25.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/56


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 221/15/COL

tat-3 ta' Ġunju 2015

li temenda d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 83/15/COL dwar il-konsistenza ta' ċerti miri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza [2016/1420]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi f'punt 66t tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (“ir-Regolament Qafas”) (1)), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,

Billi:

Kienu skoperti entrati żbaljati rigward ir-Renju tan-Norveġja fit-tabella li fiha l-qasam ta' prestazzjoni ewlieni ta' sikurezza fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA 83/15/COL tal-18 ta' Marzu 2015, li għandhom bżonn ikunu korretti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 83/15/COL, il-parti li tikkonċerna il-qasam ta' prestazzjoni ewlieni ta' sikurezza, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“QASAM TA' PRESTAZZJONI EWLIENI TA' SIKUREZZA

L-effikaċja tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (EOSM) u l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-severità bbażata fuq il-metodoloġija tal-Għodda għall-Analiżi tar-Riskju (RAT)

Stat tal-EFTA

FAB

EOSM

Livell Bażi tar-RAT %

Livell Kumplessiv tar-RAT %

 

 

Livell tal-Istat

Livell ANSP

2017

2019

2017

2019

 

 

 

SC

MO oħrajn

SMI

RI

ATMS

SMI

RI's

ATMS

SMI

RI's

ATMS

SMI

RI's

ATMS

In-Norveġja

NEFAB

C

C

D

95

95

85

100

100

100

90

90

85

100

100

100”

[il-Finlandja]

[il-Latvja]

[l-Estonja]

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzat lir-Renju tan-Norveġja

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2015.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

President

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.