|
20.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10805 — MDP / HPS / PREMFINA / iGO4)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 278/05)
1.
Fit-12 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Madison Dearborn Partners, LLC (“MDP”, l-Istati Uniti), |
|
— |
HPS Investment Partners, LLC (“HPS”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Premfina Limited (“Premfina”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn MDP, |
|
— |
i GO 4 Ltd. (“iGO4”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn MDP. |
MDP u HPS se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Premfina u ta’ iGO4.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
MDP hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata bbażata fl-Istati Uniti, prinċipalment attiva fis-setturi li ġejjin: Industriji Bażiċi, Software u Servizzi tal-Gvern u tan-Negozju, Servizzi Finanzjarji u ta’ Tranżazzjoni, Kura tas-Saħħa, u Telekomunikazzjoni, Media u Tekonoloġija. |
|
— |
HPS hija ditta tal-investiment ibbażata fl-Istati Uniti attiva f’self ingranat sindakat u bonds b’rendiment għoli, dejn garantit superjuri nnegozjat privatament u investimenti intermedji, lokazzjoni bbażata fuq l-assi u ekwità privata. |
|
— |
Premfina tipprovdi finanzjament primjum bħala sellief tar-rekord, u soluzzjonijiet ta’ softwer tal-assigurazzjoni b’tikketta bajda lil sensara tal-assigurazzjoni fir-Renju Unit. |
|
— |
iGO4 jipprovdi prodotti tal-assigurazzjoni tal-karozzi u tal-assigurazzjoni telematika lill-konsumaturi fir-Renju Unit. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tkun speċifikata:
M.10805 — MDP / HPS / PREMFINA / iGO4
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).