|
5.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/14 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10342 — Leonard Green & Partners/Goldman Sachs Group/AEA Investors/Visual Comfort)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 262/05)
1.
Fit-23 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Leonard Green & Partners, L.P. (“LGP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
The Goldman Sachs Group, Inc. (“GS”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
AEA Investors LP (“AEA”, l-Istati Uniti tal-Amerka), finalment ikkontrollata bi sħab minn John Garcia u Brian Hoesterey, |
|
— |
Visual Comfort & Co (“Visual Comfort”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata mill-AEA. |
LGB, GS u AEA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Visual Comfort.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
LGP: l-investiment f’kumpaniji li jipprovdu servizzi, inklużi servizzi tal-konsumatur, tan-negozju u tal-kura tas-saħħa, kif ukoll il-bejgħ bl-imnut, id-distribuzzjoni u l-industrija, |
|
— |
GS: servizzi bankarji globali għall-investiment, titoli u ġestjoni tal-investimenti, |
|
— |
AEA: l-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet għal fondi privati, l-istrutturar ta’ tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ strumenti ta’ investiment u d-disponiment ta’ investimenti bħal dawn biex jinħoloq redditu għall-investituri fil-fondi privati tagħhom, |
|
— |
Visual Comfort: il-forniment ta’ prodotti tad-dawl dekorattivi u funzjonali. Il-kumpanija tbigħ diversi tipi ta’ dwal dekorattivi (bil-marki tad-ditta Visual Comfort, Tech Lighting, Generation Lighting), fannijiet dekorattivi (tal-marka tad-ditta Monte Carlo) u prodotti li huma taħlita ta’ dwal dekorattivi u fannijiet. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10342 — Leonard Green & Partners/Goldman Sachs Group/AEA Investors/Visual Comfort
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).