il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 160 u l-Artikolu 175 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 143a tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (2) jipprevedi l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera li jkun fiha s-sett ta’ data speċifiku u mnaqqas imsemmi fl-Anness B ta’ dak ir-Regolament Delegat (“id-dikjarazzjoni H7”) fir-rigward ta’ kunsinna li tibbenefika minn eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni f’konformità mal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 (3). Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/382 (4) jemenda r-Regolament (KE) Nru 1186/2009 billi jħassar l-Artikoli 23 u 24 tiegħu b’effett mill-1 ta’ Lulju 2026. B’konsegwenza ta’ dan, merkanzija ta’ valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150 għal kull kunsinna issa hija soġġetta għal dazji doganali, u l-awtoritajiet doganali iridu jiġbru d-dazji doganali fuq merkanzija f’tali kunsinna irrispettivament mill-valur iddikjarat tagħha. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2026/382 jintroduċi dazju doganali temporanju ta’ EUR 3 għal kull oġġett f’kunsinni li l-valur intrinsiku tagħhom ma jaqbiżx total ta’ EUR 150, meta l-importazzjoni tal-merkanzija tkun eżentata mill-VAT f’konformità mal-Artikolu 143(1), il-punt (ca), tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (5), jew il-merkanzija tkun f’kunsinna postali, kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (24), tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (“dazju doganali ta’ EUR 3”). Għalhekk, iridu jiġu aġġornati r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 dwar l-użu tad-dikjarazzjoni H7, biex jiġi żgurat li f’tali dikjarazzjoni tkun tista’ tiġi ddikjarata biss merkanzija soġġetta għad-dazju doganali ta’ EUR 3. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tad-dazju doganali ta’ EUR 3, trid tiġi emendata d-definizzjoni ta’ “merkanzija f’kunsinna postali” prevista fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, sabiex jiġi ċċarat għal liema merkanzija japplika d-dazju doganali ta’ EUR 3, u sabiex jiġi rivedut il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dikjarazzjoni H7. |
|
(4) |
Trid tiġi stabbilita definizzjoni formali ta’ “oġġett” fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, biex jiġi żgurat li meta l-merkanzija tiġi ddikjarata bħala oġġetti separati, id-dazju doganali ta’ EUR 3 ikun japplika għal kull oġġett. Dan iseħħ ukoll meta żewġ oġġetti identiċi jew aktar jiġu ddikjarati fuq linji separati f’dikjarazzjoni, għalkemm huwa permess li dawn l-oġġetti identiċi jinġabru flimkien u jiġu ddikjarati f’linja waħda. |
|
(5) |
Id-dikjarazzjoni H7 tikkonċerna biss merkanzija f’kunsinni li l-valur intrinsiku tagħhom ma jaqbiżx total ta’ EUR 150, mibjugħa f’bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata, kif definit fl-Artikolu 14(4), il-punt (2), tad-Direttiva 2006/112/KE. Peress li dik id-definizzjoni tkopri biss merkanzija importata lil xi klijent fl-Unjoni, mhuwiex meħtieġ li tiġi eskluża b’mod espliċitu merkanzija li l-importazzjoni tagħha hija eżentata mill-VAT f’konformità mal-Artikolu 143(1), il-punt (d), tad-Direttiva 2006/112/KE (l-hekk imsejħa proċedura doganali 42), li huwa relatat ma’ importazzjonijiet minn negozju għal negozju, mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143a tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. |
|
(6) |
Madankollu, id-dazju doganali ta’ EUR 3 japplika irrispettivament minn jekk il-merkanzija tiġix iddikjarata fis-sistemi ta’ dikjarazzjoni H1, H6 jew H7. Għalhekk, l-applikazzjoni ta’ tali dikjarazzjonijiet għall-merkanzija mibjugħa f’bejgħ mill-bogħod tibqa’ l-istess. |
|
(7) |
Il-bidla fid-definizzjoni ta’ “merkanzija f’kunsinna postali” b’dan ir-Regolament teħtieġ emendi korrispondenti, billi din l-espressjoni tiġi sostitwita b’ “merkanzija ttrasportata taħt ir-responsabbiltà ta’ operatur postali”, fir-rigward tad-Dikjarazzjonijiet fil-Qosor tad-Dħul (“ENS”), tad-dikjarazzjoni doganali msemmija fl-Artikolu 144 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u tal-atti meqjusa bħala dikjarazzjonijiet doganali f’konformità mal-Artikolu 141 ta’ dak ir-Regolament Delegat. |
|
(8) |
Sabiex jiġu llimitati l-implikazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-faċilitazzjoni stabbilita fl-Artikolu 148(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, il-merkanzija f’kunsinna ta’ valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150, mibjugħa f’bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata, li tiġi rritornata wara r-rilaxx tagħha għaċ-ċirkolazzjoni libera, jenħtieġ li tiġi eskluża mill-eliġibbiltà għall-invalidazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali kkonċernati. |
|
(9) |
L-Anness B tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi r-rekwiżiti tad-data komuni għad-dikjarazzjonijiet doganali, inklużi d-dikjarazzjonijiet H1, H6 u H7. |
|
(10) |
Ir-responsabbiltà tal-ħlas xieraq tad-dazju doganali ta’ EUR 3 mal-wasla fl-UE jenħtieġ l-ewwel u qabel kollox li tkun tad-dikjarant, jiġifieri tal-pjattaformi u tal-bejjiegħa, jew tat-trasportatur jew tal-aġent li jiddikjara l-merkanzija lill-awtoritajiet doganali. Persuni oħra – inkluż il-konsumatur – jistgħu jiddikjaraw l-oġġetti fi ftit każijiet residwali biss. Għal dik ir-raġuni, il-kunċetti tal-persuna taxxabbli responsabbli għall-VAT fuq l-importazzjoni skont id-Direttiva 2006/112/KE u tad-debitur tad-dejn doganali skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jenħtieġ li jiġu allinjati aktar fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija f’kunsinna b’valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150. Għalhekk, id-dikjarant irid jiġi mmodifikat għall-finijiet tad-dikjarazzjonijiet H1, H6 u H7 fl-Anness B tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. L-emendi korrispondenti tal-ismijiet tal-kolonni tal-ENS f’dak l-Anness iridu jiġu allinjati wkoll mal-bidliet fid-definizzjoni ta’ “merkanzija f’kunsinna postali”. |
|
(11) |
Sabiex jittejbu l-kontrolli fuq il-merkanzija mibjugħa f’bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata, jenħtieġ li jiġu introdotti definizzjonijiet u rekwiżiti ġodda dwar l-identifikaturi tal-prodott. Bil-ħsieb li tiġi mminimizzata l-ħtieġa għal aġġustamenti tal-IT fl-Istati Membri, jixraq li jiġu inklużi r-rekwiżiti fl-element tad-data “Dokument ta’ sostenn” fl-Anness B tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. |
|
(12) |
L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi differita sabiex tiġi allinjata mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2026/382. |
|
(13) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fit-Titolu III, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1, titħassar it-titolu tas-Subtaqsima 1; |
|
(3) |
Fl-Artikolu 104, jitħassar il-paragrafu 2; |
|
(4) |
Fl-Artikolu 106, jitħassar il-paragrafu 4; |
|
(5) |
L-Artikolu 113a huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 138, jitħassar il-punt (f); |
|
(7) |
Fl-Artikolu 140(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(8) |
l-Artikolu 141 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
Fl-Artikolu 142, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(10) |
l-Artikolu 143a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 143a Dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ merkanzija f’kunsinna ta’ valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150 mibjugħa f’bejgħ mill-bogħod (Artikolu 6(2) tal-Kodiċi) Il-merkanzija f’kunsinna ta’ valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150, mibjugħa f’bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata kif definit fl-Artikolu 14(4), il-punt (2), tad-Direttiva 2006/112/KE, tista’ tiġi ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera abbażi tas-sett ta’ data speċifiku msemmi fil-kolonna H7 tal-Anness B ta’ dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li l-merkanzija f’dik il-kunsinna ma tkunx soġġetta għal projbizzjonijiet u restrizzjonijiet.” |
|
(11) |
l-Artikolu 144 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 144 Dikjarazzjoni doganali għal merkanzija ttrasportata taħt ir-responsabbiltà ta’ operatur postali (Artikolu 6(2) tal-Kodiċi) Operatur postali jista’ jippreżenta dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera li jkun fiha s-sett imnaqqas tad-data msemmi fil-kolonna H6 tal-Anness B fir-rigward ta’ merkanzija ttrasportata taħt ir-responsabbiltà tiegħu meta l-merkanzija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
|
(12) |
fl-Artikolu 148(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata, kif definit fl-Artikolu 14(4), il-punt (2), tad-Direttiva 2006/112/KE, f’kunsinna ta’ valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150.”; |
|
(13) |
l-Anness B huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2026.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-punt (2), l-ittri (a) u (b), tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2026. Madankollu, l-operaturi jistgħu jipprovdu d-data b’mod volontarju skont il-punt (2), l-ittri (a) u (b), tal-Anness mill-1 ta’ Lulju 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2446/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1186/oj).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/382 tal-11 ta’ Frar 2026 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1186/2009 fir-rigward tal-eliminazzjoni tal-eżenzjoni mid-dazju doganali bbażata fuq il-limitu (ĠU L, 2026/382, 18.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/382/oj).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/112/oj).
ANNESS
L-Anness B tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Titolu I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
It-Titolu II (Noti dwar ir-rekwiżiti tad-dejta) huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/1022/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)