European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2265

9.11.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 120/2023

tat-28 ta’ April 2023

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2023/2265]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 923/2012, ir-Regolament (UE) Nru 139/2014 u r-Regolament (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti għas-servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tan-navigazzjoni tal-ajru, id-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru, il-kwalità tad-data u s-sikurezza tar-runways u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 73/2010 (1), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 106, 6.4.2020, p. 14 u l-ĠU L 108, 7.4.2022, p. 70, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177 tas-7 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/469 fir-rigward tal-posponiment tad-dati ta’ applikazzjoni ta’ ċerti miżuri fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 (3) li huwa integrat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż u s-subinċiż li ġejjin jiżdiedu fil-punti 66nh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014) u 66wk (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012):

“-

32020 R 0469: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020 (ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 106, 6.4.2020, p. 14 u l-ĠU L 108, 7.4.2022, p. 70, kif emendat b’dan:

—

32020 R 1177: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177 tas-7 ta’ Awwissu 2020 (ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12).”

2.

L-inċiż u s-subinċiż li ġejjin jiżdiedu fil-punt 66xg (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373):

“-

32020 R 0469: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020 (ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 106, 6.4.2020, p. 14 u l-ĠU L 108, 7.4.2022, p. 70, kif emendat b’dan:

—

32020 R 1177: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177 tas-7 ta’ Awwissu 2020 (ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12).”

3.

It-test tal-punt 66wo (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/469, kif ikkoreġuti bil-ĠU L 106, 6.4.2020, p. 14 u bil-ĠU L 108, 7.4.2022, p. 70, u permezz ta’ (UE) 2020/1177 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2023 tat-28 ta’ April 2023 (4), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1.

(2)   ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12.

(3)   ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(4)   ĠU L, 2023/2294, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2294/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2265/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)