23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/2430

tat-8 ta' Diċembru 2017

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntiera għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/2/2017)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK (1) tal-25 ta' Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah, (EU BAM Rafah), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah), inkluż b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-7 ta' Lulju 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EU BAM Rafah/1/2015 (2) li taħtar is-Sinjura Natalina CEA bħala l-Kap tal-Missjoni ta' EU BAM Rafah mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016.

(3)

Fl-4 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1193 (3) li testendi l-mandat ta' EUBAM Rafah sat-30 ta' Ġunju 2018.

(4)

Fil-11 ta' Lulju 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EU BAM Rafah/1/2016 (4), li testendi l-mandat tas-Sinjura Natalina CEA bħala l-Kap tal-Missjoni ta' EU BAM Rafah sat-30 ta' Ġunju 2018.

(5)

Fl-1 ta' Diċembru 2017, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Günther FREISLEBEN bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUBAM Rafah minflok is-Sinjura Natalina CEA mill-4 ta' Diċembru 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Günther FREISLEBEN huwa b'dan maħtur bħala l-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntiera għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) mill-4 ta' Diċembru 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EU BAM Rafah/1/2017 hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-4 ta' Diċembru 2017.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1128 tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2015) (ĠU L 184, 11.7.2015, p. 16).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1193 tal-4 ta' Lulju 2017 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 172, 5.7.2017, p. 12).

(4)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1280 tal-11 ta' Lulju 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal- Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2016) (ĠU L 184, 15.7.2017, p. 63).