2007D0868 — MT — 30.04.2008 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445/KE (ĠU L 340, 22.12.2007, p.100) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 116 |
23 |
30.4.2008 |
||
|
L 116 |
25 |
30.4.2008 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007
li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445/KE
(2007/868/KE)
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/445/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu ( 2 ), u li tistabbilixxi l-lista aġġornata ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-Kunsill ipprovda lil kull persuna, kull grupp u kull entità li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b’dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet fejn fisser ir-raġunijiet għaliex huma ġew elenkati fid-Deċiżjoni 2007/445/KE. |
|
(3) |
B’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2007 ( 3 ), il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fid-Deċiżjoni 2007/445/KE li hu ddeċida li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati li kienet possibbli li tintalab id-dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fuq il-lista (fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom). |
|
(4) |
Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament. F’dan ir-rigward, huwa ħa kont ta’ osservazzjonijiet ppreżentati lill-Kunsill minn dawk konċernati. |
|
(5) |
Wara din ir-reviżjoni, il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni kienu involuti f’atti terroristiċi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu ( 4 ), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001. |
|
(6) |
Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2007/445/KE hija hawnhekk imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Hija għandha jkollha effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.
ANNESS
Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
1. PERSUNI
1. ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
2. ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
▼M1 —————
4. AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija
5. AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija
6. AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija
▼M1 —————
8. ARIOUA, Azzedine imwieled fl-20.11.1960 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
9. ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
10. ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
11. ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
12. ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu
▼M1 —————
14. BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”)
15. DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
16. DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
17. EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”)
18. EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il-11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija
▼M1 —————
21. FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
▼M1 —————
23. IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu
24. LASSASSI, Saber (magħruf ukoll bħala Mimiche) imwieled fit-30.11.1970 f’Konstantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
25. MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555
26. MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
27. MUGHNIYAH, Imad Fa'iz (magħruf ukoll bħala MUGHNIYAH, Imad Fayiz), Uffiċjal Anzjan tas-Servizzi Sigrieti tal-HEZBOLLAH, imwieled fis-7.12.1962 f’Tayr Dibba, (il-Libanu), passaport Nru 432298 (il-Libanu)
28. NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
29. RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
30. SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
31. SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
32. SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
33. ►M2 SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma), imwieled fit-8.2.1939 f’Cabugao (il-Filippini) – persuna li għandha rwol ċentrali fil-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż l-“NPA” ◄
34. TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)
35. WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”)
2. GRUPPI U ENTITAJIIET
1. L-Organizzazzjoni Abu Nidal (ANO), (magħrufa ukoll bħala l-Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah, il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab, Settembru l-Iswed, u l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti)
2. Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa
3. Al-Aqsa e.V.
4. Al-Takfir u al-Hijra
5. Aum Shinrikyo (magħruf ukoll bħala AUM, magħruf ukoll bħala Aum Verita Suprema, magħruf ukoll bħala Aleph)
6. Babbar Khalsa
7. ►M2 “Il-Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż in-“New Peoples Army” – “NPA”, il-Filippini, marbuta ma’ SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol ċentrali fil-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż l-“NPA”) ◄
8. Gama'a al-Islamiyya (Grupp Islamiku), (magħruf ukoll bħala Al-Gama'a al-Islamiyya, IG)
9. “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi”“IBDA-Ć” (Il-Front Kbir Islamiku tal-Ġellieda tal-Lvant)
10. Hamas (inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem)
11. Hizbul Mujahideen (HM)
12. Hofstadgroep
13. Il-Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp
14. Il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh (ISYF)
15. Kahane Chai (Kach)
16. Il-Forza Khalisan Zindabad (KZF)
17. Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), (magħruf ukoll bħala KADEK; magħruf ukoll bħala KONGRA-GEL)
18. Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam (LTTE)
19. L-Organizzazzjoni Mujahedin-e Khalq (MEK jew MKO) [minbarra l-“Kunsill Nazzjonali tar-Reżistenza ta’ l-Iran” (NCRI)] (magħrufa bħala L-Armata Nazzjonali ta’ Liberazzjoni ta’ l-Iran (NLA, il-fergħa militanti tal-MEK), il-Mujahedin tal-Poplu ta’ l-Iran (PMOI), is-Socjetà ta’ l-Istudenti Iranjani Musulmani)
20. L-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali (Ejército de Liberación Nacional)
21. Il-Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLF)
22. Il-Jihad Islamika Palestinjana (PIJ)
23. Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PFLP)
24. Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali, (magħruf ukoll bħala PFLP – Kmand Ġenerali)
25. “Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja (FARC)
26. “Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol)
27. It-Triq li Tiddi (SL) (Sendero Luminoso)
28. Stichting Al Aqsa (magħruf ukoll bħala Stichting Al Aqsa Nederland, magħruf ukoll bħala Al Aqsa Nederland)
29. TAK - Teyrbazen Azadiya Kurdistan, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”
30. Il-Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja (AUC) (Autodefensas Unidas de Colombia)
( 1 ) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2007/445/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 58.)
( 2 ) ĠU L 169, 29.6.2007, p. 58.
( 3 ) ĠU C 144, 29.6.2007, p. 1.
( 4 ) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.