|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1394 |
22.6.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1394
tat-22 ta’ Ġunju 2026
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 tad-9 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2023/2147. |
|
(2) |
Fit-28 ta’ April 2026, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1591(2005) tal-KSNU żied erba’ persuni mal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Fis-7 ta’ Mejju 2026, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1051 (2) li jżid tlieta minn dawk l-erba’ persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 747/2014 (3). |
|
(4) |
Fit-22 ta’ Ġunju 2026, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1393 (4) li jżid ir-raba’ persuna mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 747/2014. |
|
(5) |
Għalhekk, Jenħtieġ li l-entrata għal dik ir-raba’ persuna titħassar mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2147. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/2147 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2147, taħt l-intestatura “A. Persuni Fiżiċi”, titħassar l-entrata li ġejja:
|
“14. |
Algony Hamdan DAGALO MUSA”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PANAYIOTOU
(1) ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1051 tas-7 ta’ Mejju 2026 li jimplimenta l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 747/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan (ĠU L, 2026/1051, 7.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1051/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 747/2014 tal-10 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 131/2004 u (KE) Nru 1184/2005 (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/747/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1393 tat-22 ta’ Ġunju 2026 li jimplimenta l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 747/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan (ĠU L, 2026/1393, 22.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1393/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1394/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)