|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3462 |
30.6.2025 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(4) l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(C/2025/3462)
Fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tirrapreżenta f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), proċedura ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA TAL-UNJONI
“Дунавска равнина”
PGI-BG-A1538-AM03
Data tal-applikazzjoni: 6.7.2023
EMENDA
1. Applikant u interess leġittimu
Il-Kamra Reġjonali tad-Dwieli u l-Inbid tal-Baħar l-Iswed
Il-Kamra Reġjonali tad-Dwieli u l-Inbid tal-Baħar l-Iswed hija magħmula mill-vitikulturi u mill-produtturi tal-inbid li jipproduċu l-IĠP Дунавска равнина.
2. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i
☐ Isem il-prodott
☒ Kategorija tal-prodott tad-dwieli
☒ Rabta
☐ Restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni
3. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
3.1. Żieda tal-kategorija ta’ nbid spumanti: ta’ kwalità magħmul mill-varjetà tal-għeneb Gergana mal-IĠP Дунавска равнина
Il-Kamra Reġjonali tad-Dwieli u l-Inbid tal-Baħar l-Iswed ippreżentat applikazzjoni biex l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tinkludi l-kategorija l-ġdida ta’ prodotti tal-inbid spumanti ta’ kwalità magħmul mill-varjetà tal-għeneb Gergana. L-inbid għandu karatteristiċi organolettiċi u analitiċi tajbin ħafna u hemm domanda għalih fis-suq. L-inklużjoni tal-kategorija l-ġdida ta’ “Nbid spumanti ta’ kwalità” fl-IĠP Дунавска равнина se ttejjeb ir-reputazzjoni u l-marka tal-Indikazzjoni Ġeografika. B’hekk jiżdied il-valur tal-inbejjed prodotti. Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, “Teknoloġija tal-produzzjoni, deskrizzjoni tal-inbid u karatteristiċi analitiċi”. Taffettwa wkoll it-Taqsima 3, “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, it-Taqsima 4 “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed” u t-Taqsima 8, “Deskrizzjoni tar-rabta/iet”, tad-Dokument Uniku.
3.2. Żieda tal-varjetà tal-għeneb Gergana għall-produzzjoni tal-inbid spumanti ta’ kwalità
Il-Kamra Reġjonali tad-Dwieli u l-Inbid tal-Baħar l-Iswed ippreżentat applikazzjoni biex l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tinkludi l-Gergana fil-lista tal-varjetajiet tad-dwieli permessi għall-produzzjoni tal-inbid bl-IĠP Дунавска равнина.
Il-Gergana hija varjetà ta’ għeneb Bulgaru li tinsab biss fiż-żona tal-Pjanura tad-Danubju. Hija materjal eċċellenti għall-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti b’mod naturali. Din l-emenda taffettwa l-punt 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, “Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid permessi għall-produzzjoni ta’ nbid bl-IĠP Дунавска равнина. Taffettwa wkoll it-Taqsima 7 tad-Dokument Uniku, “Varjetà/varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed”.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni
Дунавска равнина
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
IĠP – Indikazzjoni Ġeografika Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 — XARBIET, SPIRTI U ĦALL 2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbejjed bojod
Trasparenza – likwidu trasparenti, huwa permissibbli li jkun hemm ammont żgħir ta’ sediment ikkulurit li jirriżulta mit-tqaddim fit-tul fil-flixkun.
Dehra viżiva – isfar lewn it-tiben bi sfumaturi ħodor.
Riħa u togħma – riħa kumplessa ddominata minn frott taċ-ċitru u ħjiel ta’ ħxejjex aromatiċi, ħaxix frisk u fjuri selvaġġi. It-togħma friska, b’aċidità bbilanċjata, u armonjuża b’togħma li ddum fil-ħalq.
Kontenut ta’ zokkor totali:
|
— |
għall-inbejjed xotti: sa 4 grammi għal kull litru, jew sa 9 grammi għal kull litru, sakemm l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut ta’ zokkor residwu. |
|
— |
għall-inbejjed semixotti: aktar mill-valuri massimi għall-inbejjed xotti, iżda mhux aktar minn 12 g/l, jew 18 g/l sakemm l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 10 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu; |
|
— |
għall-inbejjed ħelwin mezzani: aktar mill-valuri massimi għall-inbejjed semixotti, iżda mhux aktar minn 45 g/l; |
|
— |
għall-inbejjed ħelwin: aktar minn 45g/l. |
Estratt mingħajr zokkor — minimu ta’ 16 g/l.
Il-qawwa alkoħolika totali massima tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
4 g/l, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
2. Rożè
Trasparenza – likwidu trasparenti, huwa permissibbli li jkun hemm ammont żgħir ta’ sediment ikkulurit li jirriżulta mit-tqaddim fit-tul fil-flixkun.
Dehra viżiva – roża jgħajjat.
Riħa u togħma – jiddominw l-irwejjaħ tal-frott aħmar tal-bosk u tal-frott tal-għadma. It-togħma morbida, bi struttura bbilanċjata u b’noti pjaċevoli ta’ tut tal-għollieq u ċiras misjur. Il-finitura qawwija, xi ftit astrinġenti, bi freskezza kbira.
Kontenut ta’ zokkor totali:
|
— |
għall-inbejjed xotti: sa 4 grammi għal kull litru, jew sa 9 grammi għal kull litru, sakemm l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut ta’ zokkor residwu. |
|
— |
għall-inbejjed semixotti: aktar mill-valuri massimi għall-inbejjed xotti, iżda mhux aktar minn 12 g/l, jew 18 g/l sakemm l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 10 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu; |
|
— |
għall-inbejjed ħelwin mezzani: aktar mill-valuri massimi għall-inbejjed semixotti, iżda mhux aktar minn 45 g/l; |
|
— |
għall-inbejjed ħelwin: aktar minn 45g/l. |
Estratt mingħajr zokkor — minimu ta’ 16 g/l.
Il-qawwa alkoħolika totali massima tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
4 g/l, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
3. Inbejjed ħomor
Trasparenza – likwidu trasparenti, huwa permissibbli li jkun hemm ammont żgħir ta’ sediment ikkulurit li jirriżulta mit-tqaddim fit-tul fil-flixkun.
Dehra viżiva – aħmar lewn ir-rubin.
Riħa u togħma – riħa li tinkludi frott aħmar u iswed tal-bosk, għanbaqar, ħwawar, vanilla u ġewż. Togħma bnina b’tannini rotob, ibbilanċjati, immerrqa bil-freskezza tal-frott.
Kontenut ta’ zokkor totali:
|
— |
għall-inbejjed xotti: sa 4 grammi għal kull litru, jew sa 9 grammi għal kull litru, sakemm l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut ta’ zokkor residwu. |
|
— |
għall-inbejjed semixotti: aktar mill-valuri massimi għall-inbejjed xotti, iżda mhux aktar minn 12 g/l, jew 18 g/l sakemm l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 10 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu; |
|
— |
għall-inbejjed ħelwin mezzani: aktar mill-valuri massimi għall-inbejjed semixotti, iżda mhux aktar minn 45 g/l; |
|
— |
għall-inbejjed ħelwin: aktar minn 45g/l. |
Estratt mingħajr zokkor — minimu ta’ 20 g/l.
Il-qawwa alkoħolika totali massima tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
4 g/l, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
15 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
4. Inbid spumanti ta’ kwalità
L-inbid huwa magħmul mill-għeneb Gergana.
Trasparenza – huwa permissibbli li jkun hemm ammont żgħir ta’ sediment ikkulurit li jirriżulta mit-tqaddim fit-tul fil-flixkun.
Dehra viżiva – isfar lewn it-tiben bi sfumaturi ħodor.
Riħa u togħma – riħa karatteristika qawwija tal-peppermint u tan-nagħniegħ, friska u adattata għat-tqaddim.
Kontenut ta’ zokkor totali:
|
— |
brut nature: il-kontenut taz-zokkor ikun anqas minn 3 g/l; |
|
— |
extra brut: il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 0 u 6 g/l; |
|
— |
brut: il-kontenut taz-zokkor ikun inqas minn 12 g/l; |
|
— |
straxott: il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 12 u 17 g/l; |
|
— |
xott: il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 17 u 32 g/l; |
|
— |
semixott: il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 32 u 50 g/l. |
|
— |
ħelu: il-kontenut taz-zokkor ikun aktar minn 50 g/l. |
Estratt minimu mingħajr zokkor ta’ 16 g/l.
Il-qawwa alkoħolika totali massima tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.
Meta jinżamm f’temperatura ta’ 20 °C f’kontenituri magħluqa, il-pressjoni eċċessiva, minħabba d-diossidu tal-karbonju fis-soluzzjoni tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9 |
|
Aċidità totali minima |
5,5 g/l, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
185 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
|
1. |
Rendimenti Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed Rendimenti massimi tal-inbid: massimu ta’ 70 litru ta’ nbid prodott minn 100 kilogramma ta’ għeneb. |
|
2. |
Prattika enoloġika speċifika fil-produzzjoni tal-inbid spumanti ta’ kwalità Prattika enoloġika speċifika L-inbid spumanti ta’ kwalità jiġi prodott bl-użu tal-metodu tradizzjonali, f’konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ. L-għeneb għall-inbid spumanti naturali, wara l-fermentazzjoni alkoħolika jqatta’ mill-inqas 6 xhur fuq il-karfa. |
|
3. |
Rendimenti massimi għal kull ettraru 13 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona demarkata għall-produzzjoni tal-inbid bl-IĠP Дунавска равнина tinsab fil-konfini tal-lokalitajiet li ġejjin: Ir-reġjun ta’ Montana: Berkovitsa, Boychinovtsi, Brusartsi, Chiprovtsi, Georgi Damyanovo, Yakimovo, Lom, Medkovets, Montana, Valchedram u Varshets. Ir-reġjun ta’ Vidin: Belogradchik, Boynitsa, Bregovo, Chuprene, Gramada, Kula, Makresh, Novo Selo, Ruzhintsi, Vidin u Dimovo. Ir-reġjun ta’ Vratsa: Byala Slatina, Borovan, Hayredin, Kozloduy, Krivodol, Mezdra, Mizia, Oryahovo, Roman u Vratsa. Ir-reġjun ta’ Gabrovo: Gabrovo, Sevlievo u Dryanovo. Ir-reġjun ta’ Lovech: Letnitsa, Lovech, Lukovit, Troyan, Ugarchin u Yablanitsa. Ir-reġjun ta’ Pleven: Belene, Cherven Bryag, D. Mitropolia, Dolni Dabnik, Gulyantsi, Iskar, Knezha, Levski, Nikopol, Pleven u Pordim. Ir-reġjun ta’ Veliko Tarnovo: Gorna Oryahovitsa, Lyaskovets, Pavlikeni, Polski Trambesh, Strazhitsa, Suhindol, Svishtov, Veliko Tarnovo, Zlataritsa u Elena. Ir-reġjun ta’ Razgrad: Tsar Kaloyan, Isperih, Kubrat, Loznitsa, Razgrad u Zavet. Ir-reġjun ta’ Ruse: Byala, Borovo, Tsenovo, Ivanovo, Ruse, Vetovo, Dve Mogili u Slivo Pole. Ir-reġjun ta’ Silistra: Glavinitsa, Tutrakan, Alfatar, Dulovo, Kaynardzha, Silistra u Sitovo. Ir-reġjun ta’ Targovishte: Omurtag, Opaka, Popovo u Targovishte. Ir-reġjun ta’ Dobrich: Balchik, General Toshevo, Kavarna, Shabla, Dobrich, Krushari u Tervel. Ir-reġjun ta’ Shumen: Hitrino, Kaolinovo, Kaspichan, Novi Pazar, Shumen, Smyadovo, Veliki Preslav, Varbitsa, Venets u Nikola Kozlevo. Ir-reġjun ta’ Varna: Aksakovo, Avren, Beloslav, Byala, Devnya, Dolni Chiflik, Dalgopol, Provadia, Suvorovo, Varna, Vetrino u Valchidol. Ir-reġjun ta’ Sofia: Botevgrad u Pravets. Il-lokalitajiet li ġejjin, elenkati skont il-muniċipalità, huma esklużi miż-żona demarkata: Il-muniċipalità ta’ Belogradchik: l-irħula ta’ Granichak, Prauzhda, Salash u Stakevtsi. Il-muniċipalità ta’ Chiprovtsi: l-irħula ta’ Martinovo u Prevala. Il-muniċipalità ta’ Georgi Damyanovo: l-irħula ta’ Dalgi Del u Kopilovtsi. Il-muniċipalità ta’ Berkovitsa: ir-raħal ta’ Chereshovitsa. Il-muniċipalità ta’ Varshets: l-irħula ta’ Gorna Bela Rechka, Gorno Ozirovo u Dolno Ozirovo. Il-muniċipalità ta’ Vratsa: ir-raħal ta’ Lyutadzhik. Il-muniċipalità ta’ Botevgrad: l-irħula ta’ Gurkovo, Kraevo, Radotina u Trudovets. Il-muniċipalità ta’ Pravets: ir-raħal ta’ Razliv. Il-muniċipalità ta’ Troyan: l-irħula ta’ Balkanets, Beli Osam, Golyama Zhelyazna, Gumoshtnik, Dobrodan, Oreshak, Staro Selo, Terziysko, Cherni Osam, Chiflik u Shipkovo. Il-muniċipalità ta’ Lovech: l-irħula ta’ Stefanovo, Malinovo u Balgarene. Il-muniċipalità ta’ Sevlievo: l-irħula ta’ Boazat, Valevtsi, Voynishka, Dyalak, Kravenik, Kypen, Mlechevo, Selishte, Stokite, Tabashka, Ugorelets u Shopite. Il-muniċipalità ta’ Gabrovo: l-irħula ta’ Balanite, Boycheta, Boriki, Zhaltesh, Zeleno Darvo, Malusha, Orlovtsi, Potok, Charkovo u Chernevtsi. Il-muniċipalità ta’ Veliko Tarnovo: l-irħula ta’ Voynezha, Voneshta Boda, Vaglevtsi, Kladin Dyal, Osenarite u Raykovtsi. Il-muniċipalità ta’ Elena: l-irħula ta’ Bebrovo, Beykovtsi, Buynovtsi, Valchovtsi, Ganev Dol, Gramatitsi, Debeli Rat, Drenta, Ivanivanovtsi, Ignatovtsi, Kamenari, Kolari, Konstantin, Kostel, Maryan, Miykovtsi, Palitsi, Popska, Ruhovtsi, Svetoslavtsi, Todyuvtsi u Chakali. Il-muniċipalità ta’ Zlataritsa: l-irħula ta’ Dedintsi, Dalgi Pripek, Ravnovo, Razsoha u Rosno. Il-muniċipalità ta’ Strazhitsa: l-irħula ta’ Vodno, Zhelezartsi u Kavlak. Il-muniċipalità ta’ Popovo: l-irħula ta’ Dolna Kabda, Konak u Marchino. Il-muniċipalità ta’ Targovishte: l-irħula ta’ Bozhurka, Bratovo, Gorna Kabda, Koprets, Paydushko, Presiyan, Prolaz, Tarnovtsa, Tsvetnitsa u Cherkovna. Il-muniċipalità ta’ Omurtag: l-irħula ta’ Belomortsi, Velikdenche, Verentsi, Gorna Hubavka, Gorsko Selo, Dolna Hubavka, Zelena Morava, Zmeyno, Iliyno, Kamburovo, Kozma Presviter, Krasnoseltsi, Panayot Hitovo, Panichino, Petrino, Ptichevo u Stanets. Il-muniċipalità ta’ Varbitsa: ir-raħal ta’ Tushovitsa. Il-muniċipalità ta’ Smyadovo: ir-raħal ta’ Rish.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
Aligote |
|
|
Aheloy |
|
|
Bouket |
|
|
Viognier |
|
|
Gamay Noir |
|
|
Gamay Fréaux |
|
|
Gergana |
|
|
Grand Noir |
|
|
Gamza – Kadarka |
|
|
Dimiat – Smederevka |
|
|
Dunavska Gamza |
|
|
Evmolpia – Trakiiski Mavrud |
|
|
Cabernet Sauvignon |
|
|
Cabernet Franc |
|
|
Kamtchiya |
|
|
Carmenère |
|
|
Colombard |
|
|
Cot – Malbec |
|
|
Kuklenski Mavrud |
|
|
Mavrud |
|
|
Marselan |
|
|
Melnik 82 |
|
|
Melnishki Rubin |
|
|
Merlot |
|
|
Misket varnenski – Muskat Varnenski |
|
|
Misket vrachanski – Vrachanski Misket |
|
|
Misket Kailashki |
|
|
Misket Markovski |
|
|
Misket Sandanski – Muscat Sandanski |
|
|
Misket Sungurlarski |
|
|
Misket cherven – Brezovski misket |
|
|
Misket cherven – Karlovski misket |
|
|
Misket cherven – Cherven misket |
|
|
Muscat Ottonel |
|
|
Muller Turgau |
|
|
Orfei |
|
|
Pamid |
|
|
Petit Verdot |
|
|
Pinot Gris |
|
|
Plevenski Kolorit |
|
|
Pomoriiski Biser |
|
|
Ranna Melnishka Loza – Melnik 55 |
|
|
Rizling Reynski – Nemski Rizling |
|
|
Rizling Reynski – Riesling |
|
|
Rkatsiteli – Rikat |
|
|
Rubin |
|
|
Roussanne |
|
|
Cinsaut |
|
|
Septemvriiski Rubin |
|
|
Sylvaner |
|
|
Syrah – Shiraz |
|
|
Sauvignon Blanc |
|
|
Sungurlarski Biser |
|
|
Tamyanka – Moskatelo |
|
|
Tamyanka – Moscato bianco |
|
|
Tamyanka – Muscat blanc à Petits Grains |
|
|
Tamyanka – Temenuga |
|
|
Trakiiska Slava |
|
|
Fetyaska Alba – Fetyaska byala |
|
|
Fetyaska Regala |
|
|
Furmint |
|
|
Harslevelut – Lipovina |
|
|
Hebros |
|
|
Chernomorski brilyant |
|
|
Chernomorski eliksir |
|
|
Chardonnay |
|
|
Chenin – Chenin Blanc |
|
|
Shiroka Melnishka loza – Melnik |
|
|
Ugni Blanc – Claret |
|
|
Ugni Blanc – Sent Emilion |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Inbid
Fatturi speċifiċi klimatiċi u tal-ħamrija, flimkien mal-fatturi umani, iwasslu biex l-inbejjed prodotti fiż-żona jkollhom riħa rikka ta’ frott u togħma friska, b’bilanċ tajjeb ħafna ta’ aċidità u tannini.
L-inbejjed bojod għandhom aroma kumplessa b’dominanza ta’ frott taċ-ċitru u ħjiel ta’ ħxejjex aromatiċi, ħaxix frisk u fjuri selvaġġi. It-togħma hija friska, b’aċidità bbilanċjata, u armonjuża b’togħma li ddum fil-ħalq.
Fl-inbejjed rożè, jiddominaw aromi ta’ frott aħmar tal-bosk u frott tal-għadma. It-togħma hija morbida, bi struttura bbilanċjata u b’noti pjaċevoli ta’ tut tal-għollieq u ċiras misjur. Il-finitura hija qawwija, xi ftit astrinġenti, bi freskezza kbira.
Fl-inbejjed ħomor, l-aromi jinkludu frott aħmar u iswed tal-bosk, għanbaqar, ħwawar, vanilla u ġewż. Għandhom togħma bnina b’tannini rotob, ibbilanċjati, immerrqa bil-freskezza tal-frott.
Inbid spumanti ta’ kwalità
L-inbid spumanti ta’ kwalità huwa magħmul mill-varjetà Gergana, u jiġi prodott bit-taħlit tad-Dimyat u l-Muscat Ottonel. B’mod speċifiku, il-karatteristiċi ta’ dawn iż-żewġ varjetajiet ta’ oriġini huma r-raġuni għala l-varjetà Gergana tikkombina kwalità aromatika eċċellenti ma’ aċidità għolja, li jikkontribwixxu għall-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti ta’ kwalità distinti.
L-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid spumanti ta’ kwalità jinħasad matul il-maturità fiżjoloġika, b’kontenut ta’ zokkor ta’ 16.5–17.5 % u aċidità totali ta’ 12,00–14,00 g/l.
L-għeneb li jkun għadu kif inqata’ jitneħħielu z-zokk u jingħasar f’temperaturi ta’ bejn 10 u 14 °C, u 35 % tal-meraq li joħroġ jimxi f’kundizzjonijiet inerti. Il-polpa tal-għeneb li jifdal tiġi ppressata għal siegħa f’0,6 bar. Wara l-ipproċessar, il-parti ppressata titħallat mal-meraq li jkun ħareġ biex issir il-kjarifika enzimatika għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 8–10 C°. Imbagħad jitqiegħed f’reċipjent tal-fermentazzjoni u tibda l-fermentazzjoni alkoħolika. L-inbid jibqa’ hemm għal 20 jum f’temperatura ta’ 14–16 °C.
L-għeneb għall-inbid spumanti naturali, wara l-fermentazzjoni alkoħolika jqatta’ mill-inqas 6 xhur fuq il-karfa. Imbagħad l-inbid jiġi bbottiljat bil-likur tirage għat-tieni fermentazzjoni f’temperatura ta’ 15–20 °C u jiġi mmaturat għal mill-inqas 24 xahar qabel ma it-tgħarbil u l-isbokkament.
Il-fliexken jingħalqu bis-sufra u bgħula tal-wajer.
Bħala riżultat tal-fatturi naturali u umani, l-inbid spumanti ta’ kwalità prodott huwa distint mill-aroma speċifika tal-peppermint u tan-nagħniegħ. Huwa nbid frisk u għandu wkoll il-potenzjal għat-tqaddim.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga mill-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-Indikazzjoni Ġeografika tista’ tintuża għal inbejjed magħmulin bit-taħlit sakemm 85 % tal-għeneb użat ikun ġie prodott fiż-żona msemmija fuq it-tikketta.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3462/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)