<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-133/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0133</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:37">EU:C:2019:37</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">konklużjonijiet Hogan – Kawża C‑133/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Sea Chefs Cruise Services</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Hogan</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20190117">17 ta’ Jannar 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑133/18</HT></P><P>Sea Chefs Cruise Services GmbH</P><P>vs</P><P>Ministre de l’Action et des Comptes publics</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil, Franza))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 171</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/9/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 20</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru ta’ rimbors</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni mitluba biex tingħata lill-Istat Membru ta’ rimbors f’terminu ta’ xahar mid-data li fiha t-talba tasal għand il-persuna li lilha tkun indirizzata</KEYWORD><KEYWORD>Natura legali ta’ terminu u konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Meta persuna taxxabbli tonqos milli twieġeb, fi żmien xahar kif stipulat mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 44, p. 23</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, għal talba għal iktar informazzjoni mingħand l-awtoritajiet tat-taxxa rilevanti, dan ikun ifisser li awtomatikament titlef id-dritt tagħha li titlob kreditu tal-VAT? Din essenzjalment hija l-kwistjoni mqanqla minn din it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba, għalhekk, tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/9. It-talba għal deċiżjoni preliminari saret fi proċeduri quddiem it-Tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil, Franza) bejn Sea Chefs Cruise Services GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Sea Chefs<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kumpannija stabbilita fil-Ġermanja, u l-Ministre de l’Action et des Comptes publics (il-Ministru għall-Azzjoni u għall-Kontijiet Pubbliċi, Franza) dwar id-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li jiċħad t-talba ta’ Sea Chefs għar-rimbors ta’ kreditu tal-VAT għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk it-terminu ta’ xahar biex tingħata informazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/9, jikkostitwixxix terminu obbligatorju, jiġifieri, terminu li n-nuqqas ta’ konformità miegħu jwassal għad-dekadenza tad-dritt għal rimbors jew, sussidjarjament, jekk din id-dispożizzjoni tippermettix interpretazzjoni li biha jkun possibbli li tiġi rregolarizzata talba għal rimbors tal-VAT billi jiġu prodotti provi fil-kuntest ta’ appell skont l-Artikolu 23 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Qabel ma jitqiesu kull waħda minn dawn il-kwistjonijiet, jeħtieġ, madankollu, li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet legali rilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/112</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 169 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006 L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 44, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Minbarra t-tnaqqis msemmi fl-Artikolu 168, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata li tnaqqas l-VAT imsemmija hemmhekk, safejn il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għal finijiet ta’ dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>transazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet msemmijin fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1), li twettqu barra mill-Istat Membru li fih dik it-taxxa hi dovuta jew imħallsa, li fir-rigward tiegħu il-VAT tista’ titnaqqas jekk dawn twettqu f’dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 170 ta’ dik id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-persuni taxxabbli kollha li, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE, l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9/KE u l-Artikolu 171 ta’ din id-Direttiva, mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimpurtaw merkanzija soġġetta għall-VAT għandhom ikunu intitolati jirċievu rifużjoni ta’ dik il-VAT safejn il-merkanzija u s-servizzi huma użati għall-finijiet ta’ dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 169;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>transazzjonijiet li għalihom it-taxxa hija pagabbli biss mill-konsumatur skond l-Artikoli 194, 197 u 199.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 171ta’ dik id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="171.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandha ssir rifużjoni tal-VAT lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimpurtaw merkanzija soġġetti għall-VAT, imma li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor, skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fid-Direttiva 2008/9/KE.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/9</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/9 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Sabiex tirċievi rifużjoni tal-VAT fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni għandha tindirizza applikazzjoni elettronika għal rifużjoni lil dak l-Istat Membru u tippreżentaha lill-Istat Membru li fih hija stabbilita permezz tal-portal elettroniku stabbilit minn dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-applikazzjoni għal rifużjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-applikant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>indirizz għal kuntatt b’mezzi elettroniċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>deskrizzjoni ta’ l-attività tan-negozju ta’ l-applikant li għaliha jiġu akkwistati l-merkanzija u s-servizzi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-perijodu ta’ rifużjoni kopert mill-applikazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>dikjarazzjoni mill-applikant li huwa ma jkun forna l-ebda merkanzija u servizz meqjus li jkun fornut fl-Istat Membru ta’ rifużjoni matul dak il-perijodu ta’ rifużjoni bl-eċċezzjoni tat-transazzjonijiet imsemmijin fil-punti (i) u (ii) ta’ l-Artikolu 3(b);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa ta’ l-applikant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>dettalji tal-kont tal-bank inklużi l-kodiċijiet IBAN u BIC.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Flimkien ma’ l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-applikazzjoni għal rifużjoni għandha tindika, għal kull Stat Membru ta’ rifużjoni u għal kull fattura jew dokument ta’ importazzjoni, id-dettalji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-isem u l-indirizz sħiħ tal-fornitur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ħlief fil-każ ta’ importazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa tal-fornitur, kif allokat mill-Istat Membru ta’ rifużjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 239 u 240 tad-Direttiva 2006/112/KE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ħlief fil-każ ta’ importazzjoni, il-prefiss ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni skond l-Artikolu 215 tad-Direttiva 2006/112/KE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>id-data u n-numru tal-fattura jew tad-dokument ta’ importazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-ammont taxxabbli u l-ammont tal-VAT imniżżlin fil-munita ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>l-ammont tal-VAT deduċibbli kkalkolat skond l-Arikolu 5 u t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 6 espress fil-munita ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>fejn applikabbli, il-proporzjon deduċibbli kkalkolat skond l-Artikolu 6, espress bħala perċentwali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>in-natura tal-merkanzija u s-servizzi akkwistati, deskritti skond il-kodiċijiet fl-Artikolu 9.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/9 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-applikazzjoni għal rifużjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Istat Membru ta’ stabbiliment sat-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ wara l-perijodu ta’ rifużjoni. L-applikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ġiet ippreżentata biss jekk l-applikant ikun mela l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt l-Artikoli 8, 9 u 11.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 ta’ dik id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-Istat Membru ta’ rifużjoni jikkunsidra li huwa m’għandux l-informazzjoni rilevanti kollha sabiex jieħu deċiżjoni fir-rigward ta’ l-applikazzjoni għal rifużjoni sħiħa jew ta’ parti minnha, huwa jista’ jitlob, b’mezz elettroniku, għal informazzjoni addizzjonali, b’mod partikolari mill-applikant jew mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ stabbiliment, fi żmien il-perijodu ta’ erba’ xhur imsemmi fl-Artikolu 19 (2). Fejn l-informazzjoni addizzjonali tintalab minn xi ħadd ieħor minbarra l-applikant jew awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, it-talba għandha ssir biss b’mezz elettroniku jekk dan il-mezz ikun disponibbli għar-riċevitur tat-talba.</ALINEA><ALINEA>Jekk meħtieġ, l-Istat Membru ta’ rifużjoni jista’ jitlob aktar informazzjoni addizzjonali.</ALINEA><ALINEA>L-informazzjoni mitluba skond dan il-paragrafu tista’ tinkludi l-preżentazzjoni ta’ l-oriġinal jew ta’ kopja tal-fattura rilevanti jew dokument rilevanti ta’ importazzjoni fejn l-Istat Membru ta’ rifużjoni jkollu dubbji raġonevoli rigward il-validità jew il-preċiżjoni ta’ talba partikolari. F’dak il-każ, il-limiti msemmijin fl-Artikolu 10 m’għandhomx japplikaw.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru ta’ rifużjoni għandu jiġi pprovdut bl-informazzjoni addizzjonali mitluba taħt il-paragrafu 1 fi żmien xahar mid-data li fiha t-talba tasal għand il-persuna li lilha tkun indirizzata.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 ta’ dik id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Fejn l-Istat Membru ta’ rifużjoni jitlob informazzjoni addizzjonali, huwa għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu li japprova jew jirrifjuta l-applikazzjoni għal rifużjoni fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni mitluba jew, jekk ma jkunx irċieva tweġiba għat-talba tiegħu, fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 20(2). […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 ta’ dik id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-applikazzjoni għal rifużjoni tiġi rrifjutata interament jew parzjalment, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati mill-Istat Membru ta’ rifużjoni lill-applikant flimkien mad-deċiżjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-appelli dwar deċiżjonijiet ta’ rifjut ta’ applikazzjoni għal rifużjoni jistgħu jsiru mill-applikant lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni fil-forom u fil-limiti ta’ żmien stabbiliti għall-appelli fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal rifużjoni minn persuni li huma stabbiliti f’dak l-Istat Membru.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 242-0 W tal-Anness II tal-code general des impôts (il-Kodiċi Ġenerali dwar it-Taxxa), li kien inkluż biex jittrasponi l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE, imsemmi iktar ’il fuq, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="242.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>I. —</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità tat-taxxa tista’ titlob b’mezzi elettroniċi […] informazzjoni addizzjonali, b’mod partikolari mingħand l-applikant jew mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fejn hija tkun stabbilita, meta tqis li ma jkollhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiddeċiedi kompletament jew parzjalment dwar it-talba għal rimbors imressqa mill-applikant. Meta dik l-informazzjoni addizzjonali tintalab mingħand xi ħadd li ma jkunx l-applikant jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, it-talba għandha ssir b’mezzi elettroniċi biss jekk min jirċievi t-talba<?PAGE NO="5"?> jkollu tali mezzi. Jekk tqis li tkun meħtieġa, l-awtorità tat-taxxa tista’ titlob iktar informazzjoni addizzjonali. Fil-kuntest ta’ dawk l-applikazzjonijiet l-awtorità tat-taxxa tista’ titlob li l-applikant jipprovdi oriġinali ta’ fattura jew dokument ta’ importazzjoni meta jkollha raġuni tiddubita mill-validità jew mill-korrettezza ta’ talba partikolari. It-talba tista’ tkopri kull waħda mit-tranżazzjonijiet mingħajr ma jitqies l-ammont tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="242.002"><NO.PARAG>II. —</NO.PARAG><ALINEA>Kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet ta’ I għandha tingħata fi żmien xahar mid-data li fiha d-destinatarju jkun irċieva t-talba għal informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, Sea Chefs applikat mal-awtoritajiet tat-taxxa Franċiżi għar-rimbors ta’ kreditu tal-VAT għal EUR 40 054.31 għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE>. L-ammont tat-talba fil-kawża prinċipali huwa limitat għal EUR32 143.47.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tad-<DATE ISO="20160129">29 ta’ Jannar 2016</DATE>, it-talba ta’ Sea Chefs ġiet miċħuda kollha kemm hi minħabba li kienet naqset milli twieġeb talba għal informazzjoni addizzjonali mibgħuta lilha mill-awtoritajiet tat-taxxa Franċiżi permezz ta’ posta elettronika fl-<DATE ISO="20151214">14 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors u nota, rreġistrati fis-<DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE> u fit-<DATE ISO="20170102">2 ta’ Jannar 2017</DATE>, Sea Chefs talbet lit-Tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil) biex, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, tordna r-rimbors ta’ kreditu tat-taxxa tal-VAT għal EUR 32 143.47 għall-perijodu rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dokumenti, ippreżentati fl-<DATE ISO="20161024">24 ta’ Ottubru 2016</DATE> u fit-<DATE ISO="20171228">28 ta’ Diċembru 2017</DATE>, id-Direttur tad-Direttorat għat-taxxi ta’ persuni mhux residenti ssottometta li t-talba kellha tiġi miċħuda bħala inammissibbli minħabba li ma kienx ġie osservat it-terminu ta’ xahar għal tweġiba skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/9 u traspost fl-aħħar paragrafu tal-Artikolu 242‑0 W tal-Anness II tal-Kodiċi Ġenerali dwar it-Taxxa. Skont id-direttur imsemmi, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ xahar, it-talba ddekadiet. Id-Direttur sostna wkoll li kien impossibbli li t-talba għar-rimbors tal-VAT tkun irregolarizzata billi jiġu prodotti provi quddiem il-qorti fiskali li tistabbilixxi dritt għal rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tas-<DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, it-Tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil) issospendiet il-proċeduri relatati mar-rikors ta’ Sea Chefs, bagħtet il-proċess tal-kawża quddiem il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza) skont l-Artikolu L.1‑113 tal-code de justice administrative (il-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva) u ssottomettiet għadd ta’ mistoqsijiet lill-Kunsill tal-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Kunsill tal-Istat iddeċieda dwar il-mistoqsijiet permezz ta’ <HT TYPE="ITALIC">avis contentieux</HT> (opinjoni fi proċedura kontenzjuża) nru 412053 tat-<DATE ISO="20171018">18 ta’ Ottubru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>It-Tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil), tqis <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li meta l-awtoritajiet tat-taxxa Franċiżi ma jkollhomx l-informazzjoni kollha disponibbli għalihom li tippermettilhom jiżguraw li l-persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilita fi Franza tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet għal rimbors tal-VAT fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi mogħtija lilha fi Franza, l-awtoritajiet jistgħu jitolbu tali informazzjoni mingħand il-persuna taxxabbli b’mezzi elettroniċi. Il-persuna taxxabbli jkollha xahar, minn meta tirċievi t-talba, sabiex tipprovdi l-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis ukoll li biex tiġi żgurata l-effettività tas-sistema tal-VAT, id-Direttiva 2008/9 tistabbilixxi termini li jiżguraw trattament ta’ malajr ta’ applikazzjonijiet għal rimbors, u applikanti għandhom ikunu konformi magħhom. Madankollu, it-Tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil), tinnota li la d-Direttiva 2008/9 u ebda dispożizzjoni nazzjonali ma<?PAGE NO="6"?> jistabbilixxu l-konsegwenzi għad-dritt għal rimbors tal-VAT meta ma jiġix osservat it-terminu għal tweġiba. B’mod partikolari, skont dik il-qorti, l-ebda wieħed mit-testi leġiżlattivi ma jistabbilixxi b’mod ċar jekk il-persuna taxxabbli għandhiex il-possibbiltà li tirregolarizza l-applikazzjoni tagħha quddiem il-qorti fiskali jew jekk l-applikazzjoni tagħha tkunx iddekadiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Sea Chefs argumentat quddiem it-Tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil) li l-fatt li jkun impossibbli għaliha li tirregolarizza s-sitwazzjoni tagħha fil-kuntest tar-rikors previst fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/9 huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT iggarantit mid-dritt tal-Unjoni Ewropea. In-newtralità tal-VAT hija żgurata minn dritt għal tnaqqis sħiħ, li huwa prinċipju fundamentali tal-VAT u jinkludi d-dritt għal azzjoni legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Sea Chefs sostniet ukoll li n-nuqqas ta’ possibbiltà li t-talba tagħha għal rimbors tal-VAT tkun irregolarizzata quddiem qorti huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-VAT. Skont Sea Chefs, filwaqt li l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jiżguraw li persuna taxxabbli tissodisfa l-obbligi tagħha li tiddikjara u tħallas il-VAT, u jistgħu jimponu obbligi oħra għall-ġbir korrett tal-VAT u għall-prevenzjoni ta’ frodi, dawk l-awtoritajiet ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li jkun meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont it-Tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil), il-kwistjoni jekk ir-regola ta’ dekadenza inkwistjoni hijiex kompatibbli mal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità hija deċiżiva għas-soluzzjoni tat-tilwima li dwarha dik il-qorti għandha tiddeċiedi, u tippreżenta diffikultà serja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>F’dawk iċ-ċirkustanzi t-Tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> għandhom jiġu interpretati fis-sens li joħolqu regola ta’ dekadenza li timplika li persuna taxxabbli ta’ Stat Membru li titlob rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud mingħand Stat Membru li fih ma tkunx stabbilixxiet ruħha ma tistax tirregolarizza t-talba tagħha għal rimbors quddiem qorti tat-taxxa jekk ma tkunx osservat it-terminu ta’ risposta għal talba għal informazzjoni fformulata mill-amministrazzjoni konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) jew, bil-kuntrarju, fis-sens li din il-persuna taxxabbli tkun tista’, fil-kuntest tad-dritt għal appell previst fl-Artikolu 23 tad-direttiva u fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tirregolarizza t-talba tagħha quddiem il-qorti tat-taxxa?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati minn Sea Chefs, mill-Gvern Franċiż u Spanjol u mill-Kummissjoni Ewropea. Fi tmiem il-fażi bil-miktub tal-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li kellha informazzjoni biżżejjed biex tiddeċiedi mingħajr seduta skont l-Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/9, l-għan ta’ din id-direttiva huwa li tistabbilixxi r-regoli għar-rimbors tal-VAT, kif previst fl-Artikolu 170 tad-Direttiva 2006/112, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rimbors, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9. Id-dritt ta’ persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru li tikseb ir-rimbors tal-VAT imħallsa fi Stat Membru ieħor, bil-mod irregolat mid-Direttiva 2008/9, huwa l-kontroparti tad-dritt ta’ tali persuna, stabbilit mid-Direttiva 2006/112 li titnaqsilha VAT tal-input imħallsa fl-Istat<?PAGE NO="7"?> Membru tagħha stess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Volkswagen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑533/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:204">EU:C:2018:204</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt ta’ persuni taxxabbli li titnaqqas il-VAT dovuta jew diġà mħallsa fuq oġġetti mixtrija u servizzi riċevuti bħala input mill-VAT li huma jkollhom iħallsu huwa prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Is-sistema ta’ tnaqqis u, għaldaqstant, is-sistema ta’ rimbors, hija intiża biex teħles kompletament lill-operatur mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa matul l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu kollha. Is-sistema komuni tal-VAT għalhekk tiżgura n-newtralità fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, ikun x’ikun l-għan jew ir-riżultati tagħhom, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet ikunu fihom innifishom, fil-prinċipju, suġġetti għall-VAT. Id-dritt għal tnaqqis tal-VAT huwa, madankollu, bla ħsara għall-konformità ma’ rekwiżiti jew kundizzjonijiet kemm sostantivi kif ukoll formali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Volkswagen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑533/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:204">EU:C:2018:204</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Minkejja l-paralleli li nsiltu mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja bejn id-dritt għal tnaqqis tal-VAT u d-dritt għal rimbors tal-VAT, ir-regoli tad-Direttiva 2008/9 dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f’talba għal rimbors<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/9. Jidher mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li t-talba għal rimbors ta’ Sea Chefs kienet intbagħtet fil-ħin skont l-Artikolu 15(1) ta’ dik id-direttiva. Barra minn hekk, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, ma hemm xejn fil-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li jindika li Sea Chefs kienet naqset milli tkun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/9 biex b’hekk hija kienet bagħtet talba għal rimbors tal-VAT valida u kompleta. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda suġġeriment li kienet tqajmet xi kwistjoni ta’ frodi jew ta’ abbuż ta’ drittijiet.</P></NOTE> u t-termini biex tintbagħat talba għal rimbors<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9.</P></NOTE> huma bil-bosta iktar iddettaljati minn dawk dwar it-tnaqqis tal-VAT li jinsabu fid-Direttiva 2006/112<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-Artikolu 178 tad-Direttiva 2006/112 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-dritt għal tnaqqis tal-VAT.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Pereżempju, id-Direttiva 2006/112 ma tgħid xejn dwar terminu li fih għandha titnaqqas il-VAT. Madankollu, fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, fil-sentenza Astone<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑332/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:614">EU:C:2016:614</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ddeċidiet li l-Artikoli 167, 168, 178, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 179 u l-Artikoli 180 u 182 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati bħala li jfissru li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ limitazzjoni fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis, sakemm jitħarsu l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kien għall-qorti tar-rinviju li tivverifika. Barra minn hekk, fis-sentenzi tagħha tat-<DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, Ecotrade<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑95/07 u C‑96/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:267">EU:C:2008:267</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> u tat-<DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, EMS-Bulgaria Transport<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑284/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:458">EU:C:2012:458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-possibbiltà li jiġi eżerċitat id-dritt għal tnaqqis mingħajr ebda limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> kien imur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali, li jitlob li l-pożizzjoni fiskali tal-persuna taxxabbli, meqjusa d-drittijiet u l-obbligi tagħha <HT TYPE="ITALIC">vis-à-vis</HT> l-awtorità fiskali, ma tkunx suġġetta għal kontestazzjoni b’mod indefinit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, id-Direttiva 2008/9 tistabbilixxi sensiela ta’ termini fir-rigward tal-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ talba u għall-għoti ta’ rimbors tal-VAT. F’dan ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Elsacom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑294/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:382">EU:C:2012:382</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9 stabbilixxiet terminu mandatorju għall-preżentazzjoni ta’ talba għal rimbors tal-VAT u li nuqqas ta’ konformità ma’ dak it-terminu kien iwassal biex id-dritt għal rifużjoni jiddekadi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-użu tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>fi żmien<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (au plus tard) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE tas-<DATE ISO="19791206">6 ta’ Diċembru 1979</DATE> dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79.</P></NOTE> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>sa<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (au plus tard) fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9 kien għamel it-termini speċifikati mandatorji u li ma huwiex iktar possibbli li titressaq talba għar-rimbors tal-VAT wara d-dati inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Inċidentalment, madankollu, nosserva li l-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Elsacom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑294/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:382">EU:C:2012:382</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> ma attribwiet ebda sens imperattiv użat fid-dispożizzjonijiet inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Bid-differenza tat-terminu previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9, ma huwiex ċar mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 20(2) ta’ dik id-direttiva jekk it-terminu ta’ xahar stabbilit hemmhekk huwiex mandatorju, minħabba li termini bħal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>fi żmien<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>sa<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ma jinsabux f’din l-aħħar dispożizzjoni. L-Artikolu 20(2) tad-Direttiva ċertament juża t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>għandu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, iżda fiċ-ċirkustanzi ma nqisx l-użu ta’ din il-kelma bħala determinanti għal din il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, min-naħa tiegħi nqis li l-assenza ta’ tali termini bħal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>sa<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/9, kuntrarjament għall-Artikolu 15(1) ta’ dik id-direttiva, bħala ta’ importanza u mhux sempliċement inċidentalment. Din l-ommissjoni b’mod ċar tissuġġerixxi li l-leġiżlatur Ewropew ma riedx jistabbilixxi terminu mandatorju fl-ewwel dispożizzjoni msemmija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Tali approċċ ikun ukoll konformi mal-approċċ tal-leġiżlatur Ewropew għall-proċeduri li jirregolaw id-dritt għal tnaqqis tal-VAT u tal-assenza fid-Direttiva 2006/112 ta’ kwalunkwe terminu speċifiku għat-tressiq ta’ talba għal tnaqqis.</P></NOTE>. Meqjusa n-natura fundamentali tad-dritt għar-rimbors tal-VAT fil-kuntest tas-sistema komuni tal-VAT u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali li huwa ċentrali għal dik is-sistema, li jkunu stabbiliti termini mandatorji li jwasslu għad-dekadenza ta’ dan id-dritt għandu neċessarjament isir b’mod ċar u inekwivoku bi kliem espliċitu li jinsab fid-direttiva nnifisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Irrid ninnota wkoll li, skont l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2008/9, l-Istat Membru li jkun qiegħed jittratta t-talba għal rimbors jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikant jew mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment jew, jekk niġu f’dan, mingħand terzi. L-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/9 madankollu, jistabbilixxi terminu uniformi ta’ xahar biex tingħata l-informazzjoni mitluba, indipendentement mill-identità tad-destinatarju tat-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Dan il-fatt waħdu, fil-fehma tiegħi, jindika b’mod qawwi li l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni adottata mill-awtoritajiet tat-taxxa Franċiżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-punt 18 iktar ’il fuq.</P></NOTE> ma tistax tkun korretta. Għalkemm id-dritt għal tnaqqis huwa aspett fundamentali tas-sistema kollha tal-VAT, kieku din l-interpretazzjoni kienet korretta, dan ikun ifisser li d-dritt tal-persuna taxxabbli f’dan ir-rigward kien għalkollox vulnerabbli għall-azzjonijiet ta’ terzi, li mhux kollha jkunu fil-pożizzjoni li jwieġbu għal talba bħal din f’dak it-terminu relattivament qasir. Dan jista’, għaldaqstant, ikun manifestament inġust jekk in-nuqqas min-naħa ta’ terzi – bħal, pereżempju, l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ stabbiliment – li jagħtu l-informazzjoni mitluba fit-terminu speċifikat fl-Artikolu 20(2) ta’ din id-direttiva, ikun jista’ jwassal għad-dekadenza tad-dritt għal rimbors ta’ persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija wkoll sostnuta meta titqies il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tisħaq dwar l-importanza tad-dritt ta’ kull persuna għal amministrazzjoni tajba<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, b’analoġija, l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) li torbot, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Filwaqt li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ma humiex marbuta bl-Artikolu 41 tal-Karta, dawn huma suġġetti għall-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba kif stabbilit f’dak l-artikolu tal-Karta fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni minħabba li dik id-dispożizzjoni tirrifletti prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>HN</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑604/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:302">EU:C:2014:302</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u d-dritt għal rimedju effettiv kif iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>C.E. u N.E.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑325/18 PPU u C‑375/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:739">EU:C:2018:739</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fir-rigward tad-dritt ta’ appell skont l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2008/9, ara l-punti 44 sa 46 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>. F’dan il-kuntest inqis li aspett essenzjali tad-dritt ta’ kull persuna għal amministrazzjoni tajba u tad-dritt għal rimedju effettiv huwa li dritt sostantiv iggarantit mid-dritt tal-Unjoni ma jistax jingħeleb jew jintemm bl-applikazzjoni ta’ terminu li jista’ jiġi applikat b’mod inġust jew arbitrarju. Madankollu din tkun is-sitwazzjoni hawnhekk jekk, pereżempju, id-dritt tal-persuna taxxabbli li tnaqqas kien jiddekadi awtomatikament minħabba nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">parti oħra</HT> li twieġeb għat-talba għal informazzjoni f’terminu ta’ xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Wieħed għandu jiftakar ukoll li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/9 jistabbilixxi terminu li fih l-Istat Membru ta’ rimbors jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu li japprova jew jirrifjuta t-talba tiegħu għal rimbors wara li jirċievi l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 20(1) ta’ din id-direttiva, jew jekk ma jkunx irċieva tweġiba għat-talba tiegħu. Jista’, għalhekk, jingħad li l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/9 ma jeskludix il-possibbiltà li l-Istat Membru japprova rimbors tal-VAT minkejja l-fatt li l-applikant ma jkunx wieġeb għal talba għal informazzjoni addizzjonali. Dan jikkostitwixxi prova ulterjuri li t-terminu stabbilit fl-Artikolu 20(2) ma kienx intiż li jkun mandatorju fis-sens li nuqqas ta’ konformità awtomatikament itemm id-dritt għal tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/9, jekk l-applikant ma jibgħatx l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Istat Membru ta’ rimbors fit-terminu speċifikat, ma jkunux dovuti interessi lill-applikant mill-Istat Membru inkwistjoni fuq l-ammont tar-rimbors li għandu jitħallas skont it-terminu stabbilit mill-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/9. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/9 huwa, għalhekk, b’mod ċar ibbażat fuq il-premessa li n-nuqqas ta’ konformità mat-terminu biex tingħata informazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 20(2) ma jġibx miegħu id-dekadenza tad-dritt għal rimbors tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, għalhekk, inqis lili nnifsi obbligat nikkonkludi li t-terminu stabbilit fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/9 ma huwiex mandatorju fis-sens li fih kien ġie applikat mill-awtoritajiet tat-taxxa Franċiżi f’dan il-każ. Minkejja l-fatt, madankollu, li t-terminu stabbilit fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/9 ma huwiex mandatorju, xorta waħda jista’ jiġi osservat li nuqqas ta’ konformità ma’ dak it-terminu ma jkunx mingħajr konsegwenzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/9, meta l-Istat Membru ta’ rimbors ma jkunx irċieva tweġiba għat-talba tiegħu għal informazzjoni addizzjonali huwa għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu li japprova jew jirrifjuta t-talba għal rimbors fi żmien xahrejn mill-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-Artikolu 20(2) ta’ dik id-direttiva. L-assenza ta’ tweġiba b’hekk, fil-prinċipju, tagħti bidu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni fir-rigward ta’ talba għal rimbors li tista’ mbagħad tiġi appellata mill-applikant skont l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2008/9.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2008/9 ma jistabbilixxix regoli ddettaljati dwar id-dritt ta’ appell li hemm fih. Fl-assenza ta’ kwalunkwe indikazzjoni jew limitazzjoni, bla ħsara għaż-żewġ rekwiżiti ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, il-portata tal-appell hija kwistjoni tad-dritt proċedurali nazzjonali. Isegwi, għalhekk, li fil-prinċipju tal-inqas, jista’ jkun hemm appelli quddiem korp amministrattiv u/jew korp ġudizzjarju u jitqiesu fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Minħabba li nqis li t-terminu li jinsab fl-Artikolu 20(2) ma huwiex mandatorju u li l-applikant ma tilifx id-dritt tiegħu għal rimbors tal-VAT minħabba nuqqas ta’ konformità ma’ talba għal informazzjoni addizzjonali fit-terminu speċifikat, l-applikant jista’ jissottometti l-informazzjoni addizzjonali mitluba iktar qabel mill-Istat Membru ta’ rimbors fil-kuntest tal-proċeduri ta’ appell biex jirregolarizza t-talba tiegħu għal rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Biex ikun żgurat li din il-possibbiltà ma tintużax sistematikament u li t-terminu stabbilit mill-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/9 ikun madankollu osservat, inqis li sakemm għal darba oħra l-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza jiġu osservati, l-Istat Membru ta’ rimbors jista’ – iżda ma huwiex obbligat – jordna li l-ispejjeż tal-proċeduri ta’ appell li jirriżultaw min-nuqqas tal-applikant li jipprovdi informazzjoni addizzjonali fit-terminu stabbilit f’dik id-dispożizzjoni jitħallsu minn dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kif indikat fil-punt 41 iktar ’il fuq, in-nuqqas ta’ tweġiba fil-ħin għat-talba għal informazzjoni addizzjonali jista’ jkollu implikazzjonijiet skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/9 fir-rigward tal-interessi dovuti lill-applikant jekk ir-rimbors tal-VAT jitħallas tard.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda magħmula mit-Tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil) kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2008">ĠU L 44, p. 23</REF.DOC.OJ>) għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li ma joħloqx terminu mandatorju, li n-nuqqas ta’ konformità miegħu jirriżulta fid-dekadenza awtomatika tad-dritt għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) minn Stat Membru. Persuna taxxabbli tista’, għalhekk, tirregolarizza t-talba tagħha għal rimbors tal-VAT billi tipproduċi provi fil-kuntest ta’ appell skont l-Artikolu 23 ta’ dik id-direttiva.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>