|
19.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/33 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2486
tas-16 ta’ Diċembru 2022
li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja u dan jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-konsenji ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 (2) ġie adottat fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jridu jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tiegħu (l-Istati Membri kkonċernati), fiż-żoni ristretti I, II u III elenkati f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huma bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni. L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 ġie emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2437 (3) wara bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda fil-Latvja u fir-Repubblika Ċeka. Mid-data tal-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda f’ċerti Stati Membri kkonċernati evolviet. |
|
(4) |
Kwalunkwe emenda taż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istat Membru kkonċernat, il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll il-prinċipji u l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ġeografika tat-tqassim f’żoni minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer, u l-linji gwida tal-Unjoni miftiehma mal-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni (4). Dawn l-emendi jenħtieġ li jqisu wkoll l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (5) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) u l-ġustifikazzjonijiet għat-tqassim f’żoni pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
|
(5) |
Mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2437 kien hemm tifqigħat ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fl-Italja u fil-Polonja, u s-sitwazzjoni epidemjoloġika f’ċerti żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u III fl-Italja u fil-Polonja tjiebet fir-rigward tal-annimali porċini miżmuma u selvaġġi, bis-saħħa tal-miżuri għall-kontroll tal-mard li qed jiġu applikati minn dawk l-Istati Membri f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(6) |
F’Diċembru 2022, ġiet osservata tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ fir-reġjun ta’ Pomorskie fil-Polonja f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Polonja li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness, affettwata minn din it-tifqigħa riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta I tiegħu, u anki l-konfini attwali taż-żona ristretta I jeħtieġ li jiġu definiti mill-ġdid biex ikunu jqisu din it-tifqigħa riċenti. |
|
(7) |
Barra minn hekk, f’Diċembru 2022, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fir-Reġjuni ta’ Wielkopolskie, Opolskie u Dolnośląskie, fil-Polonja, f’żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li jinsabu qrib ħafna ta’ żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness. Dawn it-tifqigħat il-ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Għaldaqstant, il-konfini attwali taż-żoni ristretti I u II jenħtieġ li jiġu emendati biex jitqiesu dawk it-tifqigħat reċenti. |
|
(8) |
Barra minn hekk, f’Diċembru 2022, ġiet osservata tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ fir-reġjun tal-Piemonte fl-Italja, f’żona li bħalissa hija elenkata maż-żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li tinsab qrib ħafna ta’ żoni li bħalissa huma elenkati fiż-żona ristretta I f’dak l-Anness. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċini selvaġġi tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Għaldaqstant, il-konfini attwali taż-żona ristretta I u II jenħtieġ li jiġu emendati biex titqies din it-tifqigħa reċenti. |
|
(9) |
Wara dawk it-tifqigħat reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fl-Italja u l-Polonja u filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, it-tqassim f’żoni f’dawk l-Istati Membri ġie vvalutat mill-ġdid u aġġornat f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Barra minn hekk, anke l-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju fis-seħħ ġew ivvalutati mill-ġdid u aġġornati. Dawn il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. |
|
(10) |
Filwaqt li titqies ukoll l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fir-reġjun ta’ Podkarpackie, Dolnośląskie, Warmińsko – Mazurskie u Wielkopolskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, peress li f’dawn l-aħħar 12-il xahar ma kienx hemm tifqigħat ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti III, filwaqt li l-marda għadha preżenti għall-annimali porċini selvaġġi. Iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(11) |
Barra minn hekk, filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fir-reġjun ta’ Wielkopolskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, peress li f’dawn l-aħħar tliet xhur ma kienx hemm tifqigħat ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti III, filwaqt li l-marda għadha preżenti għall-annimali porċini selvaġġi. Iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(12) |
Filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, jenħtieġ li issa ċerti żoni fir-reġjuni Małopolskie u Świętokrzyskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, jiġu elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness, peress li f’dawn l-aħħar 12-il xahar kien hemm nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti III. Iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti I filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(13) |
Barra minn hekk, filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini selvaġġi fiż-żoni ristretti II elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, jenħtieġ li issa ċerti żoni fir-reġjun ta’ Podlaskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, jiġu elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness, peress li fl-aħħar 12-il xahar kien hemm nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti II. Iż-żoni ristretti II jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti I filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(14) |
Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni u l-ġustifikazzjoni pprovduti mill-awtorità kompetenti Pollakka filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini selvaġġi f’ċerti żoni ristretti I, u fiż-żoni ristretti li jmissu maż-żoni ristretti I, elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, jenħtieġ li issa ċerti żoni fir-reġjun Wielkopolskie fil-Polonja, li bħalissa huwa elenkat bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, issa jenħtieġ li jitneħħa mil-lista f’dak l-Anness, minħabba li f’dawn l-aħħar 12-il xahar kien hemm nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti I, u fiz-zoni li jmissu ma’ dawn iż-żoni ristretti I. |
|
(15) |
Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni u l-ġustifikazzjoni pprovduti mill-awtorità kompetenti Taljana u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fir-reġjun ta’ Sardenja fl-Italja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, żona fir-reġjun ta’ Sardenja fl-Italja, li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, peress li f’dawn l-aħħar 12-il xahar ma kienx hemm tifqigħat ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma f’dik iż-żona ristretta III, filwaqt li l-marda għadha preżenti għall-annimali porċini selvaġġi. Il-konfini attwali taż-żoni ristretti III jenħtieġ li jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(16) |
Barra minn hekk, abbażi l-informazzjoni u l-ġustifikazzjoni pprovduti mill-awtorità kompetenti Taljana u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma u selvaġġi fiż-żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 applikati fl-Italja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, jenħtieġ li issa ċerti żoni fir-reġjun ta’ Sardenja fl-Italja, li bħalissa hi elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jmissu maż-żoni ristretti II u III fir-Reġjun ta’ Sardenja fl-Italja kif elenkanti f’dan ir-Regolament, issa għandhom jiġu elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness, peress li f’dawn l-aħħar 12-il xahar kien hemm nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti III, u minħabba l-fatt li dawk iż-żoni jmissu maż-żoni ristretti II u III fir-Reġjun ta’ Sardenja fl-Italja elenkat f’dan ir-Regolament. |
|
(17) |
Finalment, filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma u selvaġġi fiż-żona ristretta III elenkata fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 applikati fl-Italja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, jenħtieġ li issa ċerti żoni fir-reġjun ta’ Sardenja fl-Italja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, issa għandhom jitneħħew minn dak l-Anness, peress li f’dawn l-aħħar 12-il xahar kien hemm nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti III. |
|
(18) |
Biex jitqiesu l-iżviluppi riċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u biex jiġu miġġielda b’mod proattiv ir-riskji assoċjati mat-tixrid ta’ dik il-marda, jenħtieġ li jiġu demarkati żoni ristretti ġodda ta’ daqs suffiċjenti għall-Italja u l-Polonja, u jiġu elenkati bħala żoni ristretti I, II u III, kif ukoll ċerti partijiet taż-żoni ristretti I u ż-żoni III għandhom jitneħħew mil-lista għall-Italja u l-Polonja fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Peress li s-sitwazzjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija dinamika ħafna fl-Unjoni, fid-demarkazzjoni ta’ dawk iż-żoni ristretti ġodda, tqieset ukoll is-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żoni tal-madwar. |
|
(19) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, importanti li l-emendi li għandhom isiru fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 permezz ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
|
(20) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2437 tad-9 ta’ Diċembru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 319, 13.12.2022, p. 16).
(4) Id-Dokument ta’ Ħidma SANTE/7112/2015/Rev. 3 “Principles and criteria for geographically defining ASF regionalisation”. https://ec.europa.eu/food/animals/animal-diseases/control-measures/asf_en
(5) OIE Terrestrial Animal Health Code, Edizzjoni 29, 2021. Volumi I u II, ISBN 978-92-95115-40-8; https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Hiiu maakond. |
3. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Drama:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Xanthi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Rodopi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Evros:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Serres:
|
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada, Grobiņas pagasts, Nīcas pagasta daļa uz ziemeļiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Otaņķu pagasts, Grobiņas pilsēta, |
|
— |
Ropažu novada Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Agluonėnų, Dovilų, Gargždų, Priekulės, Vėžaičių, Kretingalės ir Dauparų-Kvietinių seniūnijos, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė išskyrus Šumskų ir Sasnavos seniūnijos, |
|
— |
Palangos miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė: Bartninkų, Gražiškių, Keturvalakių, Pajevonio, Virbalio, Vištyčio seniūnijos. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950950, 950960, 950970, 951950, 952050, 952750, 952850, 952950, 953050, 953150, 953650, 953660, 953750, 953850, 953960, 954250, 954260, 954350, 954450, 954550, 954650, 954750, 954850, 954860, 954950, 955050, 955150, 955250, 955260, 955270, 955350, 955450, 955510, 955650, 955750, 955760, 955850, 955950, 956050, 956060, 956150 és 956160 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Bács-Kiskun megye 600150, 600850, 601550, 601650, 601660, 601750, 601850, 601950, 602050, 603250, 603750 és 603850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
|
— |
Csongrád-Csanád megye 800150, 800160, 800250, 802220, 802260, 802310 és 802450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, |
|
— |
406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Győr-Moson-Sopron megye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754950, 755050, 755150, 755250, 755350 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576850, 576950, 577050, 577150, 577350, 577450, 577650, 577850, 577950, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 578560, 578650, 578850, 578950, 579050, 579150, 579250, 579350, 579450, 579460, 579550, 579650, 579750, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
fid-distrett ta’ Nové Zámky, Sikenička, Pavlová, Bíňa, Kamenín, Kamenný Most, Malá nad Hronom, Belá, Ľubá, Šarkan, Gbelce, Bruty, Mužla, Obid, Štúrovo, Nána, Kamenica nad Hronom, Chľaba, Leľa, Bajtava, Salka, Malé Kosihy, |
|
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet ta’ Ipeľské Predmostie, Veľká nad Ipľom, Hrušov, Kleňany, Sečianky, |
|
— |
fid-distrett ta’ Levice, il-muniċipalitajiet ta’ Keť, Čata, Pohronský Ruskov, Hronovce, Želiezovce, Zalaba, Malé Ludince, Šalov, Sikenica, Pastovce, Bielovce, Ipeľský Sokolec, Lontov, Kubáňovo, Sazdice, Demandice, Dolné Semerovce, Vyškovce nad Ipľom, Preseľany nad Ipľom, Hrkovce, Tupá, Horné Semerovce, Hokovce, Slatina, Horné Turovce, Veľké Turovce, Šahy, Tešmak, Plášťovce, Ipeľské Uľany, Bátovce, Pečenice, Jabloňovce, Bohunice, Pukanec, Uhliská, |
|
— |
fid-distrett ta’ Krupina, il-muniċipalitajiet ta’ Dudince, Terany, Hontianske Moravce, Sudince, Súdovce, Lišov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Ružomberok, |
|
— |
fir-reġjuna ta’ Turčianske Teplice, il-muniċipalitajiet ta’ Turček, Horná Štubňa, Čremošné, Háj, Rakša, Mošovce, |
|
— |
fid-distrett ta’ Martin, il-muniċipalitajiet ta’ Blatnica, Folkušová, Necpaly, |
|
— |
fid-distrett ta’ Dolný Kubín, il-muniċipalitajiet ta’ Kraľovany, Žaškov, Jasenová, Vyšný Kubín, Oravská Poruba, Leštiny, Osádka, Malatiná, Chlebnice, Krivá, |
|
— |
fid-distrett ta’ Tvrdošín, il-muniċipalitajiet ta’ Oravský Biely Potok, Habovka, Zuberec, |
|
— |
fid-distrett ta’ Žarnovica, il-muniċipalitajiet ta’ Rudno nad Hronom, Voznica, Hodruša-Hámre, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Žiar nad Hronom, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona II. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Italja:
|
Ir-Reġjun tal-Piemonte:
|
|
Ir-reġjun tal-Liguria:
|
|
Ir-reġjun tal-Emilia-Romagna:
|
|
Ir-reġjun tal-Lombardia:
|
|
Ir-reġjun tal-Lazio:
|
|
Ir-reġjun ta’ Sardinia
|
10. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
|
Ir-reġjun ta’ Liberec:
|
PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Haskovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Yambol, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Stara Zagora, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pernik, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kyustendil, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Plovdiv, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pazardzhik, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Smolyan, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Dobrich, |
|
— |
ir-reġjun kollu tal-belt ta’ Sofija, |
|
— |
ir-reġjun kollu tal-Provinċja ta’ Sofija, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Blagoevgrad, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Razgrad, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kardzhali, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Burgas, |
|
— |
the whole region of Varna excluding the areas in Part III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Silistra, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Ruse, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Veliko Tarnovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pleven, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Targovishte, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Shumen, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sliven, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vidin, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Gabrovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Lovech, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Montana, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vratza. |
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Aizkraukles novads, |
|
— |
Alūksnes novads, |
|
— |
Augšdaugavas novads, |
|
— |
Ādažu novads, |
|
— |
Balvu novads, |
|
— |
Bauskas novads, |
|
— |
Cēsu novads, |
|
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas, Priekules, Gramzdas, Kalētu, Virgas, Dunikas, Vaiņodes, Gaviezes, Rucavas, Vērgales, Medzes pagasts, Nīcas pagasta daļa uz dienvidiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Embūtes pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa P116, P106, autoceļa no apdzīvotas vietas Dinsdurbe, Kalvenes pagasta daļa uz rietumiem no ceļa pie Vārtājas upes līdz autoceļam A9, uz dienvidiem no autoceļa A9, uz rietumiem no autoceļa V1200, Kazdangas pagasta daļa uz rietumiem no ceļa V1200, P115, P117, V1296, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules pilsēta, |
|
— |
Dobeles novads, |
|
— |
Gulbenes novads, |
|
— |
Jelgavas novads, |
|
— |
Jēkabpils novads, |
|
— |
Krāslavas novads, |
|
— |
Kuldīgas novada Alsungas, Gudenieku, Kurmāles, Rendas, Kabiles, Vārmes, Pelču, Snēpeles, Turlavas, Ēdoles, Īvandes, Rumbas, Padures pagasts, Laidu pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V1296, Kuldīgas pilsēta, |
|
— |
Ķekavas novads, |
|
— |
Limbažu novads, |
|
— |
Līvānu novads, |
|
— |
Ludzas novads, |
|
— |
Madonas novads, |
|
— |
Mārupes novads, |
|
— |
Ogres novads, |
|
— |
Olaines novads, |
|
— |
Preiļu novads, |
|
— |
Rēzeknes novads, |
|
— |
Ropažu novada Garkalnes, Ropažu pagasts, Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, Vangažu pilsēta, |
|
— |
Salaspils novads, |
|
— |
Saldus novads, |
|
— |
Saulkrastu novads, |
|
— |
Siguldas novads, |
|
— |
Smiltenes novads, |
|
— |
Talsu novads, |
|
— |
Tukuma novads, |
|
— |
Valkas novads, |
|
— |
Valmieras novads, |
|
— |
Varakļānu novads, |
|
— |
Ventspils novads, |
|
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Alytaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
|
— |
Birštono savivaldybė, |
|
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
|
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
|
— |
Druskininkų savivaldybė, |
|
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
|
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Juodaičių, Seredžiaus, Smalininkų ir Viešvilės seniūnijos, |
|
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
|
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė: Kazlų Rūdos seniūnija, išskyrus vakarinė dalis iki kelio 2602 ir 183, Plutiškių seniūnija, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Kelmės, Kražių, Liolių, Tytuvėnų, Tytuvėnų apylinkių, Pakražančio ir Vaiguvos seniūnijos, |
|
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Judrėnų, Endriejavo ir Veiviržėnų seniūnijos, |
|
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė: Alantos, Balninkų, Čiulėnų, Inturkės, Joniškio, Luokesos, Mindūnų, Suginčių ir Videniškių seniūnijos, |
|
— |
Pagėgių savivaldybė, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
|
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Rietavo savivaldybė, |
|
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
|
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
|
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybė, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė: Kriūkų, Lekėčių ir Lukšių seniūnijos, |
|
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė: Ginkūnų, Gruzdžių, Kairių, Kužių, Meškuičių, Raudėnų, Šakynos ir Šiaulių kaimiškosios seniūnijos, |
|
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė: Čiobiškio, Gelvonų, Jauniūnų, Kernavės, Musninkų ir Širvintų seniūnijos, |
|
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
|
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
|
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
|
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
|
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė: Deltuvos, Lyduokių, Pabaisko, Pivonijos, Siesikų, Šešuolių, Taujėnų, Ukmergės miesto, Veprių, Vidiškių ir Žemaitkiemo seniūnijos, |
|
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
|
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė: Avižienių, Bezdonių, Buivydžių, Dūkštų, Juodšilių, Kalvelių, Lavoriškių, Maišiagalos, Marijampolio, Medininkų, Mickūnų, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Nemėžio, Pagirių, Riešės, Rudaminos, Rukainių, Sudervės, Sužionių, Šatrininkų ir Zujūnų seniūnijos, |
|
— |
Visagino savivaldybė, |
|
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952150, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953950, 954050, 954060, 954150, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Hajdú-Bihar megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Heves megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750250, 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751250, 751260, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 751850, 751950, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye: 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Nógrád megye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 577250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
id-distrett kollu ta’ Gelnica għajr muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Poprad |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Spišská Nová Ves, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Levoča, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Kežmarok |
|
— |
fid-distrett kollu ta’ Michalovce għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Košice-okolie, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Rožnava, |
|
— |
il-belt kollha ta’ Košice, |
|
— |
fid-distrett ta’ Sobrance: Remetské Hámre, Vyšná Rybnica, Hlivištia, Ruská Bystrá, Podhoroď, Choňkovce, Ruský Hrabovec, Inovce, Beňatina, Koňuš, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Vranov nad Topľou, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Humenné għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Snina, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Prešov għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Sabinov għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Svidník, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Stropkov għajr muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Bardejov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Stará Ľubovňa, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Revúca, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Rimavská Sobota, |
|
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet kollha mhux inklużi fil-parti I, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Lučenec, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Poltár, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Zvolen, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Detva, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Krupina, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona I, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Stiavnica, |
|
— |
fid-distrett ta’ Žiar nad Hronom il-muniċipalitajiet ta’ Hronská Dúbrava, Trnavá Hora, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Bystica, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Brezno, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Liptovsky Mikuláš, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Trebišov. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
|
Ir-Reġjun tal-Piemonte:
|
|
Ir-reġjun tal-Liguria:
|
|
Ir-reġjun tal-Lazio:
|
|
Sardinia Region:
|
10. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
|
Ir-reġjun ta’ Liberec:
|
PARTI III
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
fir-reġjun ta’ Blagoevgrad:
|
|
— |
ir-reġjun ta’ Pazardzhik:
|
|
— |
fir-reġjun ta’ Plovdiv
|
|
— |
fir-reġjun ta’ Varna:
|
2. L-Italja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Italja:
|
Sardinia Region:
|
3. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada Embūtes pagasta daļa uz ziemeļiem autoceļa P116, P106, autoceļa no apdzīvotas vietas Dinsdurbe, Kalvenes pagasta daļa uz austrumiem no ceļa pie Vārtājas upes līdz autoceļam A9, uz ziemeļiem no autoceļa A9, uz austrumiem no autoceļa V1200, Kazdangas pagasta daļa uz austrumiem no ceļa V1200, P115, P117, V1296, |
|
— |
Kuldīgas novada Rudbāržu, Nīkrāces, Raņķu, Skrundas pagasts, Laidu pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V1296, Skrundas pilsēta. |
4. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Jurbarko miesto seniūnija, Girdžių, Jurbarkų Raudonės, Skirsnemunės, Veliuonos ir Šimkaičių seniūnijos, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė: Dubingių ir Giedraičių seniūnijos, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė: Sasnavos ir Šunskų seniūnijos, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė: Barzdų, Gelgaudiškio, Griškabūdžio, Kidulių, Kudirkos Naumiesčio, Sintautų, Slavikų, Sudargo, Šakių, Plokščių ir Žvirgždaičių seniūnijos. |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė: Antanavos, Jankų ir Kazlų Rūdos seniūnijos: vakarinė dalis iki kelio 2602 ir 183, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Kelmės apylinkių, Kukečių, Šaukėnų ir Užvenčio seniūnijos, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė: Gižų, Kybartų, Klausučių, Pilviškių, Šeimenos ir Vilkaviškio miesto seniūnijos. |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė: Alionių ir Zibalų seniūnijos, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė: Bubių, Kuršėnų kaimiškoji ir Kuršėnų miesto seniūnijos, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė: Želvos seniūnija, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė: Paberžės seniūnija. |
5. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
6. Ir-Rumanija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:
|
— |
Zona orașului București, |
|
— |
Județul Constanța, |
|
— |
Județul Satu Mare, |
|
— |
Județul Tulcea, |
|
— |
Județul Bacău, |
|
— |
Județul Bihor, |
|
— |
Județul Bistrița Năsăud, |
|
— |
Județul Brăila, |
|
— |
Județul Buzău, |
|
— |
Județul Călărași, |
|
— |
Județul Dâmbovița, |
|
— |
Județul Galați, |
|
— |
Județul Giurgiu, |
|
— |
Județul Ialomița, |
|
— |
Județul Ilfov, |
|
— |
Județul Prahova, |
|
— |
Județul Sălaj, |
|
— |
Județul Suceava |
|
— |
Județul Vaslui, |
|
— |
Județul Vrancea, |
|
— |
Județul Teleorman, |
|
— |
Judeţul Mehedinţi, |
|
— |
Județul Gorj, |
|
— |
Județul Argeș, |
|
— |
Judeţul Olt, |
|
— |
Judeţul Dolj, |
|
— |
Județul Arad, |
|
— |
Județul Timiș, |
|
— |
Județul Covasna, |
|
— |
Județul Brașov, |
|
— |
Județul Botoșani, |
|
— |
Județul Vâlcea, |
|
— |
Județul Iași, |
|
— |
Județul Hunedoara, |
|
— |
Județul Alba, |
|
— |
Județul Sibiu, |
|
— |
Județul Caraș-Severin, |
|
— |
Județul Neamț, |
|
— |
Județul Harghita, |
|
— |
Județul Mureș, |
|
— |
Județul Cluj, |
|
— |
Județul Maramureş. |
7. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
Id-distrett kollu ta’ Vranov u Topľou, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Humenné: Lieskovec, Myslina, Humenné, Jasenov, Brekov, Závadka, Topoľovka, Hudcovce, Ptičie, Chlmec, Porúbka, Brestov, Gruzovce, Ohradzany, Slovenská Volová, Karná, Lackovce, Kochanovce, Hažín nad Cirochou, Závada, Nižná Sitnica, Vyšná Sitnica, Rohožník, Prituľany, Ruská Poruba, Ruská Kajňa, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Michalovce: Strážske, Staré, Oreské, Zbudza, Voľa, Nacina Ves, Pusté Čemerné, Lesné, Rakovec nad Ondavou, Petrovce nad Laborcom, Trnava pri Laborci, Vinné, Kaluža, Klokočov, Kusín, Jovsa, Poruba pod Vihorlatom, Hojné, Lúčky,Závadka, Hažín, Zalužice, Michalovce, Krásnovce, Šamudovce, Vŕbnica, Žbince, Lastomír, Zemplínska Široká, Čečehov, Jastrabie pri Michalovciach, Iňačovce, Senné, Palín, Sliepkovce, Hatalov, Budkovce, Stretava, Stretávka, Pavlovce nad Uhom, Vysoká nad Uhom, Bajany, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Gelnica: Hrišovce, Jaklovce, Kluknava, Margecany, Richnava, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Sabinov: Daletice, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Prešov: Hrabkov, Krížovany, Žipov, Kvačany, Ondrašovce, Chminianske Jakubovany, Klenov, Bajerov, Bertotovce, Brežany, Bzenov, Fričovce, Hendrichovce, Hermanovce, Chmiňany, Chminianska Nová Ves, Janov, Jarovnice, Kojatice, Lažany, Mikušovce, Ovčie, Rokycany, Sedlice, Suchá Dolina, Svinia, Šindliar, Široké, Štefanovce, Víťaz, Župčany, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Medzilaborce, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Stropkov: Havaj, Malá Poľana, Bystrá, Mikové, Varechovce, Vladiča, Staškovce, Makovce, Veľkrop, Solník, Korunková, Bukovce, Krišľovce, Jakušovce, Kolbovce, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Svidník: Pstruša, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Zvolen: Očová, Zvolen, Sliač, Veľká Lúka, Lukavica, Sielnica, Železná Breznica, Tŕnie, Turová, Kováčová, Budča, Hronská Breznica, Ostrá Lúka, Bacúrov, Breziny, Podzámčok, Michalková, Zvolenská Slatina, Lieskovec, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Banská Bystrica: Sebedín-Bečov, Čerín, Dúbravica, Oravce, Môlča, Horná Mičiná, Dolná Mičiná, Vlkanová, Hronsek, Badín, Horné Pršany, Malachov, Banská Bystrica, |
|
— |
The whole district of Sobrance except municipalities included in zone II. |