European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5342

2.9.2024

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2024/5342)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformita mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Saale-Unstrut”

PDO-DE-A1275-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 3 ta’ Ġunju 2024

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Deskrizzjoni tat-tibdil

a)   Deskrizzjoni tal-inbid / tal-prodotti tad-dwieli u tal-karatteristiċi analitiċi (preċedentement il-punt 2.1, issa l-punt 3.1 tal-Ispeċifikazzjoni) u/jew tal-karatteristiċi organolettiċi (preċedentement il-punt 2.2, issa l-punt 3.3 tal-Ispeċifikazzjoni)

Il-qawwa alkoħolika naturali minima tad-DOP Saale-Unstrut ġiet elenkata taħt punt separat (il-punt 3.2). Il-piż tal-most tħassar. Ma saret l-ebda bidla fil-kontenut.

ŻIEDA

Id-diversi prodotti ġew elenkati bl-isem, flimkien ma’ deskrizzjoni speċifika tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom u tal-forom possibbli ta’ produzzjoni.

ŻIEDA

“Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.”

b)   Demarkazzjoni taż-żona (preċedentement il-punt 3, issa l-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni)

Id-demarkazzjoni taż-żona tad-DOP Saale-Unstrut ġiet emendata.

Ġew elenkati l-muniċipalitajiet individwali, inklużi l-unitajiet katastali tagħhom.

Żdiedu l-unitajiet katastali li ġejjin: Kirchscheidungen, Weißenfels u Wallhausen (Helme) fis-Sassonja-Anhalt, u, f’Thüringen, Bergsulza, Schmiedehausen, Sonnendorf, Weichau fid-distrett rurali ta’ Weimarer Land, Löberschütz, Tümpling fid-distrett rurali ta’ Saale-Holzland-Kreis u Uhlstädt f’Saalfeld-Rudolstadt.

ŻIEDA

Id-demarkazzjoni preċiża tidher fuq mapep li juru l-vinji fil-muniċipalitajiet imsemmija hawn fuq, demarkati bl-irqajja’. Il-mapep jistgħu jiġu kkonsultati fuq www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein.

Il-paragrafu dwar il-possibbiltà li jitpoġġew prodotti taħt id-DOP Saale-Unstrut ġie riformulat. Il-kliem oriġinali:

“Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali), Sekt b.A. (inbid frizzanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) jew Qualitätsperlwein b.A. (inbid semifrizzanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) bl-isem protett Saale-Unstrut iridu jiġu prodotti fiż-żona tat-tkabbir, f’wieħed mill-istati federali li fih tinsab iż-żona tat-tkabbir jew fi stat federali li jmiss miegħu.”

issa jinqara kif ġej:

“Il-prodotti kollha bl-isem protett Saale-Unstrut iridu jiġu prodotti fiż-żona tat-tkabbir ta’ Saale-Unstrut jew f’wieħed mill-istati federali li ġejjin: Is-Sassonja-Anhalt, Thüringen, Brandenburg, is-Sassonja, il-Bavarja, Hessen jew Berlin.”

c)   Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid

Sal-lum, il-varjetajiet ta’ għeneb li ġejjin ġew elenkati taħt il-punt 7 (issa l-punt 8) tal-Ispeċifikazzjoni:

Inbejjed bojod

Auxerrois, Bacchus, Weißer Burgunder, Cabernet Blanc, Chardonnay, Roter Elbling, Weißer Elbling, Faberrebe, Roter Gutedel, Weißer Gutedel, Helios, Hölder, Huxelrebe, Johanniter, Kerner, Kernling, Merzling, Morio Muskat, Muskat Ottonel, Müller-Thurgau, Muscaris, Gelber Muskateller, Roter Muskateller, Ortega, Phoenix, Rieslaner, Roter Riesling, Weißer Riesling, Ruländer, Saphira, Sauvignon Blanc, Scheurebe, Schönburger, Blauer Silvaner, Grüner Silvaner, Solaris, Roter Traminer, Grüner Veltliner, Villaris.

Inbejjed ħomor

Acolon, André, Cabernet Cortis, Cabernet Dorio, Cabernet Dorsa, Cabernet Jura, Cabernet Mitos, Cabertin, Domina, Dornfelder, Dunkelfelder, Blauer Frühburgunder, Blauer Limberger, Merlot, Müllerrebe, Pinotin, Blauer Portugieser, Regent, Rondo, Saint Laurent, Blauer Spätburgunder, Blauer Trollinger, Blauer Zweigelt.

EMENDA

Il-kliem “inbejjed bojod” u “inbejjed ħomor/rożè” [sic] ġew sostitwiti b’“varjetajiet ta’ għeneb abjad” u “varjetajiet ta’ għeneb aħmar”.

Żdiedu l-varjetajiet li ġejjin:

Varjetajiet ta’ għeneb abjad:

Rosé Chardonnay, Ehrenfelser, Irsay Oliver, Riesel, Sauvignac, Sauvitage, Souvignier Gris.

Varjetajiet ta’ għeneb aħmar:

Cabaret Noir, Satin Noir.

d)   Rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-UE jew nazzjonali / rekwiżiti stabbiliti minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP

Rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-UE jew nazzjonali

Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar ġew stabbiliti fil-punt 10 (preċedentement il-punt 9) tal-Ispeċifikazzjoni.

ŻIDIET

Jistgħu jintużaw elementi statutorji ta’ denominazzjoni f’konformità mal-liġi applikabbli.

It-termini tradizzjonali “Qualitätswein”, “Prädikatswein”, “Sekt b.A.”, “Qualitätsperlwein b.A.” u “Winzersekt” huma assoċjati mad-denominazzjoni tal-oriġini u jistgħu jissostitwixxu “denominazzjoni ta’ oriġini protetta”.

Barra minn hekk, ir-reġistru tal-vinji jipprovdi l-lista tal-ismijiet ta’ żoni, vinji fuq skala kbira u individwali, u sistemi ta’ għelieqi miftuħa li jistgħu jintużaw bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar. Dan jindika l-konfini tas-siti u ż-żoni f’termini ta’ referenzi katastali (unità katastali, sottounità katastali, sistema ta’ għalqa miftuħa, roqgħa). Fis-Sassonja-Anhalt u Thüringen, dan jinżamm mill-Uffiċċju għall-Agrikoltura, il-Konsolidazzjoni tal-Art u l-Forestrija – in-Nofsinhar. Fi Brandenburg, dan jinżamm mill-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Ħarsien tal-Klima. Dan ġie stabbilit u miżmum abbażi ta’:

—

It-Taqsima 23(3) u (4) tal-Att Federali dwar l-Inbid (Weingesetz)

—

It-Taqsima 29 tar-Regolament Federali dwar l-Inbid (Weinverordnung)

—

It-Taqsima 10, “L-istabbiliment u ż-żamma tar-reġistru tal-vinji”, tar-Regolament Sassonja-Anhalt li jimplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (WeinR-DVO-LSA) tat-13 ta’ Diċembru 2011

—

It-Taqsima 8, “Id-dħul tad-denominazzjonijiet ġeografiċi fir-reġistru tal-vinji”, tar-Regolament ta’ Brandenburg li jimplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (WeinRDV-Brandenburg) tat-30 ta’ Settembru 2016

—

It-Taqsima 10, “L-istabbiliment u ż-żamma tar-reġistru tal-vinji”, tar-Regolament ta’ Thüringen li jimplementa l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid u li jiddelega s-setgħat fil-qasam tal-liġi dwar l-inbid (ThürWeinVO-Thür) tas-17 ta’ April 2012

Il-konfini tal-unitajiet ġeografiċi żgħar jistgħu jinbidlu biss bil-qbil tal-organizzazzjoni kompetenti skont Taqsima 22g tal-Att Federali dwar l-Inbid, li trid tinnotifika kwalunkwe tibdil lill-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel.

e)   Awtoritajiet ta’ kontroll

L-informazzjoni dwar l-awtoritajiet ta’ kontroll (preċedentement il-punt 10, issa l-punt 11 tal-Ispeċifikazzjoni), speċifikament id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom fil-punt 11.1, ġiet aġġornata.

EMENDI

Abbażi ta’ informazzjoni disponibbli ġdida dwar l-awtoritajiet ta’ kontroll fis-Sassonja-Anhalt, ġew emendati dawn li ġejjin:

—

L-indirizz tal-posta elettronika tal-Uffiċċju għall-Agrikoltura, il-Konsolidazzjoni tal-Art u l-Forestrija – in-Nofsinhar

—

In-numru tat-telefon u l-indirizz tal-Uffiċċju Veterinarju u għall-Monitoraġġ tal-Ikel ta’ Burgenlandkreis

—

L-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Uffiċċju [tad-Distrett Rurali ta’ Harz] għall-Kwistjonijiet Veterinarji u l-Monitoraġġ tal-Ikel

—

L-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Uffiċċju [tad-Distrett Rurali ta’ Mansfeld-Südharz] għall-Affarijiet Veterinarji u l-Monitoraġġ tal-Ikel

—

In-numru tat-telefon tal-Uffiċċju Veterinarju u għall-Monitoraġġ tal-Ikel ta’ Saalekreis

—

L-isem tad-Dipartiment għall-Affarijiet Veterinarji u għall-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Konsumatur ta’ Salzlandkreis

—

L-indirizz tal-posta elettronika tal-Uffiċċju għall-Ħarsien tal-Konsumatur ta’ Sassonja-Anhalt

EMENDI

Abbażi ta’ informazzjoni disponibbli ġdida dwar l-awtoritajiet ta’ kontroll f’Thüringen, ġew emendati dawn li ġejjin:

—

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt taċ-Ċentru tal-Edukazzjoni u r-Riċerka għall-Ortikultura ta’ Erfurt

—

L-indirizz tal-posta elettronika tal-Uffiċċju għall-Agrikoltura, il-Konsolidazzjoni tal-Art u l-Forestrija – in-Nofsinhar

—

In-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika u l-isem tal-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Konsumatur ta’ Thüringen

—

L-indirizz tal-posta elettronika tal-Uffiċċju Veterinarju u għall-Monitoraġġ tal-Ikel ta’ Jena-Saale-Holzland (assoċjazzjoni bi skop speċjali)

EMENDI

Abbażi ta’ informazzjoni disponibbli ġdida dwar l-awtoritajiet ta’ kontroll fi Brandenburg, ġew emendati dawn li ġejjin:

—

L-indirizz elettroniku, in-numru tal-fax, in-numru tat-telefon, l-indirizz u l-isem tal-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Ħarsien tal-Klima

—

L-indirizz elettroniku, in-numru tal-fax, in-numru tat-telefon, l-indirizz u l-isem tal-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali, is-Saħħa, l-Integrazzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

—

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità tad-distrett rurali ta’ Potsdam-Mittelmark

—

Barra minn hekk, ġie inkluż l-Uffiċċju tal-Istat għas-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali, il-Protezzjoni tal-Konsumatur u s-Saħħa.

Il-kompiti tal-awtoritajiet ta’ kontroll (preċendetament il-punt 10.2, issa l-punt 11.2 tal-Ispeċifikazzjoni) ġew emendati, peress li r-responsabbiltà għal awtorizzazzjonijiet ġodda għat-tħawwil ġiet ittrasferita lill-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel.

Is-sentenza li ġejja fil-punti 11.2.2 u 13.2.2 “Kontroll tal-kwalità” tal-Ispeċifikazzjoni tħassret: “Titwettaq verifika obbligatorja fuq kull Qualitätswein, Sekt b.A. u Qualitätsperlwein b.A.”

f)   Oħrajn

ŻIEDA

Żieda tal-punt 2, “Kategoriji tal-prodott tad-dwieli”

—

Inbid

—

Inbid frizzanti ta’ kwalità

—

Inbid semifrizzanti

Barra minn hekk, saru bidliet editorjali f’konformità mar-rekwiżiti tal-UE. Dawn jinkludu l-bidliet kollha li jirriflettu l-leġiżlazzjoni attwali. Dan sar billi saret referenza għal-leġiżlazzjoni attwali jew billi tħassret il-formulazzjoni rilevanti.

Fit-Taqsima “Rabta maż-żona” (issa l-punt 9 tal-Ispeċifikazzjoni), id-deskrizzjonijiet tal-kategoriji “inbid semifrizzanti” u “inbid frizzanti ta’ kwalità” ġew iċċarati u riformulati. Saret ukoll żieda fil-punt 9.1.1, “Pajsaġġ u morfoloġija”.

ŻIEDA

“Dawk [il-vinji] tul l-Ilm jestendu miż-żona ta’ Weimar sa Bad Sulza ...”.

KJARIFIKAZZJONI

Is-sentenza fil-punt 9.4.3, il-kategorija “Inbid semifrizzanti”, tal-Ispeċifikazzjoni ġiet riformulata. Is-sentenza li ġiet emendata qabel kienet taqra kif ġej: “Il-produzzjoni ssir bil-fermentazzjoni jew biż-żieda tal-aċidu karboniku endoġenu.” Is-sentenza riformulata taqra: “L-inbid isir bil-fermentazzjoni, li tipproduċi aċidu karboniku endoġenu.”

KJARIFIKAZZJONI

Kliem dwar l-ewwel fermentazzjoni ġie miżjud fil-punt 9.4.2, il-kategorija “Inbid frizzanti ta’ kwalità”, tal-Ispeċifikazzjoni. Sa issa, skont id-deskrizzjoni, l-inbid frizzanti ta’ kwalità seta’ jiġi prodott biss permezz tat-tieni fermentazzjoni tal-inbid frizzanti bażi. L-emenda tfisser li l-inbejjed frizzanti ta’ kwalità jistgħu jiġu prodotti matul l-ewwel fermentazzjoni.

Żdied it-terminu tradizzjonali “Classic”.

2.   Raġunijiet għall-bidliet

a)   Deskrizzjoni tal-inbejjed

Il-qawwa alkoħolika naturali minima ġiet elenkata taħt punt separat sabiex l-Ispeċifikazzjoni issir aktar ċara.

Id-deskrizzjonijiet tal-karatteristiċi organolettiċi saru aktar sottili biex jirriflettu aħjar il-partikolaritajiet taż-żona tat-tkabbir.

Iż-żieda tal-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed prodotti mingħajr ebda arrikkiment tagħmel użu mill-klawżola inizjali fir-Regolament tal-UE.

b)   Demarkazzjoni taż-żona

Iż-żona tad-DOP Saale-Unstrut li għadha kif ġiet demarkata, li tinkludi l-unitajiet katastali li ġew miżjuda, tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kontinwità territorjali u ma’ punti oħra tar-regoli tal-assoċjazzjoni tal-protezzjoni tad-DOP Saale-Unstrut rilevanti għall-kontrolli. L-unitajiet katastali li għadhom kif ġew miżjuda għaddew ukoll mill-proċess stabbilit fir-regoli ta’ proċedura. Id-demarkazzjoni taż-żona ġiet iddeterminata abbażi tal-karta ta’ valutazzjoni għall-vinji, li tista’ tinkiseb mill-assoċjazzjoni għall-protezzjoni tad-DOP Saale-Unstrut u li tinkludi parametri ta’ kejl oġġettiv għall-valutazzjoni tal-adegwatezza għall-vitikultura, il-pożizzjoni ġeografika u l-istorja tal-vitikultura taż-żona inkwistjoni.

Id-demarkazzjoni bbażata fuq l-irqajja’ ġiet stabbilita u mniżżla f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali.

Ir-rekwiżiti dwar il-post tal-produzzjoni tal-prodotti li għandhom id-DOP Saale-Unstrut saru aktar ċari u speċifiċi biex tiġi segwita l-leġiżlazzjoni attwali f’termini ta’ kliem.

c)   Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid

Il-varjetajiet tal-għeneb li għadhom kif ġew miżjuda ilhom jitkabbru fiż-żona għal bosta snin u wrew il-valur tagħhom f’termini ta’ adegwatezza għall-vitikultura u għall-inbejjed miksuba minnhom.

d)   Rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-UE jew nazzjonali / rekwiżiti stabbiliti minn organizzazzjoni li timmaniġġja d-DOP/l-IĠP

Rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-UE jew nazzjonali

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar għandhom jiġu ssupplimentati biex ikopru unitajiet ġeografiċi iżgħar, sabiex jiġu allinjati mal-leġiżlazzjoni attwali.

Ir-regoli l-ġodda dwar id-denominazzjonijiet huma maħsuba biex jiċċaraw il-kunċetti tad-denominazzjoni fil-ligi nazzjonali li ma humiex protetti mill-e-Ambrosia.

e)   Awtoritajiet ta’ kontroll

Peress li d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti nbidlu, kellhom isiru emendi biex tiġi pprovduta l-informazzjoni korretta.

Il-korrezzjoni rigward awtorizzazzjonijiet ġodda għandha tirrifletti l-leġiżlazzjoni attwali. It-tħassir tas-sentenza huwa maħsub sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni.

f)   Oħrajn

L-emendi li saru jistabbilixxu r-responsabbiltajiet korretti u jirreferu għall-qafas legali formali meħtieġ.

Kellhom isiru bidliet editorjali biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-UE.

Iż-żieda fir-rigward tal-vitikultura tul l-Ilm qrib Weimar tirrifletti s-sitwazzjoni attwali.

Il-punt 9.4.3, tal-kategorija “Inbid semifrizzanti”, tal-Ispeċifikazzjoni ġie riformulat biex jirrifletti l-proċessi attwali involuti fil-produzzjoni tal-inbid semifrizzanti.

Il-kliem dwar l-ewwel fermentazzjoni ġie miżjud mal-punt 9.4.2, tal-kategorija “Inbid frizzanti ta’ kwalità”, tal-Ispeċifikazzjoni, peress li, skont id-deskrizzjoni preċedenti tal-kategorija, tali inbid jista’ jiġi prodott biss permezz tat-tieni fermentazzjoni. Dan ma għadux konformi mal-prattika attwali, peress li issa huwa possibbli wkoll li jiġi prodott inbid frizzanti ta’ kwalità permezz tal-ewwel fermentazzjoni.

Fir-rigward tal-bidliet fit-taqsima “Rabta maż-żona”, ma hemmx bżonn li tiġi ppreżentata emenda tal-Unjoni, peress li dawn ma jannullawx ir-rabta maż-żona ġeografika (ara l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33).

Żdied it-terminu tradizzjonali “Classic”.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni

Saale-Unstrut

2.   Tip ta’ indikazzjoni Ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

8.

Inbid semifrizzanti

3.1.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

—

22 – XORB, SPIRTI U ĦALL

—

2204 – inbid ta’ għeneb frisk, inklużi nbejjed imqawwija; most tal-għeneb ħlief dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

1.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), abjad

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed bojod għandhom it-tendenza li jvarjaw minn karattru eleganti ta’ frott għal qawwi, bi fwieħa ta’ frott għal pikkanti u tipikament kulur aħdar ċar għal isfar dehbi. F’xi każijiet, l-inbejjed ikomplu jiġu mqaddma fi btieti kbar tal-injam jew f’barriques, f’konformità mat-tradizzjoni. Dan jagħtihom il-karatteristiċi organolettiċi f’konformità mal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), rożè

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed rożè huma ta’ kulur aħmar ċar sa salmonesque u ta’ natura ħafifa u mhux ikkumplikata. Ġenralment huma nofshom misjura u prinċipalment jirreplikaw l-aromi tal-frott tal-varjetajiet ta’ għeneb aħmar użati biex isiru l-inbejjed.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

3.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Blanc de Noir

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed ta’ kwalità Blanc de Noir jesprimu b’mod qawwi t-togħmiet tal-frott tal-varjetajiet ta’ għeneb aħmar użati biex isiru l-inbejjed. Għandhom il-kulur u t-togħma tal-inbid abjad.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

4.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Rotling

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed Rotling għandhom id-dehra tal-inbejjed rożè, iżda t-togħma tagħhom hija taħlita ta’ togħmiet mill-inbejjed li jiġu mħallta biex isiru dawn l-inbejjed. Huma jiġu prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), aħmar

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed ħomor għandhom it-tendenza li jvarjaw fil-kulur krimżi, aħmar rubin skur u minn karattru ħafif għal qawwi. Skont il-karatteristiċi organolettiċi mixtieqa, l-inbejjed jissaħħnu jew jiġu soġġetti għall-proċess tradizzjonali tal-fermentazzjoni tal-maxx. Imbagħad jistgħu jiġu mqaddma f’tankijiet tal-azzar inossidabbli, f’btieti tal-injam jew f’barriques, li jagħtihom karatteristiċi organolettiċi f’konformità mal-metodu tal-produzzjoni tal-inbid użat. Dan jipproduċi nbejjed bellusija għal robusti bi struttura xierqa ta’ tannini.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

6.   Prädikatswein Kabinett (inbid bl-attribut speċjali “Kabinett”)

DESKRIZZJONI QASIRA

Ġeneralment, l-inbid bl-attribut speċjali “Kabinett” għandu l-istess karatteristiċi organolettiċi bħall-inbid ta’ kwalità, iżda jinħass ħafna aktar qawwi. Dawn l-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika moderata u l-karatteristiċi tipiċi tal-varjetà fuq it-tikketta. Għandhom aċidità vivaċi u friska u jinħassu ferm li ġejjin mid-dwieli.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

7.   Prädikatswein Spätlese (inbid bl-attribut speċjali “Spätlese”)

DESKRIZZJONI QASIRA

Ġeneralment, l-inbid bl-attribut speċjali “Spätlese” għandu l-istess karatteristiċi organolettiċi bħall-inbid “Kabinett”, iżda l-użu ta’ għeneb misjur kompletament ifisser li jinħass ħafna aktar qawwi. Dawn l-inbejjed huma ferm aktar kumplessi u jirreplikaw il-karatteristiċi tipiċi tal-varjetà fuq it-tikketta ħafna aktar mill-inbid “Kabinett”, li huwa simili.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

8.   Prädikatswein Auslese (inbid bl-attribut speċjali “Auslese”)

DESKRIZZJONI QASIRA

Ġeneralment, l-inbid bl-attribut speċjali “Auslese” għandu l-istess karatteristiċi organolettiċi bħall-inbid “Spätlese”, iżda l-użu ta’ għeneb misjur kompletament sa misjur iżżejjed iżda f’saħħtu jfisser li jinħass ħafna aktar qawwi. Dawn l-inbejjed huma ferm aktar kumplessi u jirreplikaw il-karatteristiċi tipiċi tal-varjetà fuq it-tikketta ħafna aktar mill-inbid “Spätlese”, li huwa simili.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

9.   Prädikatswein Beerenauslese (inbid bl-attribut speċjali “Beerenauslese”)

DESKRIZZJONI QASIRA

Ġeneralment, l-inbid bl-attribut speċjali “Beerenauslese” għandu l-istess karatteristiċi organolettiċi bħall-inbid “Auslese”, iżda l-użu ta’ għeneb misjur iżżejjed, imnixxef jew botritizzat ifisser li jinħass ħafna aktar qawwi. Dawn l-inbejjed huma ferm aktar kumplessi u jirreplikaw il-karatteristiċi tipiċi tal-varjetà fuq it-tikkettab’mod ħafna aktar qawwi mill-inbid “Auslese”, li huwa simili.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

10.   Prädikatswein Trockenbeerenauslese (inbid bl-attribut speċjali “Trockenbeerenauslese”)

DESKRIZZJONI QASIRA

Ġeneralment, l-inbid bl-attribut speċjali “Trockenbeerenauslese” għandu l-istess karatteristiċi organolettiċi bħall-inbid “Beerenauslese”, iżda l-użu ta’ għeneb prinċipalment imnixxef u botritizzat ifisser li jinħass ħafna aktar qawwi . Dawn l-inbejjed huma ferm aktar kumplessi u jirreplikaw il-karatteristiċi tipiċi tal-varjetà fuq it-tikketta b’mod ħafna aktar qawwi mill-inbid “Beerenauslese”, li huwa simili.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

11.   Prädikatswein Eiswein (inbid bl-attribut speċjali “Eiswein”)

DESKRIZZJONI QASIRA

Ġeneralment, l-inbid bl-attribut speċjali “Eiswein” għandu l-istess karatteristiċi organolettiċi bħall-inbid “Auslese”, iżda l-użu ta’ għeneb b’saħħtu li jiġi pproċessat iffriżat f’konformità mal-liġi applikabbli jfisser li jinħass ħafna aktar qawwi. Dawn l-inbejjed huma ferm aktar kumplessi u jirreplikaw il-karatteristiċi tipiċi tal-varjetà fuq it-tikkettab’mod ħafna aktar qawwi mill-inbid “Auslese”, li huwa simili.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

12.   Sekt b.A. (inbid frizzanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti)

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed Sekt b.A. jirreplikaw il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed varjetali użati biex isiru l-inbejjed. Minbarra fwieħa li hija karatteristika tal-varjetà tad dwieli, dawn l-inbejjed għandhom aroma matura influwenzata mill-karfa u mousse vivaċi u b’ammont delikat ta’ bżieżaq. Il-proċessi kollha awtorizzati mil-liġi jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-inbejjed Sekt b.A., li jinfluwenzaw, fil-forma magħżula tagħhom, il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed. Il-karatteristiċi organolettiċi stabbiliti hawn fuq huma kondiviżi minn Winzersekt.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

13.   Qualitätsperlwein b.A. (inbid semifrizzanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti)

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed Qualitätsperlwein b.A. għandhom bżieżaq fini sa distinti u għandhom togħma ta’ frott u friski. L-aromi tagħhom jirriflettu l-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed varjetali użati biex isiru.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Saale-Unstrut prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15,0 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

1.

Il-prodotti kollha

Prattika enoloġika speċifika

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

2.

Il-prodotti kollha

Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

3.

Il-prodotti kollha

Prattiki tal-kultivazzjoni

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

 

90 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Fis-Sassonja-Anhalt, id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta tkopri l-vinji fl-unitajiet katastali ta’ Bad Kösen, Balgstädt, Burgheßler, Burgscheidungen, Burgwerben, Eulau, Freyburg/Unstrut, Gleina, Goseck, Grana, Hirschroda, Karsdorf, Kirchscheidungen, Kleinheringen, Kleinjena, Laucha, Markwerben, Memleben, Mertendorf, Möllern, Müncheroda, Naumburg, Nebra, Nißmitz, Pödelist, Reinsdorf, Schieben, Schkortleben, Schleberoda, Schönburg, Taugwitz, Uichteritz, Weischütz, Weißenfels, Wennungen, Wethau, Wetterzeube, Zeitz, Zeuchfeld u Zscheiplitz fid-distrett rurali ta’ Burgenlandkreis, Quedlinburg u Westerhausen fid-distrett rurali ta’ Harz, Beyernaumburg, Lüttchendorf, Neehausen, Seeburg, Unterrißdorf u Wallhausen (Helme) fid-distrett rurali ta’ Mansfeld-Südharz, Branderoda, Grockstädt, Gröst, Höhnstedt, Klobikau, Langenbogen, Querfurt, Stedten, Steigra, Vitzenburg u Zappendorf fid-distrett rurali ta’ Saalekreis, u Gröna u Könnern fid-distrett rurali ta’ Salzlandkreis.

F’Thüringen, tkopri vinji fl-unitajiet katastali ta’ Auerstedt, Bad Sulza, Bergsulza, Darnstedt, Denstedt, Großheringen, Hopfgarten, Kaatschen, Kromsdorf, Niedertrebra, Oßmannstedt, Schmiedehausen, Sonnendorf, Wickerstedt u Weichau fid-distrett rurali ta’ Weimarer Land, Camburg, Dornburg, Dorndorf-Steudnitz, Golmsdorf, Graitschen, Löberschütz, Neuengönna, Orlamünde, Schöngleina, Seitenroda, Tümpling u Wichmar fid-distrett rurali ta’ Saale-Holzland-Kreis, Bad Blankenburg u Uhlstädt fid-distrett rurali ta’ Saalfeld-Rudolstadt, Rastenberg fid-distrett rurali ta’ Sömmerda, Großvargula fid-distrett rurali ta’ Unstrut-Hainich-Kreis, id-distretti ta’ Schöndorf u Tiefurt f’Weimar, u d-distretti urbani ta’ Jena u Erfurt.

Tkopri wkoll il-vinji fl-unitajiet katastali ta’ Werder (Havel), Phöben, Plessow u Neu Töplitz fil-belt ta’ Werder (Havel) fid-distrett rurali ta’ Potsdam-Mittelmark ta’ Brandenburg.

Id-demarkazzjoni preċiża tidher fuq mapep li juru l-vinji fil-muniċipalitajiet imsemmija hawn fuq, demarkati bl-irqajja’. Il-mapep jistgħu jiġu kkonsultati fuq www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein.

Il-prodotti bl-isem protett Saale-Unstrut iridu jiġu prodotti fiż-żona tat-tkabbir ta’ Saale-Unstrut jew f’wieħed mill-istati federali li ġejjin: Is-Sassonja-Anhalt, Thüringen, Brandenburg, is-Sassonja, il-Bavarja, Hessen jew Berlin.

7.   Varjetajiet jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Acolon

André

Auxerrois – Auxerrois Blanc, Pinot Auxerrois

Bacchus

Blauer Frühburgunder – Pinot Noir Précoce, Pinot Madeleine, Madeleine Noir, Frühburgunder, Pinot Madelaine

Blauer Limberger – Lemberger, Blaufränkisch, Limberger

Blauer Portugieser

Blauer Silvaner

Blauer Spätburgunder

Blauer Trollinger – Trollinger, Vernatsch

Blauer Zweigelt – Zweigeltrebe, Rotburger, Zweigelt

Cabaret Noir

Cabernet Blanc

Cabernet Cortis

Cabernet Dorio

Cabernet Dorsa

Cabernet Jura

Cabernet Mitos

Cabertin

Chardonnay

Domina

Dornfelder

Dunkelfelder

Ehrenfelser

Faberrebe

Gelber Muskateller

Grüner Silvaner – Silvaner, Sylvaner

Grüner Veltliner – Veltliner

Helios

Huxelrebe – Huxel

Hölder

Irsay Oliver

Johanniter

Kerner

Kernling

Merlot

Merzling

Morio Muskat

Muscaris

Muskat Ottonel – Muskat-Ottonel

Müller Thurgau – Rivaner

Müllerrebe – Schwarzriesling, Pinot Meunier

Ortega

Phoenix – Phönix

Pinotin

Regent

Riesel

Rieslaner

Rondo

Rosé Chardonnay – Chardonnay, Rosa Chardonnay, Chardonnay Rosé

Roter Elbling – Elbling Rouge

Roter Gutedel – Chasselas Rouge, Fendant Rouge

Roter Muskateller – Muskateller, Muscat, Moscato

Roter Riesling

Roter Traminer – Clevner, Traminer

Ruländer – Pinot Grigio, Grauburgunder, Grauer Burgunder, Pino Gris

Saint Laurent – St. Laurent, Sankt Laurent

Saphira

Satin Noir

Sauvignac

Sauvignon Blanc – Muskat Silvaner

Sauvitage

Scheurebe

Schönburger

Solaris

Souvignier Gris

Villaris

Weißer Burgunder – Pinot Bianco, Weißburgunder, Pinot Blanc

Weißer Elbling – Elbling, Kleinberger

Weißer Gutedel – Chasselas Blanc, Fendant Blanc, Fendant

Weißer Riesling – Riesling Renano, Rheinriesling, Klingenberger, Riesling

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.

Kundizzjonijiet ġeografiċi

Il-pajsaġġ u l-morfoloġija

Iż-żona tat-tkabbir ta’ Saale-Unstrut tkopri tliet stati federali: Is-Sassonja-Anhalt, Thüringen u Brandenburg. Tul l-Unstrut, il-vinji jestendu minn Memleben sal-bokka tas-Saale qrib Großjena, minn Burgscheidungen, Laucha u Freyburg. Dawk tul is-Saale jestendu minn Bad Kösen f’Naumburg sa Weißenfels fit-Tramuntana u sa Jena, Thüringen, fin-Nofsinhar. Dawk tul l-Ilm jestendu miż-żona ta’ Weimar sa Bad Sulza, filwaqt li dawk madwar Höhnstedt qrib Halle jinsabu bejn Zappendorf u Unterrissdorf. L-għeneb jitkabbar ukoll tul il-White Elster, minn Kloster Posa f’Zeitz sa Wetterzeube. Fi Brandenburg, il-vinji fiż-żona ta’ Werder (Havel) huma parti miż-żona tat-tkabbir ta’ Saale-Unstrut. Il-vinji jinsabu prinċipalment imkennija fil-widien tax-xmajjar u fuq l-art ċatta u b’inklinazzjoni ħafifa f’altitudnijiet ta’ bejn 100 u 350 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Il-biċċa l-kbira tal-għoljiet tal-vitikultura jħarsu lejn in-Nofsinhar. 77 % tal-vinji għandhom gradjent ta’ bejn 10 % u 30 %, filwaqt li 18 % għandhom gradjent ta’ aktar minn 30 %.

Ġeoloġija

F’termini ġeoloġiċi, fil-vinji fi u madwar Freyburg, Klosterhäseler, partijiet ta’ Bad Kösen u Thüringen (Bad Sulza, Auerstedt, Kaatschen, Jena sa Camburg, Golmsdorf, Weimar) jippredominaw ħamrija tal-ġebla tal-ġir bil-qoxra esposta għall-kundizzjonijiet tat-temp. Skont l-ammont ta’ loess, il-ħamrija hija xotta għal kemmxejn niedja u kalkarja ħafna, xi drabi b’kontenut għoli ħafna ta’ ġebel. Jista’ jinstab ukoll ġebel tal-ġir imtebbgħa (Großjena, Weißenfels, il-White Elster, partijiet ta’ Bad Kösen), trab ġulġlieni tal-loess u shale tar-ram.

Fatturi naturali

It-temp huwa tipiku ta’ klima b’influwenzi kontinentali. It-temperatura medja annwali hija ta’ madwar 9,6 C. Iż-żona tinsab imkennija mix-xita f’Harz, b’livell relattivament baxx ta’ preċipitazzjoni: madwar 500 mm fis-sena. L-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx huwa għoli: bejn wieħed u ieħor 1 686 fis-sena. Il-widien tax-xmajjar joħolqu żoni żgħar u iżolati tas-sħana, li jipprovdu mikroklima partikolarment moderata.

Fatturi umani

Il-vinji jitkabbru f’żoni b’aċċess għat-tratturi u fuq art wieqfa u art imtarrġa. It-tħarriġ ma’ kannizzata jippredomina. Fuq l-art wieqfa u art imtarrġa, l-istruttura fuq skala żgħira tillimita l-użu ta’ makkinarju fil-vinji. Fiż-żoni mtarrġa, il-vinji xi drabi jistgħu jinħaddmu biss bl-idejn, li jirrikjedi ħafna ħaddiema. Il-klima bbilanċjata, it-tip ta’ ħamrija, il-ġestjoni tar-rendiment immirat u l-idejn esperjenzati tal-vitikulturi jagħtu lok għal inbejjed vivaċi b’mod distint ta’ kwalità partikolari.

Rabta kawżali

Iż-żona tat-tkabbir ta’ Saale-Unstrut tkopri l-istati federali tas-Sassonja-Anhalt, Thüringen u Brandenburg. Il-vinji jinsabu prinċipalment imkennija fil-widien tax-xmajjar u fuq art ċatta u b’inklinazzjoni ħafifa f’altitudnijiet ta’ bejn 100 u 250 metru. Il-biċċa l-kbira tal-vinji għandhom gradjent ta’ bejn 10 % u 30 %. Madwar 18 % jitħawlu fuq art wieqfa u art imtarrġa. It-temp fiż-żona tat-tkabbir għandu influwenzi kontinentali. Il-widien tax-xmajjar joħolqu żoni żgħar u iżolati tas-sħana, li jipprovdu klima partikolarment moderata. Il-ħamrija hija ffurmata minn ġebel tal-ġir bil-qxur, ġebel tal-ġir imtebbgħa, trab ġulġlieni tal-loess u shale tar-ram, skont il-post. Dawn il-kundizzjonijiet naturali u l-ħidma tal-vitikulturi, li ssegwi tradizzjoni twila, jiddeterminaw il-karattru tal-inbejjed taż-żona tat-tkabbir ta’ Saale-Unstrut.

Kategoriji tal-prodott

Ir-rabtiet deskritti sal-lum skont il-punt 9 tal-Ispeċifikazzjoni huma relatati mal-produzzjoni ta’ prodotti bażi minn għeneb li għandhom karattru differenti minħabba l-varjetà tal-ħamrija u l-metodi tal-ipproċessar. Wara l-ħsad, dawn jiġu kklassifikati fil-grad ta’ kwalità tal-produzzjoni tal-inbid xieraq.

8.2.   Il-Kategorija tal-“Inbid”

L-inbejjed iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni għal kull kategorija ta’ varjetà ta’ għeneb, u jistgħu jiġu arrikkiti.

Il-Prädikatsweine (inbejjed b’attribut speċjali) iridu jissodisfaw mill-inqas il-kriterji stabbiliti fil-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni u ma jridux jiġu arrikkiti. Meta jikkultiva l-prodott primarju (l-għeneb) biex jintuża għall-produzzjoni ta’ Prädikatswein, il-vitikultur jista’ jwettaq miżuri speċjali għall-kura tal-pjanti matul l-istaġun tat-tkabbir, bħad-defoljazzjoni taż-żona tal-għeneb jew it-tnaqqija tal-għeneb, biex jikseb kwalità aħjar u kompożizzjoni aktar intensa tal-komponenti tal-għeneb. Barra minn hekk, aktar influwenza umana (pereżempju tekniki differenti ta’ ħżin fil-kantini) tista’ tagħti karatteristiċi lill-prodott finali (Prädikatswein).

8.3.   Il-kategorija “Inbid frizzanti ta’ kwalità”

Il-prodott bażi jrid jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni. Skont l-istadju tat-tkabbir u l-post fejn jinsabu, l-għeneb minn vinji magħżula li jintuża biex isir l-inbid bażi maħsub għall-produzzjoni ta’ Sekt irid jinħasad aktar kmieni sabiex iżomm l-istruttura tal-aċidu li tispikka f’Sekt b.A. u Winzersekt.

L-inbid jiġi prodott permezz tal-ewwel jew it-tieni fermentazzjoni fit-tank jew fil-flixkun. Meta l-produzzjoni ssir bil-metodu tradizzjonali speċjali tal-fermentazzjoni fil-flixkun, il-prodott irid ikun għadda mit-tieni fermentazzjoni alkoħolika fil-flixkun biex isir inbid frizzanti. F’dan il-każ, il-prodott irid jiġi mqaddem fil-flixkun għal mill-inqas 9 xhur.

8.4.   Il-kategorija “Inbid semifrizzanti”

Għall-Qualitätsperlwein b.A., il-prodott bażi jrid jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-Qualitätswein fir-reġjun inkwistjoni stabbiliti fil-punt 3.2 tal-Ispeċifikazzjoni. L-inbid isir bil-fermentazzjoni, li tipproduċi aċidu karboniku endoġenu.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżiti addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Minbarra d-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Saale-Unstrut eżistenti, l-inbid u l-prodotti tal-inbid iridu jkunu ttikkettati b’wieħed mit-termini tradizzjonali elenkati fil-punt 5(a) tal-Ispeċifikazzjoni u jistgħu jiġu ttikkettati wkoll b’wieħed mit-termini tradizzjonali elenkati fil-punt 5(b) tagħha.

Qualitätswein, Prädikatswein, Sekt b.A. u Qualitätsperlwein b.A. iridu jgħaddu minn kontroll uffiċjali tal-kwalità (ara l-punti 11.1.2.2, 11.2.2.2 u 11.3.2.2 tal-Ispeċifikazzjoni) sabiex jiġu ttikkettati bit-termini tradizzjonali elenkati fil-punt 5(a) tal-Ispeċifikazzjoni assoċjati ma’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini. In-numru tal-ispezzjoni maħruġ f’dan il-kuntest (amtliche Prüfungsnummer / A.P.-Nummer) irid jiġi indikat fuq it-tikketta.

Jistgħu jintużaw elementi statutorji ta’ denominazzjoni f’konformità mal-liġi applikabbli.

It-termini tradizzjonali “Qualitätswein”, “Prädikatswein”, “Qualitätsperlwein b.A.”, “Sekt b.A.” u “Winzersekt” huma assoċjati mad-denominazzjoni ta’ oriġini u jistgħu jissostitwixxu “denominazzjoni ta’ oriġini protetta”.

Barra minn hekk, ir-reġistru tal-vinji jipprovdi l-lista tal-ismijiet ta’ żoni, vinji fuq skala kbira u individwali, u sistemi ta’ għelieqi miftuħa li jistgħu jintużaw bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar. Dan jindika l-konfini tas-siti u ż-żoni f’termini ta’ referenzi katastali (unità katastali, sottounità katastali, sistema ta’ għalqa miftuħa, roqgħa). Fis-Sassonja-Anhalt u Thüringen, dan jinżamm mill-Uffiċċju għall-Agrikoltura, il-Konsolidazzjoni tal-Art u l-Forestrija – in-Nofsinhar. Fi Brandenburg, dan jinżamm mill-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Ħarsien tal-Klima. Dan ġie stabbilit u miżmum abbażi ta’:

—

It-Taqsima 23(3) u (4) tal-Att Federali dwar l-Inbid (Weingesetz)

—

It-Taqsima 29 tar-Regolament Federali dwar l-Inbid (Weinverordnung)

—

It-Taqsima 10, “L-istabbiliment u ż-żamma tar-reġistru tal-vinji”, tar-Regolament Sassonja-Anhalt li jimplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (WeinR-DVO-LSA) tat-13 ta’ Diċembru 2011

—

It-Taqsima 8, “Id-dħul tad-denominazzjonijiet ġeografiċi fir-reġistru tal-vinji”, tar-Regolament ta’ Brandenburg li jimplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (WeinRDV-Brandenburg) tat-30 ta’ Settembru 2016

—

It-Taqsima 10, “L-istabbiliment u ż-żamma tar-reġistru tal-vinji”, tar-Regolament ta’ Thüringen li jimplementa l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid u li jiddelega s-setgħat fil-qasam tal-liġi dwar l-inbid (ThürWeinVO-Thür) tas-17 ta’ April 2012

Il-konfini ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar jistgħu jinbidlu biss bil-qbil tal-organizzazzjonijiet kompetenti skont it-Taqsima 22g tal-Att Federali dwar l-Inbid, li għandha tinnotifika kwalunkwe tibdil lill-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel.

Ħolqa għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5342/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)