30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

233


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

MEĦUDA B'AKKORDJU KOMUNI MAL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI NOMINAT

tat-13 ta' Settumbru 2004

li tadotta l-lista ta' persuni oħra li l-Kunsill mistenni jaħtar bħala Membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(2004/642/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 213 (1) tiegħu, kif emendat b'effett mill-1 ta' Novembru 2004 bl-Artikolu 45 (2)(d) ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003 u bl-Artikolu 4 (1) tal-Protokoll dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropeja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 214(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 126 (1) tiegħu, kif emendat b'effett mill-1 ta' Novembru 2004 bl-Artikolu 45 (2)(d) ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003 u bl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 127(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, għandu jiġi maħtur għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2004 sal-31 ta' Ottubru 2009.

(2)

Fid-29 ta' Ġunju 2004 il-Kunsill, imlaqqa' fil-komposizzjoni ta' Kapijiet ta' Stat jew Gvern, innomina lis-Sinjur José Manuel DURÃO BARROSO bħala l-persuna li għandu l-intenzjoni li jaħtar bħala President tal-Kummissjoni għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2004 sal-31 ta' Ottubru 2009 (1).

(3)

Il-Parlament Ewropew approva dik in-nomina b'riżoluzzjoni bid-data 22 ta' Lulju 2004.

(4)

Il-lista ta' persuni oħra li l-Kunsill għandu l-intenzjoni jaħtar bħala Membri tal-Kummissjoni għall-perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Novembru 2004 sal-31 ta' Ottubru 2009 għandha tiġi adottata b'akkordju komuni mal-President tal-Kummissjoni nominat.

(5)

Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kostituzzjoni għall-Ewropa ser jinkludi t-tmiem tal-mandat tal-Membru tal-Kummissjoni li għandu l-istess nazzjonalità bħal dik tal-futur Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni Ewropea, li ser ikun Viċi-President tal-Kummissjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan innominati b'akkordju komuni mas-Sinjur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni nominat, bħala l-persuni li l-Kunsill mistenni jaħtar bħala Membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2004 sal-31 ta' Ottubru 2009:

 

Is-Sinjur Joaquín ALMUNIA AMANN

 

Is-Sinjur Jacques BARROT

 

Is-Sinjur Joe BORG

 

Is-Sinjur Rocco BUTTIGLIONE

 

Is-Sinjur Stavros DIMAS

 

Is-Sinjura Benita FERRERO-WALDNER

 

Is-Sinjur Ján FIGEĽ

 

Is-Sinjura Mariann FISCHER BOEL

 

Is-Sinjura Dalia GRYBAUSKAITĖ

 

Is-Sinjura Danuta HÜBNER

 

Is-Sinjur Siim KALLAS

 

Is-Sinjur László KOVÁCS

 

Is-Sinjura Neelie KROES

 

Is-Sinjur Marcos KYPRIANOU

 

Is-Sinjur Peter MANDELSON.

 

Is-Sinjur Charlie McCREEVY

 

Is-Sinjur Louis MICHEL

 

Is-Sinjur Janez POTOČNIK

 

Is-Sinjura Viviane REDING

 

Is-Sinjur Olli REHN

 

Is-Sinjur Vladimír ŠPIDLA

 

Is-Sinjura Ingrida UDRE

 

Is-Sinjur Günter VERHEUGEN

 

Is-Sinjura Margot WALLSTRÖM

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, fit-13 ta' Settembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. BOT


(1)   ĠU L 236, tas-7.7.2004, p. 15.