Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/136/KE, ta’ l-4 ta’ Frar 2004, li tiċħad il-finanzjament Komunitarju ta’ ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Ewropew għall-Gwida u Garanzija Agrikola (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 40, p. 31), safejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika tal-Finlandja fil-kuntest ta’ l-għajnuna għaż-żona f’ċerti reġjuni, minħabba l-insuffiċjenza tas-sistema ta’ kontroll applikata.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata għall-ispejjeż.