|
30.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/2/2010
tat-23 ta’ Marzu 2010
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2010/185/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(2) |
Fl-4 ta’ Diċembru 2009, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/8/2009 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall Giovanni GUMIERO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja. |
|
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Jan THÖRNQVIST bħala l-Kmandant ġdid tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja. |
|
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall (LH) Jan THÖRNQVIST huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ April 2010.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. FERNÁNDEZ-ARIAS