|
26.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1537
tal-25 ta’ Lulju 2023
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandha tiġi trażmessa għas-sena ta’ referenza 2026 matul ir-reġim tranżitorju 2025–2027 u fir-rigward tal-istatistika dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009 u (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(6), 5(10), 9(4) u 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2022/2379 jistabbilixxi qafas integrat għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea fir-rigward tal-inputs u l-outputs agrikoli. |
|
(2) |
Ir-regoli tranżitorji dwar is-suġġett dettaljat tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura japplikaw għas-snin 2025, 2026 u 2027, kif stabbilit fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2022/2379. Skont dawn ir-regoli, id-data dwar l-użi għandha tintbagħat darba biss, għas-sena ta’ referenza 2026. |
|
(3) |
L-istatistika dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li tinġabar kull sena mis-sena ta’ referenza 2025 ’il quddiem. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti tad-data għall-produzzjoni tal-istatistika dwar l-inputs u l-outputs agrikoli fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti sabiex tiġi prodotta data komparabbli bejn l-Istati Membri u biex tinkiseb l-armonizzazzjoni. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2022/2379 jistabbilixxi li d-data statistika li tkopri d-dimensjoni tal-produzzjoni organika hija essenzjali għall-monitoraġġ tal-progress tal-pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika fl-Unjoni. L-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fil-produzzjoni organika huwa parti importanti minn dik id-data. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 5(10) tar-Regolament (UE) 2022/2379, dan ir-Regolament jispeċifika l-elementi tekniċi tad-data li għandha tiġi pprovduta. Dawk l-elementi jikkonsistu fil-lista ta’ varjabbli, id-deskrizzjonijiet tal-varjabbli, l-unitajiet ta’ osservazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni li għandhom jiġu applikati, ir-regoli metodoloġiċi li għandhom jiġu applikati, u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data. |
|
(7) |
Il-kopertura tas-settijiet tad-data jenħtieġ li tiġi speċifikata lil hinn mir-rekwiżiti fl-Artikoli 4(1) u 4(5) tar-Regolament (UE) 2022/2379, fejn xieraq, biex jiġu evitati inkonsistenzi bejn l-Istati Membri. B’mod partikolari, huwa meħtieġ, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2022/2379, b’deroga mill-Artikolu 4(5), il-punt (b), li tiġi speċifikata lista komuni ta’ għelejjel għall-Istati Membri kollha biex jipprovdu informazzjoni dwar l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Il-lista, flimkien mal-artijiet bil-ħaxix permanenti, jenħtieġ li tkopri 75 % tal-erja agrikola utilizzata fil-livell tal-Unjoni. Din il-lista tista’ tiġi kkomplementata mill-Istati Membri b’għelejjel nazzjonali rilevanti. |
|
(8) |
Il-perjodi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2022/2379 jenħtieġ li jiġu speċifikati aktar. |
|
(9) |
Il-kopertura tas-settijiet tad-data tista’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid biex tinkludi statistika dwar l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għat-trattament taż-żrieragħ u tal-ħżin malli jitqies fattibbli mil-lat tekniku. |
|
(10) |
Sabiex l-istatistika dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti tinżamm konsistenti mal-aġġornamenti regolari tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati, jeħtieġ li tiġi allinjata mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2). |
|
(11) |
L-istatistika dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti hija meħtieġa għall-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni u l-politiki rilevanti li jappoġġaw l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, bħall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-Patt Ekoloġiku, u l-miri relatati tagħhom. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika kif stabbilit permezz tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Rekwiżiti tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data rigward il-qasam tal-istatistika dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2022/2379 fil-forma ta’ settijiet tad-data aggregati.
2. L-istatistika għandha tkopri:
|
(a) |
is-sustanzi attivi kollha kif speċifikati fil-punti (i) u (ii) ta’ dan l-Artikolu u li jinsabu fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 9 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), inklużi dawk imqiegħda fis-suq skont permess għall-kummerċ parallel kif imsemmi fl-Artikolu 52 ta’ dak ir-Regolament:
|
|
(b) |
l-użu tas-sustanzi attivi msemmija fil-punt (a) mill-utenti professjonali fl-agrikoltura. |
3. Id-data għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-livell nazzjonali.
Artikolu 2
Settijiet tad-data
1. Il-kontenut tad-data tas-settijiet tad-data huwa speċifikat fl-Anness I għas-suġġetti dettaljati
|
(1) |
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq; |
|
(2) |
Użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura. |
2. Għal kull sett tad-data, it-Taqsima I fl-Anness I tispeċifika:
|
(1) |
deskrizzjoni tal-kontenut tad-data; |
|
(2) |
il-varjabbli li għandhom jiġu pprovduti dwar il-produzzjoni organika; |
|
(3) |
l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat); |
|
(4) |
il-perjodi ta’ referenza; |
|
(5) |
l-unitajiet tal-kejl. |
3. Għal kull sett tad-data, it-Taqsima II fl-Anness I tispeċifika, fejn xieraq:
|
(1) |
deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl; |
|
(2) |
rekwiżiti tekniċi possibbli relatati mal-varjabbli. |
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-kwalità
Meta l-ġbir tad-data jitwettaq abbażi ta’ kampjuni statistiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati ponderati jkunu rappreżentattivi għall-popolazzjoni statistika fl-unità ġeografika rilevanti. Meta r-rekwiżiti ta’ preċiżjoni ma jkunux applikabbli, pereżempju minħabba sorsi oħra għajr stħarriġ statistiku, il-kwalità tal-istatistika għandha tiġi żgurata b’mezzi oħra sabiex tkun rappreżentattiva tal-ambitu li tiddeskrivi, u għandha tissodisfa l-kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Artikolu 4
Klassifikazzjonijiet
Is-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jiġu rrappurtati bl-użu tal-klassifikazzjoni stabbilita fl-Anness II.
Artikolu 5
Deskrizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-deskrizzjonijiet tat-termini kif stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 6
Reġim tranżizzjonali
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-perjodi ta’ referenza 2025-2027. Ir-regoli tar-reġim tranżizzjonali stabbilit fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2022/2379 għall-perjodu 2025-2027 għandhom japplikaw biss għad-data dwar is-suġġett dettaljat tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 315, 7.12.2022, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
ANNESS I
SETT TAD-DATA 1
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq
|
Qasam: |
e. |
Statistika dwar il-prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti |
|
Suġġett: |
i. |
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
|
Suġġett dettaljat: |
i.1 |
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq |
TAQSIMA I
Kontenut tad-data
Id-data għandha tkopri s-sustanzi attivi kollha fil-prodotti kollha għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq fl-Istati Membri matul il-perjodu ta’ referenza, inklużi dawk li jitqiegħdu fis-suq taħt permess kummerċjali parallel (1) u/jew taħt awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza (2).
|
Kategoriji tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
Skadenza |
|
il-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 1 |
|
|
Sustanzi attivi fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq, total |
Q |
|
N |
: |
Is-sena li d-data tirreferi għaliha |
|
Q |
: |
Kwantità tas-sustanzi attivi mqiegħda fis-suq (kg) |
|
Perjodu ta’ referenza |
: |
Sena kalendarja |
|
Perjodiċità |
: |
Annwali |
|
Livell ġeografiku |
: |
Nazzjonali |
TAQSIMA II
Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl
Kwantità tas-sustanzi attivi: tirreferi għall-kwantità tas-sustanzi attivi fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq, kif definit fl-Artikolu 1(2)(a).
Rekwiżiti tekniċi relatati mal-varjabbli
Id-data deskritta fit-tabella ta’ hawn fuq għandha tiġi trażmessa: b’sustanza attiva waħda, skont il-klassijiet kimiċi, skont il-kategoriji tal-prodotti u skont il-gruppi ewlenin, kif muri fl-Anness II.
SETT TAD-DATA 2
Użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura
|
Qasam: |
e. |
Statistika dwar il-prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti |
|
Suġġett: |
i. |
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
|
Suġġett dettaljat: |
i.2 |
Użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura |
TAQSIMA I
Kontenut tad-data
Id-data għandha tkopri l-erjas tal-għelejjel għal-lista komuni tal-għelejjel f’azjendi agrikoli fl-Istati Membri, ttrattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-kwantitajiet tas-sustanzi attivi kollha użati matul il-perjodu ta’ referenza, inklużi dawk użati taħt awtorizzazzjoni ta’ emerġenza (3).
|
Karatteristiċi tal-għelejjel |
Skadenza |
|
|
il-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 1 |
||
|
Erja ttrattata |
Kwantità tas-sustanza attiva |
|
|
Qamħ komuni u farru |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Qamħ durum |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Xgħir |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħ tal-qamħirrum |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Qamħirrum aħdar |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Lift u żrieragħ tal-lift tan-nevew |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Żerriegħa tal-ġirasol |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Patata (inkluża patata taż-żrigħ) |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Pitrava zokkrija (għajr iż-żerriegħa) |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Tuffieħ |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Għeneb għall-inbid |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Għeneb għall-ikel |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Larinġ |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Żebbuġ |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Kaboċċi |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Zunnarija |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Basal |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Tadam li jitkabbar fuq barra |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Tadam taħt għata tal-ħġieġ jew għolja aċċessibbli |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Frawli li jitkabbar fuq barra |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
Frawli tas-serer jew għata għolja aċċessibli |
NAT, OAT |
NQS, OQS |
|
N |
: |
Is-sena li d-data tirreferi għaliha |
|
NAT |
: |
Erja mhux organika ttrattata (ettari) |
|
OAT |
: |
Erja organika (erja taħt konverżjoni u erja ċċertifikata) trattata (ettari) |
|
NQS |
: |
Kwantità tas-sustanzi attivi kollha użati f’erja mhux organika (kg) |
|
OQS |
: |
Kwantità tas-sustanzi attivi kollha użati f’erja organika (żona taħt konverżjoni u żona ċċertifikata) (kg) |
|
Perjodu ta’ referenza |
: |
Sena tal-ħsad |
|
Perjodiċità |
: |
2026 |
|
Livell ġeografiku |
: |
Nazzjonali |
TAQSIMA II
Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl
Erja ttrattata (ettari): tirreferi għaż-żona fiżika tal-għalla li għandha tinħasad, fis-sena tal-ħsad, trattata mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ referenza b’sustanza attiva partikolari kklassifikata kif muri fl-Anness II, indipendentement min-numru ta’ applikazzjonijiet.
Erja mhux organika ttrattata (ettari): tirreferi għal erja ttrattata, esklużi żoni ċċertifikati organiċi jew taħt konverżjoni.
Erja mhux organika ttrattata (ettari): tirreferi għall-erja ttrattata li hija ċċertifikata organika jew taħt konverżjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
Kwantità tas-sustanza attiva (kg): tirreferi għall-ammont ta’ kull waħda mis-sustanzi attivi, kif definiti fl-Artikolu 1(2)(a), klassifikati kif muri fl-Anness II, użati fuq l-għalla matul il-perjodu ta’ referenza.
Kwantità użata f’erja mhux organika (kg): tirreferi għall-ammont ta’ sustanzi attivi, użati fuq għelejjel maħsuda minn erjas mhux organiċi.
Kwantità użata f’erja organika (kg): tirreferi għall-ammont ta’ sustanzi attivi użati fuq għelejjel minn erjas organiċi (iċċertifikati organiċi jew taħt konverżjoni).
Rekwiżiti tekniċi relatati mal-varjabbli
Id-data deskritta fit-tabella ta’ hawn fuq għandha tiġi trażmessa: b’sustanza attiva waħda, skont il-klassijiet kimiċi, skont il-kategoriji tal-prodotti u skont il-gruppi ewlenin, kif muri fl-Anness II.
Id-data għandha tkopri s-sustanzi attivi kollha fil-prodotti kollha għall-protezzjoni tal-pjanti użati fl-Istati Membri matul il-perjodu ta’ referenza, inklużi dawk użati taħt awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza. Id-data għandha tinkludi t-trattamenti kollha miż-żrigħ/mit-tħawwil sa tmiem il-ħsad.
Id-data dwar l-erja ttrattata għandha tinġabar b’mod li jippermetti li d-data dwar l-erja u l-kwantità skont l-għalla (mingħajr għadd doppju) tkun disponibbli wkoll fil-livell ta’ aggregazzjoni fi klassijiet kimiċi, kategoriji ta’ prodotti u gruppi ewlenin.
Id-data għandha tinkludi s-sustanzi attivi kollha fil-prodotti kollha għall-protezzjoni tal-pjanti użati fl-azjendi agrikoli (l-użu fil-faċilitajiet tal-ħżin u għaż-żrigħ taż-żrieragħ huwa eskluż).
(1) Kif definit fl-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
(2) Kif definit fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
(3) Kif definit fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
ANNESS II
Klassifikazzjoni tas-sustanzi attivi inklużi fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
|
Gruppi ewlenin |
Kategoriji tal-prodotti |
Klassijiet kimiċi (1) |
|
Total tas-sustanzi attivi fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
|
|
|
Fungiċidi u batteriċidi |
|
|
|
|
Fungiċidi inorganiċi |
|
|
|
|
Komposti tar-ram |
|
|
|
Kubrit inorganiku |
|
|
|
Fungiċidi inorganiċi oħra |
|
|
Fungiċidi bbażati fuq il-karbamati u d-ditijokarbamati |
|
|
|
|
Fungiċidi tal-karbanilat |
|
|
|
Fungiċidi tal-karbamat |
|
|
|
Fungiċidi tad-ditijokarbamat |
|
|
|
Fungiċidi oħra bbażati fuq il-karbamatiu d-ditijokarbamati |
|
|
Fungiċidi bbażati fuq il-benżimidażoli |
|
|
|
|
Fungiċidi tal-benżimidażol |
|
|
|
Fungiċidi oħra bbażati fuq il-benżimidażoli |
|
|
Fungiċidi bbażati fuq l-imidażoli u t-triażoli |
|
|
|
|
Fungiċidi tal-konażol |
|
|
|
Fungiċidi tal-imidażol |
|
|
|
Fungiċidi oħra bbażati fuq l-imidażoli u t-triażoli |
|
|
Fungiċidi bbażati fuq il-morfolini |
|
|
|
|
Fungiċidi tal-morfolin |
|
|
|
Fungiċidi oħra bbażati fuq il-morfolini |
|
|
Fungiċidi ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika |
|
|
|
|
Fungiċidi mikrobijoloġiċi |
|
|
|
Fungiċidi botaniċi |
|
|
|
Fungiċidi oħra ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika |
|
|
Batteriċidi |
|
|
|
|
Batteriċidi inorganiċi |
|
|
|
Batteriċidi oħra |
|
|
Fungiċidi u batteriċidi oħrajn |
|
|
|
|
Fungiċidi tan-nitroġenu alifatiku |
|
|
|
Fungiċidi tal-ammid |
|
|
|
Fungiċidi tal-anilid |
|
|
|
Fungiċidi aromatiċi |
|
|
|
Fungiċidi tad-dikarbossimmid |
|
|
|
Fungiċidi tad-dinitroanilina |
|
|
|
Fungiċidi tad-dinitrofenol |
|
|
|
Fungiċidi organofosforiċi |
|
|
|
Fungiċidi tal-ossażol |
|
|
|
Fungiċidi tal-fenilpirrol |
|
|
|
Fungiċidi tal-ftalimmid |
|
|
|
Fungiċidi tal-pirimidina |
|
|
|
Fungiċidi tal-kinolina |
|
|
|
Fungiċidi tal-kinon |
|
|
|
Fungiċidi tal-istrobilurina |
|
|
|
Fungiċidi tal-urea |
|
|
|
Fungiċidi mhux klassifikati |
|
Erbiċidi, prodotti għall-irmondar u prodotti li joqtlu l-muski |
|
|
|
|
Erbiċidi bbażati fuq il-fenossifitoormoni |
|
|
|
|
Erbiċidi tal-fenossi |
|
|
|
Erbiċidi oħra bbażati fuq il-fenossifitoormoni |
|
|
Erbiċidi bbażati fuq it-triażini u t-triażinoni |
|
|
|
|
Erbiċidi tat-triażina |
|
|
|
Erbiċidi tat-triażinon |
|
|
|
Erbiċidi oħra bbażati fuq it-triażini u t-triażinoni |
|
|
Erbiċidi bbażati fuq l-ammidi u l-anilidi |
|
|
|
|
Erbiċidi tal-ammid |
|
|
|
Erbiċidi tal-anilide |
|
|
|
Erbiċidi tal-kloroaċetanilide |
|
|
|
Erbiċidi oħra bbażati fuq l-ammidi u l-anilidi |
|
|
Erbiċidi bbażati fuq il-karbamati u l-biskarbamati |
|
|
|
|
Erbiċidi tal-biskarbamat |
|
|
|
Erbiċidi tal-karbamat |
|
|
|
Erbiċidi oħra bbażati fuq il-karbamati u l-biskarbamati |
|
|
Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi tad-dinitroanilina |
|
|
|
|
Erbiċidi tad-dinitroanilina |
|
|
|
Erbiċidi oħra bbażati fuq id-derivattivi tad-dinitroanilina |
|
|
Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi tal-urea, tal-uraċil jew tas-sulfonilurea |
|
|
|
|
Erbiċidi tas-sulfonilurea |
|
|
|
Erbiċidi tal-uraċil |
|
|
|
Erbiċidi tal-urea |
|
|
|
Erbiċidi oħra bbażati fuq id-derivattivi tal-urea, tal-uraċil jew tas-sulfonilurea |
|
|
Erbiċidi oħra |
|
|
|
|
Erbiċidi tal-arilossifenossi-propjoniku |
|
|
|
Erbiċidi tal-benżofuran |
|
|
|
Erbiċidi tal-aċidu benżojku |
|
|
|
Erbiċidi tal-bipridilju |
|
|
|
Erbiċidi taċ-ċikloeżandjon |
|
|
|
Erbiċidi tad-diażina |
|
|
|
Erbiċidi tad-dikarbossimid |
|
|
|
Erbiċidi tal-etere tad-difenil |
|
|
|
Erbiċidi tal-imidażolinon |
|
|
|
Erbiċidi inorganiċi |
|
|
|
Erbiċidi tal-isossażol |
|
|
|
Erbiċidi tan-nitril |
|
|
|
Erbiċidi organofosforiċi |
|
|
|
Erbiċidi tal-fenilpirażol |
|
|
|
Erbiċidi tal-piridażinon |
|
|
|
Erbiċidi tal-piridinkarbossammid |
|
|
|
Erbiċidi tal-aċidu piridinkarbossiliku |
|
|
|
Erbiċidi tal-aċidu piridilossiaċetiku |
|
|
|
Erbiċidi tal-kinolina |
|
|
|
Erbiċidi tat-tijadiażina |
|
|
|
Erbiċidi tat-tijokarbamat |
|
|
|
Erbiċidi tat-triażol |
|
|
|
Erbiċidi tat-triażolinon |
|
|
|
Erbiċidi tat-triażolon |
|
|
|
Erbiċidi tat-triketon |
|
|
|
Erbiċidi mhux klassifikati |
|
Insettiċidi u akariċidi |
|
|
|
|
Insettiċidi bbażati fuq il-piretrojdi |
|
|
|
|
Insettiċidi tal-piretrojde |
|
|
|
Insettiċidi oħra bbażati fuq il-piretrjodi |
|
|
Insettiċidi bbażati fuq l-idrokarburi klorinati |
|
|
|
|
Insettiċidi tad-diammid antraniliku |
|
|
|
Insettiċidi oħra bbażati fuq l-idrokarburu klorinati |
|
|
Insettiċidi bbażati fuq il-karbamati u l-ossimakarbamat |
|
|
|
|
Insettiċidi tal-ossikarbamat |
|
|
|
Insettiċidi tal-karbamat |
|
|
|
Insettiċidi oħra bbażati fuq il-karbamat u l-ossikarbamat |
|
|
Insettiċidi bbażati fuq l-organofosfati |
|
|
|
|
Insettiċidi organofosforiċi |
|
|
|
Insettiċidi oħra bbażati fuq l-organofosfati |
|
|
Insettiċidi ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika |
|
|
|
|
Insettiċidi mikrobikoloġiċi |
|
|
|
Insettiċidi botaniċi |
|
|
|
Insettiċidi oħra ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika |
|
|
Akariċidi |
|
|
|
|
Akariċidi tal-pirażol |
|
|
|
Akariċidi tat-tetrażina |
|
|
|
Akariċidi oħra |
|
|
Insettiċidi oħra |
|
|
|
|
Insettiċidi prodotti bil-fermentazzjoni |
|
|
|
Insettiċidi tal-benżojlurea |
|
|
|
Insettiċidi tal-karbażat |
|
|
|
Insettiċidi tad-diażilidrażina |
|
|
|
Regolaturi tat-tkabbir tal-insetti |
|
|
|
Insettiċidi tan-nitrogwanidina |
|
|
|
Insettiċidi tal-organotin |
|
|
|
Insettiċidi tal-ossadiażina |
|
|
|
Insettiċidi tal-fenil-etere |
|
|
|
Insettiċidi tal-pirażol (fenil-) |
|
|
|
Insettiċidi tal-piridina |
|
|
|
Insettiċidi tal-piridilmetilammina |
|
|
|
Insettiċidi tal-ester tas-sulfit |
|
|
|
Insettiċidi tal-aċidu tetroniku |
|
|
|
Feromoni tal-pesti lepidopteri b’katina dritta (sclps) li jattiraw l-insetti |
|
|
|
Attrattanti oħra tal-insetti |
|
|
|
Insettiċidi-akariċidi mhux klassifikati |
|
Molluskiċidi |
|
|
|
|
Molluskiċidi |
|
|
|
|
Molluskiċidi |
|
Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti |
|
|
|
|
Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti fiżjoloġiċi |
|
|
|
|
Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti fiżjoloġiċi |
|
|
|
Regolaturi oħra tat-tkabbir tal-pjanti fiżjoloġiċi |
|
|
Prodotti kontra t-tinbit |
|
|
|
|
Prodotti kontra t-tinbit |
|
|
|
Prodotti oħra kontra t-tinbit |
|
|
Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti oħrajn |
|
|
|
|
Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti oħrajn |
|
Prodotti oħrajn għall-protezzjoni tal-pjanti |
|
|
|
|
Żjut veġetali |
|
|
|
|
Żjut veġetali |
|
|
Sterilanti tal-ħamrija (inkluż in-nematiċidi) |
|
|
|
|
Bromur tal-metil |
|
|
|
Nematiċidi bijoloġiċi |
|
|
|
Nematiċidi organofosforiċi |
|
|
|
Sterilanti oħra tal-ħamrija |
|
|
Rodentiċidi |
|
|
|
|
Rodentiċidi |
|
|
Il-prodotti l-oħrajn kollha għall-protezzjoni tal-pjanti |
|
|
|
|
Diżinfettanti |
|
|
|
Repellenti |
|
|
|
Prodotti oħrajn għall-protezzjoni tal-pjanti |
(1) Tapplika wkoll għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika, għal skopijiet ta’ armonizzazzjoni
ANNESS III
DESKRIZZJONIJIET
Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti huwa prodott fil-forma li fiha jiġi fornut lill-utent, li jikkonsisti minn jew li fih sustanzi attivi, aġenti protettivi jew sinerġisti, u huwa maħsub għal wieħed mill-użi deskritti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Sustanzi attivi: tfisser sustanzi attivi kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Tqegħid fis-suq: tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt 9 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Għelejjel: tfisser għelejjel agrikoli, kif deskritt fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 (1).
Klassifikazzjoni tas-sustanzi attivi inklużi fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti: aggregazzjoni ta’ sustanzi attivi minn gruppi maġġuri, kategoriji ta’ prodotti u klassijiet kimiċi.
Sena tal-ħsad: Is-sena kalendarja li fiha jibda l-ħsad, inkluż il-perjodu li matulu jittieħdu l-miżuri preparatorji kollha (bħall-ħdim tar-raba’, it-tħawwil, u l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti) biex jiġi żgurat dak il-ħsad, anke matul is-sena kalendarja preċedenti.
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel (ara paġna 40 ta’ dan il-ĠU).