|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1374
tal-1 ta’ Ottubru 2020
dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela kollha, għall-ispeċijiet ruminanti minuri kollha (għat-trobbija) għajr il-ħrief u għall-kamelidi (għat-trobbija) (detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela kollha, għall-ispeċijiet ruminanti minuri kollha (għat-trobbija) għajr il-ħrief u għall-kamelidi (għat-trobbija) li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-14 ta’ Mejju 2019 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li dan il-preparat jitqies bħala irritant għall-għajnejn. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat għandu l-potenzjali li jkun effikaċi fit-titjib taż-żieda fil-piż u tal-proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż. Il-konklużjoni dwar l-effikaċja għall-għoġġiela tista’ tiġi estrapolata għall-ispeċijiet ruminanti minuri u għall-kamelidi fl-istess stadju ta’ żvilupp. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dan il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2019;17(6):5723.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali. |
|||||||||||||||||
|
4b1711 |
Danstar Ferment AG irrappreżentat fl-Unjoni minn Lallemand SAS |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 li fih minimu ta’:
(il-forma mhux miksija) |
L-għoġġiela L-ispeċijiet ruminanti minuri kollha (għat-trobbija) għajr il-ħrief Il-kamelidi (għat-trobbija) |
- |
1 × 109 |
- |
|
22.10.2030 |
||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 |
|||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: metodu tat-tferrigħ bl-użu ta’ agar magħmul mid-destrożju, l-estratt tal-ħmira u l-kloramfenikol (EN 15 789 :2009). Identifikazzjoni: il-metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) (CEN/TS 15 790 :2008) |
|||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports