32005H0253

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Marzu 2005 li tikkonċerna l-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew ta' Żvilupp (Id-Disa' EDF) għas-sena finanzjarja 2005

Official Journal L 077 , 23/03/2005 P. 0011 - 0011
Official Journal L 159 , 13/06/2006 P. 0273 - 0273


Rakkomandazzjoni tal-Kunsill

tat- 8 ta’ Marzu 2005

li tikkonċerna l-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew ta' Żvilupp (Id-Disa' EDF) għas-sena finanzjarja 2005

(2005/253/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' l-ACP-KE, iffirmat f'Cotonou fit- 23 ta' Ġunju 2000 [1]

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija ta' l-ACP-KE [2] li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, id-Disa' Fond Ewropew ta' Żvilupp (Id-Disa' EDF), u partikolarment l-Artikolu 32(3) ta' dak il-Ftehim,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas- 27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew ta' Żvilupp [3], u partikolarment l-Artikoli 96 sa 103 tiegħu,

Wara li eżamina il-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati ma' l-operazzjonijiet tad-Disa' EDF kif kienu fil- 31 ta' Diċembru 2003 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni [4],

(1) Billi skond l-Artikolu 32(3) ta' l-imsemmi Ftehim Intern, il-kwittanza għall-immaniġġjar finanzjarju tad-Disa' EDF irid jingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2) Billi l-implimentazzjoni totali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tad-Disa' EDF matul is-sena finanzjarja 2003 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tad-Disa' EDF għas-sena finanzjarja 2003.

Magħmula fi Brussel, nhar it- 8 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-C. Juncker

[1] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

[2] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

[3] ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

[4] ĠU C 293, 30.11.2004, p. 315.

--------------------------------------------------