52011DC0492

/* KUMM/2011/0492 finali */ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI dwar l-applikazzjoni fl-2010 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni


RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

dwar l-applikazzjoni fl-2010 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

DAħLA

Dan ir-rapport, imfassal skont l-Artikolu 17 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[1], ikopri s-sena 2010 u hu bbażat fuq dejta statistika miġbura fil-qosor fl-Anness.

Dawn l-istatistiki jirriflettu n-numru ta’ applikazzjonijiet u mhux ta' dokumenti mitluba. Fil-prattika, l-applikazzjonijiet jistgħu jkopru dokument wieħed waħdu jew fajls sħaħ dwar xi proċedura speċifika. L-applikazzjonijiet għal aċċess għad-dokumenti li kienu pubblikament aċċessibbli fil-mument tat-talba mhumiex inklużi.

1. REVIżJONI TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1049/2001

2. Il-proposta għal riformulazzjoni tar-Regolament, ippreżentata mill-Kummissjoni fit-30 ta’ April 2008, għadha fl-ewwel qari. Il-Parlament ivvota rapport bl-emendi fil-11 ta’ Marzu 2009 iżda ppospona l-votazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva. Wara l-elezzjonijiet ta’ Ġunju 2009, il-Parlament il-ġdid reġa' kompla x-xogħol fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-Kumtati għall-Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO) u għal Petizzjonijiet (PETI) adottaw l-opinjonijiet tagħhom fit-30 ta’ Novembru 2010 u l-1 ta' Diċembru 2010 rispettivament. Il-kumitat tal-Libertajiet Ċivili (LIBE) għadu ma vvutax fuq abbozz ġdid tar-rapport. Fil-Kunsill, il-proposta ġiet eżaminata fil-livell tal-grupp ta' ħidma.

3. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, fil-21 ta’ Marzu 2011 il-Kummissjoni ppreżentat proposta ġdida bil-ħsieb li r-Regolament 1049/2001 jiġi adattat skont ir-rekwiżiti tat-Trattat ta’ Lisbona. Din il-proposta għandha l-għan li testendi l-ambitu istituzzjonali tar-Regolament lejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni Ewropea, b’xi restrizzjonijiet rigward il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment, skont l-Artikolu 15(3) tal-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4. REġISTRI U SITI FUQ L-INTERNET

5. Fl-2010, żdiedu 18661 dokument ġdid mar-reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni (ara t-tabella fl-anness).

6. Skont l-Artikolu 17 (1) tar-Regolament 1049/2001 il-Kummissjoni għandha tipprovdi fir-rapporti annwali tagħha n-numru ta’ dokumenti fil-pussess tagħha li jkunu “sensittivi” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament[2] u li għalhekk ma jkunux ġew irreġistrati. Ir-reġistru pubbliku tal-Kummissjoni jkopri dokumenti tas-serje COM, C, ĠU, PV u SEC. Fl-2010 ma nħolqu l-ebda dokumenti sensittivi, u lanqas ma ġew riċevuti mill-Kummissjoni, li jaqgħu fi ħdan waħda minn dawn il-kategoriji ta' dokumenti.

7. It-tabella hawn taħt turi l-istatistika għall-2010 dwar il-konsultazzjoni tas-sit “Trasparenza u aċċess għad-dokumenti” fuq EUROPA.

Numru ta’viżitaturi | Numru ta’sessjonijiet | Paġni meqjusa |

Total | 48.557 | 61.308 | 452.695 |

Medji kull xahar | 4046 | 5109 | 37725 |

8. KOOPERAZZJONI MAL-ISTITUZZJONIJIET L-OħRA SOġġETTI GħAR-REGOLAMENT

Il-kumitat interistituzzjonali stabbilit skont l-Art. 15(2) tar-Regolament ma tlaqqax matul l-2010. It-tliet istituzzjonijiet (il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni) żammew kuntatti regolari fuq livell amministrattiv bil-ħsieb li jiżguraw applikazzjoni konsistenti tar-Regolament.

9. ANALIżI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GħAL AċċESS

10. Fl-2010 kien hemm żieda sinifikanti fin-numru ta’ applikazzjoniet inizjali magħmula skont ir-Regolament 1049/2001 (6127 applikazzjoni meta mqabbla ma’ 5055 fl-2009, jiġifieri 21% aktar).

11. L-għadd ta’ deċiżjonijiet sostantivi dwar applikazzjonijiet konfermatorji maħruġa matul l-2010 baqa’ stabbli: 122 deċiżjoni ta' sustanza fl-2010 kontra 120 fl-2009. L-għadd totali ta' tweġibiet għal applikazzjonijiet ta' konferma kien 152. It-30 każ addizzjonali ngħalqu mingħajr deċiżjoni formali skont ir-Regolament 1049/2001. Jikkonċernaw jew applikazzjonijiet li ma kellhomx skop, jew talbiet li ġew trattati skont bażi ġuridika oħra, aktar xierqa, jiġifieri skont ir-Regolament 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' dejta personali fejn jidħlu talbiet ta' aċċess għad-dejta personali tal-applikant stess. L-għadd ta' applikazzjonijiet ta' konferma li daħlu żdied minn 140 fl-2009 għal 181 fl-2010. Id-differenza bejn l-għadd ta' applikazzjonijiet ta' konferma rċevuti u l-għadd ta' deċiżjonijiet maħruġa huwa rifless fl-għadd ta' każijiet pendenti fi tmiem is-sena (68).

12. Il-politika tal-kompetizzjoni tiġi l-ewwel fil-lista ta’ dominji ta’ interess b’9.07% tal-applikazzjonijiet inizjali, segwit mill-qrib minn oqsma oħra ta’ politika ewlenin tal-UE, bħal ma’ huma l-ġustizzja u l-affarijiet interni, it-trasport u l-enerġija, is-suq intern, it-tassazzjoni u l-unjoni doganali, is-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur, l-ambjent u l-politika imprenditorjali.

13. Il-kategoriji ewlenin tal-applikanti jibqgħu d-dinja akkademika, li tirrappreżenta 23.24% tal-applikazzjonijiet inizjali, id-ditti legali b’10.69% u s-soċjetà ċivili (NGOs, gruppi ta’ interess) bi 8.18% tal-għadd totali tal-applikazzjonijiet. Fil-każ ta’ 32.68% tal-applikazzjonijiet, il-profil soċjoprofessjonali mhuwiex iddefinit.

14. L-analiżi ġeografika tal-applikazzjonijiet inizjali wkoll baqgħet simili ħafna għal snin preċedenti. Madankollu, filwaqt li għal raġunijiet ovvji l-akbar proporzjon ta’ applikazzjonijiet, jiġifieri 17.95%, oriġina minn persuni jew minn organizzazzjonijiet imwaqqfa fil-Belġju, proporzjon kważi ugwali tal-applikazzjonijiet (16.62 %) oriġina mill-Ġermanja. L-ebda Stat Membru ieħor ma qabeż l-10% tal-applikazzjonijiet, l-akbar ammonti ġew mill-Istati Membri l-aktar popolati, jiġifieri Franza, l-Italja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Olanda, li flimkien ammontaw għal 36.45% tal-applikazzjonijiet. Is-sehem ta’ applikazzjonijiet mill-Istati Membri l-ġodda żdied ftit b’4.23% tal-applikazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka u 2.76% mill-Polonja.

15. L-APPLIKAZZJONI TAL-EċċEZZJONIJIET GħAD-DRITT TA 'AċċESS

16. Il-perċentwali ta’ applikazzjonijiet inizjali li ngħataw bla restrizzjonijiet fl-2010 baqgħu 'l fuq minn 80% (82.16%), filwaqt li aċċess parzjali ngħata fil-każ ta’ 5.37% ta’ applikazzjonijiet inizjali. Fi 82.16% tal-każi (meta mqabbla ma’ 84.23% fl-2009) id-dokumenti ġew żvelati b’mod sħiħ, filwaqt li f’5.37% tal-każi (meta mqabbla ma’ 4.11% fl-2009) ingħata aċċess parzjali. Dan ifisser li bħal fl-2009, il-perċentwali ta’ applikazzjonijiet li nċaħdu sħaħ fl-ewwel istanza (għal raġunijiet varji) stabbilizza għal madwar 12%.

17. Wara tnaqqis fl-2009, il-perċentwali tad-deċiżjonijiet li jikkonfermaw il-pożizzjoni inizjali juru ritorn għal livell komparabbli ma’ dak tal-2008 (50% fl-2010, kontra 48.08% fl-2008 u biss 22.50% fl-2009).

Anke l-perċentwali ta’ każijiet li fihom ingħata aċċess sħiħ wara rifjut inizjali rritorna għal livell simili għal 2008 (15.57% fl-2010 kontra 50% fl-2009 u 18.59% fl-2008). Min-naħa l-oħra, il-perċentwali ta’ każijiet fejn ingħata aċċess parzjali wara rifjut inizjali żdied b’notevoli (34.43% fl-2010, kontra 27.50% fl-2009).

18. Iż-żewġ raġunijiet ewlenin għar-rifjut ta’ applikazzjoni inizjali baqgħu:

19. il-protezzjoni tal-iskop ta' ispezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki (it-tielet inċiż tal-Artikolu 4 (2)), bi tnaqqis ħafif meta mqabbel mal-2009 (26.63% rifjuti minflok 27.61% fl-2009);

20. il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni (l-Artikolu 4 (3)), b’perċentwali ta’ 16.80% għall-każijiet fejn ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni u 9.66% għal dawk dwar opinjonijiet għall-użu intern, total ta’ 26.42% ta’ rifjuti (meta mqabbla ma’ total ta’ 25.61% fl-2009).

Il-perċentwali ta’ rifjuti bbażati fuq il-ħarsien ta’ interessi kummerċjali naqas ftit meta mqabbel mas-sena preċedenti u kien ta’ 11.84% (minflok 13.99% fl-2009).

21. Ir-raġunijiet ewlenin li ġġustifikaw rifjut ta’ aċċess kienu:

22. il-protezzjoni tal-iskop tal-investigazzjonijiet (32% meta mqabbla ma’ 25.91% fl-2009);

23. il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali (16.67% meta mqabbla ma’ 17.52% fl-2009);

24. il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni, b’perċentwali ta’ 11.33% għall-każijiet fejn ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni u 8% għal dawk dwar opinjonijiet għall-użu intern, total ta’ 19.33% ta’ rifjuti (meta mqabbla ma’ total ta’ 26.64% fl-2009).

25. ILMENTI LILL-OMBUDSMAN EWROPEW

26. Fl-2010 l-Ombudsman għalaq dawn it-23 ilment kontra l-mod kif il-Kummissjoni ttrattat it-talbiet ta’ aċċess għal dokumenti:

Każ wieħed (1) magħluq mingħajr ma nstabet xi forma ta’ amministrazzjoni ħażina |

2953/2008/FOR |

13-il każ magħluqa b’rimarka kritika u/jew ulterjuri |

3699/2006/ELB | 355/2007/TN (per) | 671/2007/PB | 2502/2007/RT |

3163/2007/BEH | 676/2008/RT[3] | 1039/2008/FOR | 1438/2008/DK |

1202/2009/GG | 1207/2009/GG | 1302/2009/TS | 100/2010/GG |

465/2010/FOR |

9 każi magħluqa mingħajr azzjoni ulterjuri |

301/2008/IP | 2219/2008/JMA (MHZ) | 2643/2008(TN)RT | 3052/2008(BB)FOR |

966/2009/JMA | 2647/2009/IP | 172/2010/ANA | 1195/2010/OV |

1357/2010/MHZ |

27. Matul is-sena l-Ombudsman fetaħ 22 inkjesta ġdida fejn l-aċċess għad-dokumenti kien jew il-parti prinċipali jew dik sussidjarja tal-ilment.

28. REVIżJONI ġUDIZZJARJA

L-2010 kienet sena intensiva ħafna fejn tidħol każistika ġdida[4].

29. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppronunzjat erba’ sentenzi fuq appelli fl-2010:

C-362/08 P Internationaler Hilfsfonds v Commission, sentenza tas-26/1/2010 | C-139/07 P Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, sentenza tad-29/6/2010 (TGI) |

C-28/08P, Il-Kummissjoni vs Il-Bavarian Lager, sentenza tad-29/6/2010 | Każijiet konġunti C-514/07P. C-528/07P, C-532/07 P, API, l-Isvezja u l-Kummissjoni, sentenza tal-21/9/2010 |

Dawn l-erba’ sentenzi pprovdew kjarifiki importanti rigward l-interpretazzjoni kemm tal-aspetti sostantivi kif ukoll tal-aspetti proċedurali tar-Regolament 1049/2001 .

Fejn jidħlu l-aspetti sostantivi, fiż-żewġ sentenzi li ġew ippronunzjati fid-29 ta’ Ġunju 2010 ( Bavarian Lager u TGI ), il-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat l-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet li hemm ipprovduti fl-Artikolu 4(1)(b) u skont l-Artikolu 4(2), it-3et inċiż tar-Regolament 1049/2001. Fis-sentenza API l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-eċċezzjoni tal-Artikolu 4(2), it-2ni inċiż.

F’ Bavarian Lager , il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħetha li, fejn issir talba għall-aċċess pubbliku għal dokumenti li jkun fihom dejta personali, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta jsiru applikabbli fl-intier tagħhom, inkluża d-dispożizzjoni li tirrikjedi li min jirċievi dejta personali jistabbilixxi l-ħtieġa għall-iżvelar tagħhom u d-dispożizzjoni li tattribwixxi lis-suġġett tad-dejta d-dritt li joġġezzjoni f’kull żmien, fuq bażi leġittima b’saħħitha marbuta mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu jew tagħha, għall-ipproċessar ta’ dejta li tirrelata miegħu jew magħha.

Fis-sentenza TGI l-Qorti tal-Ġustizzja qatgħetha li d-dokumenti li jappartjenu għal fajls amministrattivi tal-Kummissjoni rigward investigazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat huma koperti minn preżunzjoni ġenerali li fil-prinċipju l-iżvelar tagħhom ikun ta’ detriment għall-protezzjoni tal-iskop tal-investigazzjonijiet. Ir-Regolament dwar l-għajnuna mill-Istat ma jistipula l-ebda dritt ta’ aċċess għall-fajl għal partijiet interessati. Jekk dawn kienu kapaċi jiksbu aċċess, abbażi tar-Regolament 1049/2001, jitqajmu dubji dwar is-sistema għal reviżjoni ta’ għajnuna mill-Istat. Il-Qorti kompliet li din is-suppożizzjoni tista’ tiġi ribattuta jekk l-applikant juri li dokument mitlub "mhux kopert minn dik is-suppożizzjoni" jew li hemm interess pubbliku superjuri fil-kxif .

F’ API , il-Qorti tal-Ġustizzja fformulat preżunzjoni ta’ inaċessibilità ta’ rikorsi mressqa minn istituzzjoni għal qrati tal-UE qabel l-għeluq ta’ proċedimenti ġudizzjarji. Bħal fil-każ tal-loġika użata fid-deċiżjoni TGI , din l-interpretazzjoni tal-eċċezzjoni marbuta ma’ proċedimenti tal-qorti kien inferita mill-qafas legali li jirregola l-proċedimenti tal-qorti u min-nuqqas ta’ drittijiet ta’ aċċess għall-pubbliku rigward attivitajiet ġudizzjarji .

Fl-aħħarnett, fejn jikkonċerna Internationaler Hilfsfonds , il-Qorti ċċarat li applikazzjoni ġdida għal aċċess għal dokument li qabel kienet rifjutata tista' iġi introdotti f’kull ħin u li f'dan il-każ l-istituzjoni kkonċernata hija obbligata tanalizza jekk ir-rifjut jibqax ġustifikata fid-dawl ta’ bidla ta’ ċirkostanzi legali jew fattwali li setgħu ġraw sadanittant .

30. Fejn tidħol il-Qorti Ġenerali, din ippronunzjat ħames sentenzi rigward id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni:

Każijiet konġunti T-355/04 u T-446/04, Co-Frutta Soc.coop. v il-Kummissjoni, sentenza tad-19.1.2010 | T-237/05, Editions Odile Jacob SAS v il-Kummissjoni, sentenza tad-9.6.2010 | T-111/07, Agrofert v il-Kummissjoni, sentenza tas-7.7.2010 |

T-474/08, D. Umbach v il-Kummissjoni, sentenza tal-21.10.2010 | Każijiet konġunti T-494/08 a T-500/08 u T-509/08, Ryanair v il-Kummissjoni, sentenza tal-10.12.2010 |

F’żewġ każijiet li jikkonċernaw aċċess għal fajls investigattivi tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kontroll tal-amalgamazzjonijiet, Editions Odile Jacob u Agrofert , id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament 1049/2001 ġew annullati mill-Qorti Ġenerali essenzjalment minħabba nuqqas ta’ eżami individwali u konkret tad-dokumenti[5].

Fil-każijiet Ryanair , il-Qorti Ġenerali segwiet is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’TGI u ċaħdet l-applikazzjonijiet .

Fiż-żewġ każi li jifdal deċiżjonijiet tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament 1049/2001 ġew osservati mill-Qorti Ġenerali .

Bl-istess mod, fis-sentenza tal-21.10.2010, ir-rikors ġie miċħud fil-każ T-439/08, Agapiou Joséphidès v. il-Kummissjoni u l-EACEA , fejn il-Kummissjoni kienet waħda mill-partijiet konvenuti, għalkemm l-awtur tad-deċiżjoni kkontestata kienet l-EACEA.

Fl-aħħarnett, ikollhom jissemmew tliet każijiet ulterjuri li tneħħew mir-reġistru wara l-irtirar mill-applikant:

T-245/09, Shell Hellas v il-Kummissjoni, ordni tal-5.1.2010 | T-251/09, Soc. des Pétroles Shell v il-Kummissjoni, ordni tal-5.1.2010 | T-170/03, BAT v il-Kummissjoni, ordni tas-6.9.2010 |

31. Fl-2010 tressqu 14-il-każ ġdid kontra deċiżjonijiet tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

T-17/10, Gerald Steinber v il-Kummissjoni | T-36/10, Internationaler Hilfsfonds eV vs il-Kummissjoni | T-120/10, ClientEarth u oħrajn v Il-Kummissjoni |

T-167/10, Evropaïki Dynamiki v il-Kummissjoni | T-180/10, Nickel Institute v il-Kummissjoni | T-181/10, Reagens SpA v il-Kummissjoni |

T-267/10, Land Wien v il-Kummissjoni | T-291/10, Anne Martin v il-Kummissjoni | T-300/10, Internationaler Hilfsfonds eV vs il-Kummissjoni |

T-301/10, Sophie in ‘t Veld v il-Kummissjoni | T-359/10, Ecologistas en Acción-CODA v il-Kummissjoni | T-395/10, Stichting Corporate Europe Observatory v il-Kummissjoni |

T-449/10, ClientEarth u oħrajn v Il-Kummissjoni | T-511/10, Evropaïki Dynamiki v il-Kummissjoni |

32. Barra minn dan, tlett appelli ġodda tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra sentenzi tal-Qorti Ġenerali.

L-appelli mressqa mill-Kummissjoni (ara t-taqsima 7.2. hawn fuq):

C-404/10P, il-Kummissjoni v Editions Odile Jacob SAS, Lagardère SCA | C-477/10P, il-Kummissjoni v Agrofert Holding a.s., partijiet oħra l-Iżvezja, il-Finlandja, id-Danimarka, Polski Koncern Naftowy Orlen SA |

Appell ippreżentat mill-applikant fl-ewwel istanza:

C-609/10P, Dieter C. Umbach v il-Kummissjoni |

33. KONKLUżJONIJIET

34. Fl-2010, reġa' kien hemm żieda sinifikanti fil-volum ta’ talbiet għall-aċċess. Filwaqt li fl-2009 l-għadd baqa’ fuq l-istess livell bħal fis-sena ta’ qabel, madwar 5 000, fl-2010 saru aktar minn 6,000 talba. Minkejja din iż-żieda ta' 20%, il-proporzjon tal-iżvelar għadu għoli: erbgħa minn ħames talbiet jirċievu tweġiba pożittiva. Huwa notevoli li, fi żmien għaxar snin, in-numru ta’ talbiet għall-aċċess żdied minn 500 għal 6 000 fis-sena. Meta wieħed iqis il-volum totali tat-talbiet, in-numru ta’ applikazzjonijiet konfermatorji, ilmenti lill-Ombudsman u applikazzjonijiet lill-Qorti għadu limitat ħafna.

Anke jekk is-sehem taċ-ċittadini żdied, il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet għall-aċċess għadhom qed isiru mis-settur akkademiku, minn NGOs, gruppi ta’ interess u minn kumpaniji legali. Ħafna minn dawn it-talbiet ikopru każijiet ta’ proċedimenti ta’ ksur, antritrust, amalgamazzjonijiet, l-għajnuna mill-Istat jew antidumping. Bħal fis-snin ta' qabel, it-talbiet għall-aċċess kienu jikkonċernaw l-aktar ir-rwol tal-Kummissjoni fl-infurzar tal-liġi tal-UE, fejn it-trasparenza trid tiġi bbilanċjata kontra interessi leġittimi oħra, skont ir-regoli applikabbli Fejn jidħlu inizjattivi tal-Kummissjoni għal leġiżlazzjoni ġdida, diġà hemm livell għoli ta' trasparenza, hekk kif ħafna dokumenti qed jiġu ppubblikati b'mod proattiv.

35. Għaxar snin wara li ġie adottat ir-Regolament, l-implimentazzjoni tiegħu wassal għal prassi amministrattiva kkonsolidata fir-rigward tad-dritt għall-aċċess taċ-ċittadin għad-dokumenti tal-Kummissjoni. Permezz tal-każistika, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali taw kontribut sinifikanti għal din il-konsolidazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni għadha konvinta li r-reviżjoni tar-Regolament għandha tibni fuq dak li nkiseb fl-aħħar għaxar snin.

ANNESS

Statistika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

L-GħADD TA’ DOKUMENTI MNIżżLA FIR-REġISTRU

IT-TALBIET INIZJALI

L-APPLIKAZZJONIJIET IRċEVUTI U PPROċESSATI

2008[6] | 2009 | 2010 |

Applikazzjonijiet rċevuti | - | 5401 | 6361 |

Tweġibiet mogħtija[7] [8] | - | 6636 | 7148 |

Tweġibiet mogħtija abbażi tar-Regolament 1049/2001 | 5197 | 5055 | 6127 |

IR-RIżULTAT

2008 | 2009 | 2010 |

Nru | % | Nru | % | Nru | % |

TALBIET TA’ KONFERMA

L-APPLIKAZZJONIJIET IRċEVUTI U PPROċESSATI

2008 | 2009 | 2010 |

Applikazzjonijiet irċevuti | - | 140 | 181 |

Tweġibiet għal applikazzjonijiet | - | 134 | 152 |

Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet konfermatorji abbażi tar-Regolament 1049/2001 | 156 | 120 | 122 |

IR-RIżULTAT

2008 | 2009 | 2010 |

Nru | % | Nru | % | Nru | % |

36. ID-DISTRIBUZZJONI TAċ-ċAħDIET SKONT L-EċċEZZJONI APPLIKATA (%)

IT-TALBIET INIZJALI

2008 | 2009 | 2010 |

4.1.a. l-1el inċiż – Protezzjoni tas-sigurtà pubblika | 0.18 | 1.36 | 1.94 |

4.1.a. It-2 inċiż – Protezzjoni tad-difiża u l-kwistjonijiet militari | 0.82 | 0.54 | 0.14 |

4.1.a. It-3 inċiż – Protezzjoni ta’ relazzjonijiet internazzjonali | 10.24 | 8.17 | 9.83 |

4.1.a. Ir-4 inċiż - Protezzjoni tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika | 2.9 | 2.09 | 2.15 |

4.1.b. Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu | 5.98 | 6.99 | 9.76 |

4.2. L-1 inċiż - Protezzjoni ta’ interessi kummerċjali | 14.4 | 13.99 | 11.84 |

4.2 It-2 inċiż - Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u pariri legali | 6.52 | 9.81 | 7.32 |

4.2 It-3 inċiż - Protezzjoni għall-iskop ta’ spezzjonijiet, invesitgazzjoni u verifiki | 26.63 | 27.61 | 26.63 |

4.3 Subparagrafu 1 - Proċess ta’ teħid ta’deċiżjonijiet, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni | 13.5 | 17.80 | 16.80 |

4.3. subparagrafu 2- Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li diġà ttieħdet: opinjonijiet għall-użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari | 15.22 | 7.81 | 9.62 |

4.5. Rifjut mill-Istat Membru/it-tielet l-awtur | 3.62 | 3.81 | 3.94 |

total | 100 | 100 | 100 |

TALBIET TA’ KONFERMA

2008 | 2009 | 2010 |

4.1.a. l-1el inċiż – Protezzjoni tas-sigurtà pubblika | 0.42 | 2.55 | 2,67 |

4.1.a. It-2 inċiż – Protezzjoni tad-difiża u l-kwistjonijiet militari | 0.42 | 0 | 0 |

4.1.a. It-3 inċiż – Protezzjoni ta’ relazzjonijiet internazzjonali | 5.91 | 4.38 | 6,67 |

4.1.a. Ir-4 inċiż - Protezzjoni tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika | 0.84 | 3.28 | 3,33 |

4.1.b. Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu | 5.06 | 14.23 | 9,33 |

4.2. L-1 inċiż - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali | 24.89 | 17.52 | 16.67 |

4.2. It-2 inċiż - Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u pariri legali | 3.8 | 5.47 | 10 |

4.2. It-3 inċiż - Protezzjoni għall-iskop ta’ spezzjonijiet, invesitgazzjoni u verifiki | 27.85 | 25.91 | 32 |

4.3 Subparagrafu 1 - Proċess ta’ teħid ta’deċiżjonijiet, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni | 17.3 | 12.77 | 11,33 |

4.3. subparagrafu 2- Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li diġà ttieħdet: opinjonijiet għall-użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari | 12.24 | 13.87 | 8 |

4.5. Rifjut tal-Istat Membru | 1.27 | - | - |

total | 100 | 100 | 100 |

ANALIżI TAT-TALBIET

SKONT IL-PROFIL SOċJALI U PROFESSJONALI TAL-APPLIKANTI (%)

2008 | 2009 | 2010 |

Akkademiċi | 31.03 | 21.29 | 23.24 |

Awtoritajiet pubbliċi (minbarra l-istituzzjonijiet tal-UE) | 14.19 | 7.33 | 13.56 |

Avukati | 11.01 | 10.24 | 10.69 |

Istituzzjonijiet oħra tal-UE | 6.3 | 3.77 | 8.32 |

Is-soċjetà ċivili (gruppi ta’ interess, industrija, NGOs eċċ.) | 18.26 | 9.85 | 8.18 |

Ġurnalisti | 2.46 | 2.02 | 3.35 |

Mhux speċifikati | 16.75 | 45.5 | 32.68 |

total | 100 | 100 | 100 |

SKONT L-ORIġINI ġEOGRAFIKA (%)

2008 | 2009 | 2010 |

Il-Belġju | 18.93 | 18.26 | 17.95 |

Il-Ġermanja | 16.89 | 16.61 | 16.62 |

Franza | 8 | 8.01 | 9.05 |

L-Italja | 8.54 | 7.18 | 8.85 |

Ir-Renju Unit | 6.34 | 6.23 | 7.24 |

Spanja | 5.29 | 6.27 | 6.86 |

L-Olanda | 4.83 | 5.45 | 4.43 |

Ir-Repubblika Ċeka | 1.26 | 1.11 | 4.23 |

Il-Polonja | 2.57 | 2.86 | 2.76 |

L-Iżvezja | 1.44 | 2.13 | 2.18 |

L-Awstrija | 2.11 | 1.98 | 2.08 |

Il-Lussemburgu | 2.61 | 1.71 | 1.99 |

Id-Danimarka | 2.45 | 1.63 | 2.02 |

L-Irlanda | 1.28 | 0.72 | 1.49 |

Il-Greċja | 1.93 | 1.06 | 1.22 |

Il-Portugall | 1.5 | 1.61 | 1.16 |

Ir-Rumanija | 0.58 | 0.93 | 1.11 |

Il-Finlandja | 1.08 | 0.78 | 0.81 |

L-Ungerija | 0.86 | 0.70 | 0.89 |

Il-Bulgarija | 0.36 | 0.56 | 0.69 |

Is-Slovakkja | 0.24 | 0.50 | 0.56 |

Is-Slovenja | 0.32 | 0.39 | 0.52 |

Il-Litwanja | 0.62 | 0.35 | 0.31 |

Malta | 0.2 | 0.30 | 0.22 |

Ċipru | 0.22 | 0.20 | 0.20 |

Il-Latvja | 0.28 | 0.06 | 0.13 |

L-Estonja | 0.1 | 0.17 | 0.09 |

Pajjiżi Ewropej li mhumiex fl-UE | 2.12 | 0.83 | 0.50 |

L-Amerika ta’ Fuq | 1.16 | 0.37 | 0.11 |

L-Awstralja u New Zealand | 0.14 | 0.07 | 0.09 |

L-Afrika | 0.04 | 0.20 | 0.05 |

L-Amerika t’Isfel | 0.06 | 0.09 | 0.05 |

L-Asja | 0.46 | 0.19 | 0.04 |

Mhux speċifikati | 5.24 | 10.57 | 3.49 |

total | 100 | 100 | 100 |

SKONT IL-QASAM TA’ INTERESS (%)

Direttorat Ġenerali/Servizz | 2008 | 2009 | 2010 |

SG - Segretarjat Ġenerali | 9.38 | 10.10 | 11.64 |

COMP - Kompetizzjoni | 7.18 | 7.03 | 9.07 |

JUST - Ġustizzja + HOME – Affarijiet Interni (li qabel kienu JLS) | 6.69 | 7.74 | 8.38 |

MOVE – Mobbiltà u t-Trasport + ENER – Enerġija (li qabel kienu TREN) | 8.18 | 8.02 | 7.14 |

MARKT - Suq Intern | 7.28 | 7.27 | 6.14 |

ENV - ambjent + CLIMA – Azzjoni Klimatika | 6.07 | 8.37 | 6.07 |

SANCO - Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumatur | 5.74 | 4.69 | 5.44 |

TAXUD - Tassazzjoni u Unjoni Doganali | 5.17 | 6.20 | 5.30 |

ENTR - Impriżi | 5.91 | 4.55 | 4.48 |

RELEX - Relazzjonijiet esterni | 2.39 | 2.25 | 3.29 |

AGRI – Agrikultura | 3.6 | 4.07 | 3.15 |

REGIO - Politika reġjonali | 3.42 | 3.67 | 3.06 |

Trade - Kummerċ | 2.72 | 2.08 | 3.06 |

DEVCO - Żvilupp u kooperazzjoni-Europeaid (li kienu DEV + AIDCO) | 3.22 | 2.75 | 2.77 |

EMPL - Impjiegi u affarijiet soċjali | 3.72 | 3.28 | 2.74 |

SJ - Servizz Legali | 1.75 | 1.80 | 2.68 |

ECFIN - Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji | 1.23 | 1.87 | 2.32 |

HR - Riżorsi Umani u Sigurtà (li kien ADMIN) + OIB + OIL - l-Uffiċji għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussel u l-Lussemburgu + PMO - Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u Ħlas ta’ drittijiet individwali | 4.54 | 3.15 | 2.29 |

RTD - Riċerka, ĊKR - Ċentru Konġunt tar-Riċerka | 1.36 | 1.74 | 1.82 |

INFSO - Soċjetà tal-informazzjoni | 2.3 | 2.29 | 1.79 |

ELARG - Tkabbir | 1.5 | 1.74 | 1.47 |

BUDG - Baġit | 1.07 | 1.07 | 1.24 |

EAC - Edukazzjoni u kultura | 1.4 | 1.44 | 1.13 |

COMM - Servizz Komunikazzjoni | 0.85 | 0.41 | 0.74 |

MARE - Affarijiet Marittimi u Sajd | 1.13 | 0.79 | 0.66 |

DGT - Traduzzjoni | 0.32 | 0.13 | 0.36 |

ESTAT - Eurostat | 0.22 | 0.11 | 0.31 |

CAB - Kabinetti tal-Kummissarji | 0.43 | 0.30 | 0.28 |

ECHO - Uffiċju għall-Għajnuna Umanitarja | 0.15 | 0.24 | 0.28 |

OLAF - Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Frodi | 0.62 | 0.24 | 0.27 |

OPOĊE - Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet | 0.05 | 0.19 | 0.19 |

EPSO - Uffiċċju għar-Reklutaġġ | 0.23 | 0.26 | 0.14 |

IAS - Verifika interna | 0.07 | 0.02 | 0.09 |

DIGIT – Informatika | 0 | 0.07 | 0.09 |

SCIC - Interpretazzjoni | 0.02 | 0.02 | 0.08 |

BEPA - Uffiċċju tal-Konsulenti tal-Politika Ewropea | 0.07 | 0.06 | 0.03 |

total | 100 | 100 | 100 |

[1] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43

[2] "Dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, klassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skont ir-regoli tal-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet militari u tad-difiża” (l-Artikolu 9(1))

[3] This case has been also subject to a special report from the European Ombudsman.

[4] Għad-dettalji ta’ kull każ imsemmi hawn taħt, ara http://curia.europa.eu/jurisp/cgi-bin/form.pl? lang = en

[5] Ara wkoll it-Taqsima 7.4 tar-rapport preżenti

[6] Jekk jogħġbok innota li, għall-2008 il-Kummissjoni ma tistax tipprovdi dejta statistika kumparabbli li tikkorrispondi mal-kategoriji ta’ “Applikazzjonijiet rċevuti” u “Tweġibiet mogħtija” la għal talbiet inizjalu u lanqas għal dawk ta’ konferma.

[7] Jekk jogħġbok innota li talba waħda tista’ tkopri diversi dokumenti u konsegwentement tista’ twassal għal bosta tweġibiet differenti;

[8] Jekk jogħġbok innota li l-kategorija "Tweġibiet mogħtija" tinkludi t-tweġbiet mogħtija 'l barra mill-ambitu tar-Regolament 1049/2001, pereżempju t-tweġibiet mogħtija skont ir-Regolament 45/2001.