Official Journal L 223 , 18/08/1990 P. 0021 - 0022
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0115
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0115
Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tat-30 ta' Lulju 1990 li temenda d-Deċiżjoni 82/913/KEE dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel u tan-Namibja approvati għall-iskop ta' importazzjoni ta' laħam frisk fil-Komunità. (90/433/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi fi spezzjonijiet veterinarji u tas-saħħa wara l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat u tal-majjali u ta' laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/662/KEE [2], u partikolarment Artikoli 4(1) u 18 (1) tagħha, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/96/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar l-eżami għat-trichinae (trichinella spiralis) mal-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' laħam frisk li joriġina minn majjali domestiċi [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 89/321/KEE [4], u partikolarment Artikolu 4 tagħha, Billi lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel u fin-Namibja, approvati għall-iskop ta' importazzjoni ta' laħam frisk fil-Komunità, kienet imħejjija inizjalment bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/913/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tat-3 ta' Novembru 1989; Billi n-Namibja kienet saret independenti, huwa meħtieġ li tkun emendata d-Deċiżjoni 82/913/KEE li tikkonċerna l-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel u fin-Namibja approvati għall-iskop ta' importazzjoni ta' laħam frisk fil-Komunità; Billi l-miżuri li hemm provediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. It-Titolu tad-Deċiżjoni 82/913/KEE huwa hawnhekk mibdul bit-test li ġej: "Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/913/KEE li tistabbilixxi l-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel u fin-Namibja approvati għall-iskop ta' importazzjoni ta' laħam frisk fil-Komunità." 2. L-Anness tad-Deċiżjoni 82/913/KEE huwa mibdul bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-30 ta' Lulju 1990. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. [2] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13. [3] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 67. [4] ĠU L 133, tas-17.5.1989, p. 33. [5] ĠU L 381, tal-31.12.1982, p. 28. -------------------------------------------------- ANNESS Lista ta' stabbilimenti TF L-istabbiliment huwa awtorizzat, fil-qofol tat-tifsira ta' Artikolu 4 tad-Direttiva 77/96/KEE, biex iwettaq it-trattament ta l-iffriżar li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 3 ta' l-istess Direttiva. Approvazzjoni Nru | Stabbiliment/indirizz | Kategorija | B | FT | MS | F | N/M | PM | SP | RS | 4 | Maħżen tas-Silġ, Table Bay, Cape Town, Cape Province | | | × | | | | | | 43 | Il-Kooperattiva Eskort tal-bacon,Estcourt, Natal | × | × | | | | × | | , TF | 47 | Ikel tal-Marka Bull, Krugersdorp, Transvaal | × | × | | × | | | | | 81 | Il-Maħżen tas-Silġ Blue Continent, Durban, Natal | | | × | | | | | | 83 | Maħżen tas-Silġ, Blue Continent, Cape Town, Cape Province | | | × | | | | | | 84 | Il-Maħżen tas-Silġ Ellerman, Durban, Natal | | | × | | | | | | 90 | Maħżen tas-Silġ Epping, Cape Town, Cape Province | | | × | | | | | | 94 | Maħżen tas-Silġ Walvis Bay, Cape Town, Cape Province | | | × | | | | | | 95 | Maħżen tas-Silġ Imperial, City Deep, Transvaal | | | × | | | | | | --------------------------------------------------