32001R1615



Official Journal L 214 , 08/08/2001 P. 0021 - 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1615/2001

tas-7 ta' Awissu 2001

li jistabbilixxi l-istandard għal marketing tal-bettieħ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1093/97

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2001 [1], u partikolarment l-Artikolu 3(3) ta' dan,

Billi:

(1) Il-bettieħ huwa fost il-prodotti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalihom għandhom ikuni adottati standards. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1093/97 tas-16 ta' Ġunju 1997 li jistabbilixxi standards marketingapplikabbli għall-bettieħ u d-dulliegħ [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 850/2000 [3], ġie emendat u ma jistax aktar jiżgura ċarezza legali.

(2) Fl-interess taċ-ċarezza, ir-regoli dwar il-bettieħ għandhom jinfirdu minn dawk dwar prodotti oħrajn taħt ir-Regolament (KE) Nru 1093/97. Ir-regoli msemmija għandhom għalhekk jinkitbu mill-ġdid u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1093/97 għandu jitħassar. Għal dak l-iskop, u fl-interess li tenżamm it-trasparenza fis-suq dinji, għandha tingħata kunsiderazzjoni ta' l-istandards dwar il-bettieħ irrakkomandati mill-Kumitat ta' Ħidma dwar l-istandardizzazzjoni ta' Prodotti li Jitħassru Malajr u l-Iżvilupp tal-Kwalità tal-Kummissjoni għall-Ewropa Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE). Dan l-istandard kien dan l-aħħar emendat biex jiddistingwi bejn il-kriterji minimi ta' maturità għall-bettieħ Charentais u dawk għal tipi oħrajn ta' bettieħ.

(3) L-applikazzjoni ta' dawn l-istandards għandha tneħħi mis-suq il-prodotti ta' kwalità mhux soddisfaċenti., iġġib il-produzzjoni skond il-ħtiġijiet tal-konsumatur u tiffaċilita l-kummerċ ibbażat fuq kompetizzjoni ġusta, u b' hekk tgħin ittejjeb il-qligħ.

(4) L-istandards japplikaw fl-istadji kollha tat-tqegħid fis-suq. It-trasport fit-tul, il-ħażna għal ċertu żmien u d-diversi proċessi li jgħaddu minnhom il-prodotti jistgħu jikkawżaw xi grad ta' taħsir minħabba l-iżvilupp bioloġiku tal-prodotti jew in-natura tagħhom li jitħassru malajr. Għandha tingħata kunsiderazzjoni ta' taħsir bħal dan meta jkun applikat l-istandard fl-istadji tat-tqegħid fis-suq wara li

(5) L-Artikolu 3(3)(ċ) tar-Regolament Nru 2200/96 jipprovdi għall-possibilità ta' deroga mill-istandards fis-seħħ għall-frott u l-ħaxix prodott f'reġjun partikolari li jinbiegħu bl-imnut tar-reġjun għall-konsum tradizzjonali stabbilit sewwa. Ċerti varjetajiet ta' bettiegħ prodotti fi Spanja u l-Portugall huma tradizzjonalment mibjugħa fir-reġjun tal-produzzjoni sfużi, jiġifieri wara li jitgħabbew direttament fil-mezzi tat-trasport jew f'kompartiment tal-mezz tat-trasport. Din il-prattika kummerċjali kienet is-suġġett tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1332/97(5) u (KE) Nru 1438/97 (6) li jidderogaw, għall-Portugall u għal Spanja rispettivament, mill-istandards ta' bejgħ applikabbli għall-bettieħ. Għall-kjarifika u simplifikazzjoni, dawn id-derogi għandhom ikunu integrati f'dan ir-Regolament u r-Regolamenti (KE) Nru 1332/97 u (KE) Nru 1438/97 għandhom jitħassru.

(6) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Frot Frisk u l-Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1) L-istandard marketing tal-bettieħ li hu kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 0807 19 00, għandu jkun kif stabbilit fl-Anness.

(2) L-istandard għandu japplika fl-istadji kollha tat-tqegħid fis-suq taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

(3) Iżda, fl-istadji ta' wara li jintbagħtu, il-prodotti jistgħu juru fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta' l-istandard, nuqqas ħafif ta' freskezza u nefħa, kif ukoll taħsir ħafif minħabba l-iżvilupp tagħhom u n-natura tagħhom li jitħassru malajr.

Artikolu 2

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dan il-bettieħ li ġej jista' jinbiegħ sfuż fir-reġjun tat-tkabbir ta'dak l-Istat Membru mill-bejjiegħa bl-imnut:

(a) il-bettieħ imkabbar fil-Portugall minbarra tat-tipi Charentais, Ogen u Galia,

(b) il-bettieħ tat-tip tawwali mkabbar fi Spanja.

Id-dokument jew, fejn xieraq, l-avviż li għalih jirreferi l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li jakkompanja kull kunsinna għandu jkollu, minbarra l-informazzjoni l-oħra meħtieġa, l-indikazzjoni li ġejja: "Għall-bejgħ bl-imnut f'……… (reġjun tat-tkabbir) biss".

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1093/97 huwa emendat kif ġej:

1. Fit-titolu, il-kliem "bettieħ u" huma mħassra.

2. L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b' dan li ġej:

"1. l. L-istandard għal marketing fis-suq tad-dullieħ, li hu kklasifikat taħt il-kodiċi NM 0807 11 00, għandu jkun kif stabbilit fl-Anness."

3. L-Anness I huwa mħassar.

4. Fl-Anness II, it-titolu huwa sostitwit bit-titolu li ġej:

Artikolu 4

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1332/97 u (KE) Nru 1438/97 huma mħassra.

Referenzi għar-regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jindħol fis-seħħ fl-20 ġurnata minn war l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Awissu 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 129, tal-11.5.2001, p. 3.

[3] ĠU L 158, tas-17.6.1997, p. 21.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

STANDARD GĦALL-BETTIEĦ

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-bettieħ ta’ varjetajiet (cultivars) mkabbra minn Cucumis meloL. biex ikunu forniti friski lill-konsumatur, eskluż il-bettieħ għall-ipproċessar industrijali.

II. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan ta’ l-istandard huwa li jiddefinixxi l-kondizzjonijiet dwar kwalità għall-bettieħ wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A. Kondizzjonijiet minimi

Fil-kategoriji kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull kategorija u t-tolleranza permessa, il-bettieħ irid ikun:

- sħiħ [1],

- mhux imħassar; huma esklużi prodotti milquta minn taħsir jew deterjorament li jirrendihom mhux tajbin biex jittieklu,

- imnaddaf, jiġifieri tista’ tgħid ħieles mill-ħamrija jew kull mezz ieħor ta’ tkabbir u ħieles minn kull materja barranija oħra li tidher,

- ta’ dehra friska

- minfuħ,

- tista’ tgħid ħieles minn insetti ta’ ħsara,

- tista’ tgħid ħieles minn ħsara kkaġunata minn insetti ta’ ħsara,

- ħieles minn umdità mhux normali minn barra,

- ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranija.

Il-bettieħ irid ikun żviluppat biżżejjed u juri sajran sodisfaċenti [2].

L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-bettieħ għandhom ikunu hekk li jippermettu:

- li jkun jiflaħ għat-trasport u t-trattament konness miegħu, u

- li jasal f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post ta’ destinazzjoni.

B. Klassifika

Il-bettieħ huwa kklassifikat fiż- żewġ kategoriji definiti hawn taħt:

(i) Kategorija I

Il-bettieħ f’din il-kategorija għandu jkun ta’ kwalità tajba. Huwa għandu jippreżenta l-karatteristiċi tal-varjeta’ jew tat-tip kummerċjali.

Madankollu, id-difetti żgħar li ġejjin, jistgħu jitħallew sakemm dawn ma jolqtux ħażin id-dehra ġenerali, il-kwalità’, il-konservazzjoni u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett;

- difett żgħir fl-għamla,

- difett żgħir fil-kulur (kulur sfajjar fil-qoxra fejn il-frotta kienet tmiss ma’ l-art waqt li kienet qed tikber ma jitqiesx bħala difett),

- tbajja’ ħfief fil-qoxra ġejjin mit-tħakkik jew it-trattament,

- xpakkaturi ħfief imfejqa madwar iz-zokk tal-frotta ta’ inqas minn 2 cm fit-tul li ma jkunux jaslu sal-polpa.

Il-frott maqtugħ biz-zokk imwaħħal għandu jippreżenta zokk ta’ inqas minn 2 cm fit-tul.

(ii) Kategorija II

Din il-kategorija tinkludi l-bettieħ li ma jistax ikun ikklassifikat fi Klassi I iżda li jissoddisfa l-kondizzjonijiet minimi speċifikati hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jitħallew jekk il-bettieħ iżomm il-karatteristiċi essenzali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-preservazzjoni u l-preżentazzjoni:

- difetti fl-għamla,

- difetti fil-kulur (kulur sfajjar fil-qoxra fejn il-frotta kienet tmiss ma’ l-art waqt li kienet qed tikber ma jitqiesx bħala difett fil-),

- tbenġil ħafif,

- xpakkaturi ħfief jew grif fond li ma jolqotx ħażin il-polpa tal-frotta u li jkun niexef,

- tbajja’ ħfief fil-qoxra ġejjin mit-tħakkik jew it-trattament.

III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-GĦAŻLA SKOND ID-DAQS

Id-daqs jiġi determinat mill-piż ta’ bettieħa waħda jew mid-dijametru tat-taqsima ekwatorjali.

Id-daqsijiet minimi huma dawn li ġejjin:

Għażla skond il-piż:

— Bettieħ tat-tip Charentais, Ogen u Galia: | 250 g |

— Bettieħ ieħor: | 300 g |

Għażla skond id-dijametru:

— Bettieħ tat-tip Charentais, Ogen u Gali: | 7,5 cm |

— Bettieħ ieħor: | 8,0 cm |

Meta d-daqs jiġi espress bil-piż, l-akbar bettieħa ma tistax tiżen aktar minn 50 % (30 % għall-bettieħ tat-tip Charentais) aktar mill-iżgħar waħda.

Meta d-daqs jkun espress skond id-djametru, id-djametru ta’ l-akbar bettieħa ma jistax ikun iżjed minn 20 % (10 % aktar għall-bettieħ tat-tip Charentais) aktar mid-djametru ta’ l-iżgħar waħda.

L-għażla skond id-daqs hija obbligatorja għaż-żewġ kategoriji.

IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Tolleranzi dwar kwalità u daqs għandhom jitħallew f’kull pakkett għall-prodotti li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tal-kategorija indikata.

A. Tolleranzi tal-Kwalità

(i) Kategorija I

10 % fin-numru jew fil-piż tal-bettieħ li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tal-kategorija iżda li jilħaq dawk tal-Kategorija II jew, eċċezjonalment, li jidħol fit-tolleranzi ta’ dik il-kategorija.

(ii) Kategorija II

10 % fin-numru jew fil-piż tal-bettieħ li ma jissodisfax la l-kondizzjonijiet tal-kategorija u lanqas il-kondizzjonijiet minimi, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti mimsusa minn taħsir jew deterjorazzjoni oħra li ma jħalluhomx ikunu tajbin biex jittieklu.

B. Tolleranzi ta’ daqs

Għall-kategoriji kollha: 10 % fin-numru jew fl-piż tal-bettieħ li d-daqs tiegħu ikun ikbar jew inqas minn dak speċifikat.

V. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A. Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss bettieħ ta’ l-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs, u li jkun laħaq b’mod apprezzabbli l-istess grad ta’ tkabbir u sajran, u jkun b’mod apprezzabbli ta’ l-istess kulur.

Il-parti li tidher tal-kontenut tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut sħiħ.

B. Ippakkjar

Il-bettieħ irid ikun ippakkjat b’mod li l-prodott jkunu mħares kif inhu xieraq.

Il-materjal użat ġewwa l-pakkett irid ikun ġdid, nadif u ta’ kwalità li ma jħallix li ssir ebda ħsara minn barra jew minn ġewwa lill-prodott. L-użu ta’ materjal, partikolarment ta’ karta jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew l-ittikettjar ikun sar b’linka jew kolla mhux tossiċi.

Il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materja barranija.

VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin f’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jistgħu jinqraw, li ma jitħassrux u li jidhru minn barra.

A. Identifikazzjoni

Min ippakkja u/jew bagħat: isem u indirizz jew marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment. Iżda, meta tintuża marka ta’ kodiċi, il-kliem ta’ referenza "Min ippakkja u/jew bagħat" (jew taqsiriet ekwivalenti) għandhom ikunu indikati qrib il-marka ta’ kodiċi.

B. Natura tal-prodott

- "Bettieħ" jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra.

- Isem il-varjetà jew tip kummerċjali (eż. Charentais).

Ċ. Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż ta’ l-oriġini u, mhux ta’bilfors, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali tal- post. Pajjiż ta’ l-oriġini u, mhux obbligatorju, distrett fejn tkabbru jew isem il-post nazzjonali, reġjunali jew lokali

D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali

- Il-kategorija

- Id-daqs espress f’piż minimu u massimu jew f’dijametru minimu u massimu

- In-numru ta’ unitajiet (mhux ta’bilfors)

- Il-kontenut minimu ta’ zokkor imkejjel bir-rifrattometru u espress fi gradi Brix (mhux tabilfors).

E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (mhux ta’bilfors)

[1] Madankollu, ferita żgħira mfejqa ikkawżata mill-kejl awtomatiku ta’ l-indiċi rifrattometriku ma jitqiesx bħala difett.

[2] L-indiċi rifrattometriku tal-polpa mkejjel fil-punt nofsani tal-la]ma tal-frotta fit-taqsima ekwatorjali għandu jkun akbar minn jew daqs 10° Brix għall-bettieħ Charentais u 8° Brix għal bettieħ ieħor.

--------------------------------------------------