|
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 208/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Awwissu 2007
li tikkonċerna in-noninklużjoni tal-monocarbamide dihydrogensulphate u dimethipin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3646)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/553/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena min-notifika ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati gradwalment fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma. |
|
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
Monocarbamide dihydrogensulphate u dimethipin huma sustanzi ddeżinjati fil-programm tat-tielet stadju. |
|
(4) |
L-uniċi notifikanti għal monocarbamide dihydrogensulphate u dimethipin għarrfu lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Mejju 2006 u s-6 ta’ Lulju 2006 rispettivament, li ma baqgħux jixtiequ jieħdu sehem fil-programm ta' ħidma għal dawn is-sustanzi attivi, u għalhekk mhux se jintbagħat iktar tagħrif. Minħabba f'hekk, dawn is-sustanzi attivi ma għandhomx jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(5) |
Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom il-monocarbamide dihydrogensulphate jew dimethipin ikunu rtirati fi żmien preskritt u ma jiġġeddux u li ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet għal prodotti bħal dawn. |
|
(6) |
Għal dawn is-sustanzi attivi li għalihom hemm biss perjodu qasir ta’ notifika bil-quddiem għall-irtirar ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi, huwa raġonevoli li jingħata perjodu ta’ grazzja għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti għal perjodu ta’ mhux iktar minn tnax–il xahar sabiex il-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw f’mhux iktar minn ċiklu ta’ koltivazzjoni ieħor. F'każijiet fejn ikun previst perjodu itwal ta’ notifika bil-quddiem, dan il-perjodu ikun jista’ jitqassar sabiex jiskadi fl-aħħar ta’ l-istaġun tal-koltivazzjoni. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-monocarbamide dihydrogensulphate jew dimethipin skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-monocarbamide dihydrogensulphate u dimethipin ma għandhomx ikunu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
L-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-monocarbamide dihydrogensulphate u dimethipin ikunu revokati sat-2 ta’ Frar 2008; |
|
(b) |
Mill-20 ta' 6 ta’ Awwissu 2007 l-ebda awtorizzazzjoni għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il- monocarbamide dihydrogensulphate u dimethipin ma tingħata jew tiġġedded skond id-deroga prevista fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
Artikolu 3
Kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-2 ta’ Frar 2009.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/31/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 44).