7.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/21


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10008 — Egeria/Parcom/Wood Holdingco JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 5/19)

1.   

Fit-23 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Egeria Capital Management B.V. (“Egeria”, in-Netherlands);

—

Parcom Buy-Out Fund VI Coöperatief U.A. (“Parcom”, in-Netherlands),

—

Tuindeco Topco B.V., ikkontrollata minn Egeria (“Tuindeco”, in-Netherlands);

—

Outdoor Life Group, ikkontrollata minn Parcom (“OLG”, in-Netherlands).

Egeria u Parcom jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab (joint venture, JV) li għadha kif ġiet iffurmata u li fiha se jiġu ttrasferiti n-negozji rispettivi ta’ Tuindeco u OLG.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Egeria: kumpanija tal-investiment attiva fi tliet oqsma ta’ investiment: (i) ekwità privata, (ii) proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali u (iii) parteċipazzjonijiet f’kumpaniji kkwotati fil-borża,

—

Parcom: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata li tinvesti prinċipalment f’kumpaniji ta’ daqs medju fil-Benelux,

—

Tuindeco: attiva fil-produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ injam tal-ġnien u prodotti relatati bħal kabini taz-zkuk, shelters, saunas, tagħmir tal-playground u għamara tal-ġnien,

—

OLG: attiva fil-qasam tal-produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ injam, injam tal-ġonna u djar tal-ġonna u prodotti relatati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10008 — Egeria/Parcom/Wood Holdingco JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles /Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.