Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2009, Longevity Health Products vs UASI - Merck (Kids Vids) (T-484/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Kids Vits” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassi 5, billi tilqa’ l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali preċedenti “VITSS4KIDS” - Ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti - Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.