European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2523

25.9.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2523

tat-23 ta’ Settembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija

(notifikata bid-dokument C(2024) 6746)

(It-test Rumen biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u dan jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F’każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li din il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u ddefinit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2119 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandu jistabbilixxi dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara t-tifqigħat ta’ din il-marda, iridu jkunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat addizzjonali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini fil-kontej ta’ Tulcea, Constanta, Timis u Ialomita. B’riżultat ta’ dan, l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ġiet emendata kif xieraq biex iqis dawk it-tifqigħat addizzjonali. L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2203 (5).

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2203 ’l hawn, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni b’sitt tifqigħat ġodda tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini: waħda fil-kontea ta’ Tulcea; u ħamsa fil-kontea ta’ Timis. Kull waħda minn dawn it-tifqigħat il-ġodda tinsab fil-parametru ta’ barra taż-żoni ristretti ulterjuri, u fil-limiti taż-żoni ta’ protezzjoni u taż-żoni ta’ sorveljanza, li kienu diġà ġew stabbiliti wara t-tifqigħat ta’ qabel.

(7)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għar-Rumanija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 jenħtieġ li jiġu aġġustati aktar, sabiex jiġi evitat li l-marda tkompli tinxtered fir-Rumanija u lejn il-bqija tal-Unjoni, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom jenħtieġ li tiġi aġġustata. Għaldaqstant, jeħtieġ jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, li huma stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(8)

Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn din il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-Istat Membru kkonċernat minnha, kif ukoll il-livell tar-riskju li din il-marda tkompli tinxtered. Jenħtieġ li d-durata tal-miżuri tkun tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health). Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir li l-marda tkompli tinxtered, b’mod partikolari minħabba l-fatt li, skont l-informazzjoni pprovduta mir-Rumanija, it-tifqigħat tal-marda qed ikomplu jseħħu kemm f’Timis kif ukoll f’Tulcea, ferm iktar minn xahar wara li ġiet irrappurtata l-ewwel tifqigħa fi kwalunkwe waħda mill-kontej.

(9)

Minħabba s-severità u l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u sabiex jiġi limitat minnufih it-tixrid tal-marda, jeħtieġ jiġi żgurat li ma jkunx hemm movimenti tal-annimali miż-żoni ta’ protezzjoni, miż-żoni ta’ sorveljanza u miż-żoni ristretti ulterjuri lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri, u li għal ċertu perjodu ta’ żmien jiġu esklużi d-derogi possibbli mill-projbizzjoni fuq il-movimenti tal-annimali miż-żoni ristretti stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda fuq distanzi twal.

(10)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar u l-ħtieġa li l-marda ma titħalliex tinxtered mill-istabbilimenti affettwati fir-Rumanija lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jibdew japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2119 tad-29 ta’ Lulju 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija (ĠU L, 2024/2119, 30.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2119/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2203 tad-29 ta’ Awwissu 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija (ĠU L, 2024/2203, 30.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2203/oj).


ANNESS

A.   Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Kontea u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li jiffurmaw parti miż-żona ristretta fir-Rumanija kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Raggruppament tal-kontea ta’ Tulcea

RO-PPR-2024-00001

RO-PPR-2024-00002

RO-PPR-2024-00003

RO-PPR-2024-00004

RO-PPR-2024-00005

RO-PPR-2024-00007

RO-PPR-2024-00008

RO-PPR-2024-00009

RO-PPR-2024-00010

RO-PPR-2024-00011

RO-PPR-2024-00012

RO-PPR-2024-00013

RO-PPR-2024-00014

RO-PPR-2024-00015

RO-PPR-2024-00016

RO-PPR-2024-00017

RO-PPR-2024-00020

RO-PPR-2024-00021

RO-PPR-2024-00022

RO-PPR-2024-00024

RO-PPR-2024-00025

RO-PPR-2024-00026

RO-PPR-2024-00027

RO-PPR-2024-00028

RO-PPR-2024-00031

RO-PPR-2024-00032

RO-PPR-2024-00033

RO-PPR-2024-00034

RO-PPR-2024-00035

RO-PPR-2024-00037

RO-PPR-2024-00038

RO-PPR-2024-00039

RO-PPR-2024-00040

RO-PPR-2024-00041

RO-PPR-2024-00044

RO-PPR-2024-00045

RO-PPR-2024-00047

RO-PPR-2024-00048

RO-PPR-2024-00049

RO-PPR-2024-00050

RO-PPR-2024-00051

RO-PPR-2024-00052

RO-PPR-2024-00054

RO-PPR-2024-00055

RO-PPR-2024-00056

RO-PPR-2024-00058 RO-PPR-2024-00062

Il-kontea ta’ Constanta

RO-PPR-2024-00006

Protection zone:

In the county of Tulcea, the following communes:

—

Babadag

—

Baia

—

Beidaud

—

Casimcea

—

Ceamurlia de Jos

—

Ciucurova

—

Frecatei

—

Izvoarele

—

Jurilovca

—

Mihai Bravu

—

Mihail Kogalniceanu

—

Nabant

—

Sarichioi

—

Slava Cercheza

—

Stejaru

—

Topolog

—

Valea Nucarilor

In the county of Constanta, the following communes:

—

Cogealac

—

Corbu

—

Fantanele

—

Gradina

—

Istria

—

Mihai Viteazu

—

Sacele

—

Saraiu

19.9.2024

Surveillance zone I:

In the county of Tulcea, the following communes:

—

Bestepe

—

Cerna

—

Daeni

—

Dorobantu

—

Hamcearca

—

Horia

—

Isaccea

—

Mahmudia

—

Murighiol

—

Niculitel

—

Nufaru

—

Ostrov

—

Peceneaga

—

Somova

—

Tulcea

—

Valea Teilor

—

Carcaliu

—

Greci

—

Grindu

—

I.C. Bratianu

—

Jijila

—

Luncavita

—

Macin

—

Smardan

—

Turcoaia

—

Vacareni

In the county of Constanta, the following communes:

—

Garliciu

—

Lumina

—

Mihail Kogalniceanu

—

Navodari

—

Pantelimon

—

Saraiu

—

Targusor

—

Vulturu

—

Ciobanu

—

Crucea

—

Ghindaresti

—

Harsova

—

Horia

—

Nicolae Balcescu

—

Seimeni

—

Silistea

—

Topalu

—

Tortoman

—

Baraganu

—

Cobadin

—

Deleni

—

Murfatlar

—

Valu Lui Traian

excluding the areas contained in any protection zone

28.9.2024

 

Surveillance zone II:

In the county of Tulcea, the following communes:

—

Babadag

—

Baia

—

Beidaud

—

Casimcea

—

Ceamurlia de Jos

—

Ciucurova

—

Frecatei

—

Izvoarele

—

Jurilovca

—

Mihai Bravu

—

Mihail Kogalniceanu

—

Nabant

—

Sarichioi

—

Slava Cercheza

—

Stejaru

—

Topolog

—

Valea Nucarilor

In the county of Constanta, the following communes:

—

Cogealac

—

Corbu

—

Fantanele

—

Gradina

—

Istria

—

Mihai Viteazu

—

Sacele

—

Saraiu

20.9.2024 – 28.9.2024

Il-kontea ta’ Constanta

RO-PPR-2024-00018

Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above.

28.9.2024

Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above.

20.9.2024 – 28.9.2024

Il-kontea ta’ Tulcea

RO-PPR-2024-00029

RO-PPR-2024-00030

Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above.

28.9.2024

Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above.

20.9.2024 – 28.9.2024

Il-kontea ta’ Tulcea

RO-PPR-2024-00036

Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above.

28.9.2024

Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above.

20.9.2024 – 28.9.2024

Il-kontea ta’ Constanta

RO-PPR-2024-00042

RO-PPR-2024-00043

Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above.

28.9.2024

Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above.

20.9.2024 – 28.9.2024

Il-kontea ta’ Constanta

RO-PPR-2024-00057

RO-PPR-2024-00059

Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above.

28.9.2024

Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above.

20.9.2024 – 28.9.2024

Il-kontea ta’ Constanta

RO-PPR-2024-00060

Surveillance zone:

Those parts of the county of Constanta, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 44.2045, Long. 28.19483 (2024/60), excluding the areas included in any protection zone.

15.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the county of Constanta, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 44.2045, Long. 28.19483 (2024/60)

7.9.2024 – 15.9.2024

Il-kontea ta’ Ialomita

RO-PPR-2024-00053

Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above.

28.9.2024

Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above.

20.9.2024 – 28.9.2024

Il-kontea ta’ Tulcea

RO-PPR-2024-00046

Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above.

28.9.2024

Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above.

20.9.2024 – 28.9.2024

Il-kontea ta’ Timis

RO-PPR-2024-00019

RO-PPR-2024-00061

RO-PPR-2024-00063

RO-PPR-2024-00064

RO-PPR-2024-00065

RO-PPR-2024-00066

RO-PPR-2024-00067

Protection zone:

Those parts of the counties of Timis, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.280895, Long. 21.473979 (2024/61), Lat. 45.280971, Long. 21.460345 (2024/63), Lat. 45.279911, Long. 21.47413 (2024/64), Lat. 45.281111, Long. 21.471944 (2024/65), Lat. 45.280833, Long. 21.464167 (2024/66). Lat. 45.280274, Long. 21.472984 (2024/67)

7.10.2024

Surveillance zone:

Those parts of the counties of Timis and Caras-Severin, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.261807, Long. 21.451327 (2024/19) Lat. 45.280895, Long. 21.473979 (2024/61), Lat. 45.280971, Long. 21.460345 (2024/63), Lat. 45.279911, Long. 21.47413 (2024/64), Lat. 45.281111, Long. 21.471944 (2024/65), Lat. 45.280833, Long. 21.464167 (2024/66). Lat. 45.280274, Long. 21.472984 (2024/67) excluding the areas included in any protection zone.

16.10.2024

Surveillance zone:

Those parts of the counties of Timis and Caras-Severin, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.261807, Long. 21.451327 (2024/19) Lat. 45.280895, Long. 21.473979 (2024/61), Lat. 45.280971, Long. 21.460345 (2024/63), Lat. 45.279911, Long. 21.47413 (2024/64), Lat. 45.281111, Long. 21.471944 (2024/65), Lat. 45.280833, Long. 21.464167 (2024/66). Lat. 45.280274, Long. 21.472984 (2024/67).

8.10.2024 – 16.10.2024

B.   Żoni ristretti ulterjuri

Kontea

Żoni inklużi fiż-żona ristretta ulterjuri stabbilita fir-Rumanija kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Il-kontea ta’ Tulcea

The entire county of Tulcea, excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

28.10.2024

The entire county of Tulcea

29.9.2024 – 28.10.2024

Il-kontea ta’ Constanta

The following communes:

—

Adamclisi

—

Aliman

—

Cernavoda

—

Ciocarlia

—

Cogealac

—

Corbu

—

Constanta

—

Crucea

—

Cuza voda

—

Fantanele

—

Garliciu

—

Ghindaresti

—

Gradina

—

Harsova

—

Horia

—

Istria

—

Lumina

—

Medgidia

—

Mihai Viteazu

—

Mihai Kogalniceanu

—

Mircea voda

—

Navodari

—

Nicolae Balcescu

—

Ovidiu

—

Pantelimon

—

Pestera

—

Poarta Alba

—

Rasova

—

Sacele

—

Saligny

—

Saraiu

—

Seimeni

—

Silistea

—

Targusor

—

Topalu

—

Tortoman

—

Vulturu

—

Baneasa

—

Dobromir

—

Ion Corvin

—

Lipnita

—

Oltina

—

Ostrov

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

28.10.2024

The following communes:

—

Adamclisi

—

Aliman

—

Cernavoda

—

Ciocarlia

—

Cogealac

—

Corbu

—

Constanta

—

Crucea

—

Cuza voda

—

Fantanele

—

Garliciu

—

Ghindaresti

—

Gradina

—

Harsova

—

Horia

—

Istria

—

Lumina

—

Medgidia

—

Mihai Viteazu

—

Mihai Kogalniceanu

—

Mircea voda

—

Navodari

—

Nicolae Balcescu

—

Ovidiu

—

Pantelimon

—

Pestera

—

Poarta Alba

—

Rasova

—

Sacele

—

Saligny

—

Saraiu

—

Seimeni

—

Silistea

—

Targusor

—

Topalu

—

Tortoman

—

Vulturu

—

Baneasa

—

Dobromir

—

Ion Corvin

—

Lipnita

—

Oltina

—

Ostrov

29.9.2024 – 28.10.2024

Il-kontea ta’ Braila

The entire county of Braila, excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

28.10.2024

The entire county of Braila

29.9.2024 – 28.10.2024

Il-kontea ta’ Calarasi

The entire county of Calarasi, excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

28.10.2024

The entire county of Calarasi.

29.9.2024 – 28.10.2024

Il-kontea ta’ Ialomita

The entire county of Ialomita, excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

28.10.2024

The entire county of Ialomita.

29.9.2024 – 28.10.2024

Il-kontea ta’ Galati

The entire county of Galati, excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

28.10.2024

The entire county of Galati.

29.9.2024 – 28.10.2024

Il-kontea ta’ Timis

The following communes

—

Banloc

—

Birda

—

Denta

—

Deta

—

Gataia

—

Ghilad

—

Giera

—

Jamu mare

—

Livezile

—

Moravita

—

Nitchidorf

—

Tormac

—

Voiteg

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

15.11.2024

The following communes

—

Banloc

—

Birda

—

Denta

—

Deta

—

Gataia

—

Ghilad

—

Giera

—

Jamu mare

—

Livezile

—

Moravita

—

Nitchidorf

—

Tormac

—

Voiteg

16.10.2024 – 15.11.2024

Il-kontea ta’ Caras-Severin

The following communes

—

Berliste

—

Berzovia

—

Bosca

—

Ciudanovita

—

Doclin

—

Dognecea

—

Forotic

—

Goruia

—

Gradinari

—

Lupac

—

Maureni

—

Ocna de fier

—

Oravita

—

Racasdia

—

Ramna

—

Ticvaniu mare

—

Varadia

—

Vermes

—

Vrani

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

15.11.2024

The following communes

—

Berliste

—

Berzovia

—

Bosca

—

Ciudanovita

—

Doclin

—

Dognecea

—

Forotic

—

Goruia

—

Gradinari

—

Lupac

—

Maureni

—

Ocna de fier

—

Oravita

—

Racasdia

—

Ramna

—

Ticvaniu mare

—

Varadia

—

Vermes

—

Vrani

16.10.2024 – 15.11.2024


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2523/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)