<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTC.1001034101.case.xml"><NO.CASE>C-306/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0306</NO.CELEX><NO.SEQ>0030.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10343</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10358</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET CRUZ VILLALÓN — KAWŻA C-306/09</LEFT><RIGHT>B.</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Аvukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Cruz Villalón</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20100706">6 ta’ Lulju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża tqajjem kwistjoni relattiva għall-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/JHA, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2002/584/JHA, tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).</P></NOTE>, b’referenza għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ippronunzjati fil-kontumaċja fl-Istat Membru emittenti. Il-Cour constitutionnelle (qorti kostituzzjonali) (il-Belġju) essenzjalment jistaqsi, jekk, għall-fini ta’ konsenja ta’ persuna kkundannata fil-kontumaċja mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, il-mandat ta’ arrest għandux ikun ikkwalifikat bħala mandat ta’ arrest għall-finijiet tal-prosekuzzjoni jew aħjar għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja. Il-kwalifika tal-mandat f’sens jew l-ieħor hija ta’ importanza fundamentali peress li abbażi tat-tifsira letterali tad-Deċiżjoni Qafas ċċitata, f’każ, it-tip ta’ mandat jippermetti lill-Istat ta’ eżekuzzjoni li jissuġġetta l-konsenja għal ritorn eventwali tal-persuna involuta fit-territorju tagħha sabiex tkun tista tiskonta l-kundanna, mentri fil-każ l-ieħor jista’ jiġi meqjus li dan mhuwiex awtorizzat.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/JHA dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Deċiżjoni Qafas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tenfasizza, fil-preambolu, l-iskop ta’ dan l-istrument, kif ukoll tal-importanza biex jiġi ggarantit il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(5)</NO.P><TXT>L-għan stabbilit biex l-Unjoni ssir żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jwassal għall-abolizzjoni ta’ l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u li din tiġi sostitwita b’sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ sistema ssimplifikata ġdida ta’ konsenja ta’ persuni kkundannati jew suspettati għall-finijiet ta’ esekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali jew biex jiġu sottoposti għal azzjoni kriminali, jagħmilha possibbli li jitneħħew il-komplessità u l-potenzjal għad-dewmien inerenti fil-proċeduri preżenti ta’ l-estradizzjoni. Ir-relazzjonijiet tradizzjonali ta’ kooperazzjoni li eżistew s’issa bejn l-Istati Membri għandhom jiġu sostitwiti b’sistema ta’ moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali, li tkopri kemm deċiżjonijiet qabel ma tingħata s-sentenza kif ukoll dawk finali, fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><?PAGE NO="I-10344"?><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Il-mekkaniżmu tal-mandat ta’ arrest Ewropew hu bbażat fuq livell għoli ta’ kunfidenza bejn l-Istati Membri. L-implimentazzjoni tiegħu jista’ jiġi sospiż biss fil-każ ta’ ksur serju u persistenti minn wieħed mill-Istati Membri tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, determinat mill-Kunsill skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat imsemmi bil-konsegwenzi stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tiegħu.</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Kapitolu VI tiegħu. Xejn f’din id-Deċiżjoni Kwadru ma jista’ jiġi interpretat bħala projbizzjoni tat-tiċħid tal-konsenja ta’ persuna li għaliha nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew meta hemm raġunijiet biex jitwemmen, abbażi ta’ elementi oġġettivi, li l-mandat ta’ arrest imsemmi ġie maħruġ għall-fini ta’ l-issoktar ta’ l-azzjoni kriminali jew il-kastig ta’ persuna għal raġunijiet ta’ sess, razza, oriġini etnika, nazzjonalità, ilsien, opinjoni politika jew orjentazzjoni sesswali, jew li l-pożizzjoni ta’ dik il-persuna tista’ tiġi ppreġudikata għal kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet.</TXT><P>Din id-Deċiżjoni Kwadru ma twaqqafx lil Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu relatati mal-proċess ġust, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà ta’ l-istampa u l-libertà ta’ lespressjoni f’mezzi tax-xandir oħra.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas jiddefinixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew u jenfasizza l-importanza tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-persuni koperti minnha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mandat ta’ arrest Ewropew hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru bl-iskop ta’ l-arrest u l-konsenja minn Stat Membru ieħor ta’ persuna rikjesta, għall-finijiet tat-tmexxija ta’ azzjoni kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jesegwixxu kwalunkwe mandat ta’ arrest Ewropew abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Deċiżjoni Kwadru m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif imniżżla fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10345"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas jistipula r-raġunijiet għall-għażla tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni li għandu l-imħallef tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, li fosthom għandu jiġi enfasizzat dak ipprovdut fl-Artikolu 4(6):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni tista’ tirrifjuta li tesegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew ġie maħruġ għall-finijiet ta’ esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, fejn il-persuna rikjesta qed toqgħod fi, jew hi ċittadina jew residenta ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni u dak l-Istat jintrabat li jesegwixxi l-piena jew l-ordni ta’ detenzjoni skond il-liġi domestika tiegħu;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas jistabbilixxi l-garanziji li l-Istat Membru emittenti għandu jipprovdi u li, jekk ma jiġux rispettati, jistgħu jiġġustifikaw ir-rifjut tal-konsenja. Dwar dak li għandu x’jaqsam mal-iskopijiet ta’ dawn il-proċeduri, huwa neċessarju li tiġi enfasizzata l-parti li għandha x’taqsam mal-garanzija rilevanti għas-sentenzi deċiżi fil-kontumaċja, li taqra:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew mill-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni tista’, mil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni, tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fejn il-mandat ta’ arrest Ewropew inħareġ għall-finijiet ta’ l-eżekuzzjoni ta’ piena jew ordni ta’ detenzjoni imposta minn deċiżjoni mogħtija <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT> u jekk il-persuna kkonċernata ma ġietx imħarrka personalment jew infurmata b’mod ieħor bid-data u l-post tas-smigħ li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT>, il-konsenja tista’ tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-awtorità ġudizzjarja emittenti tagħti assigurazzjoni kkunsidrata adatta biex tiggarantixxi li l-persuna soġġetta għall-mandat ta’ arrest Ewropew ikollha opportunità biex tapplika għal kawża mill-ġdid fl-Istat Membru emittenti u li tkun preżenti għas-sentenza;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>fejn persuna li hi s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ azzjoni kriminali hi ċittadina jew residenta ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni, il-konsenja tista’ tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-persuna, wara li tkun instemat, tiġi ritornata lill-Istat Membru ta’ esekuzzjoni sabiex tiskonta hemmhekk il-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni mogħtija lilha fl-Istat Membru emittenti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10346"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju ttraspona d-Deċiżjoni Qafas 2002/584 fis-sistema legali nazzjonali permezz tal-liġi tad-<DATE ISO="20031219">19 ta’ Diċembru 2003</DATE>, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew, li l-iskop tiegħu huwa ddefinit fl-Artikolu 2(3), fit-termini segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>3. Il-mandat ta’ arrest Ewropew huwa deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn awtorità ġudizzjarja kompetenti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, imsejħa awtorità ġudizzjarja emittenti, fid-dawl tal-arrest u tal-konsenja mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, imsejħa awtorità tal-eżekuzzjoni, ta’ persuna mfittxija għall-iskop tal-eżerċizzju tal-prosekuzzjoni kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din il-liġi jintroduċi raġuni ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u li jgħid is-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għandu jiġi rrifjutat fil-każijiet segwenti:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>jekk ikunu jeżistu raġunijiet serji sabiex jitqies li l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew jipproduċi l-effett ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata, hekk kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fost ir-raġunijiet tal-għażla tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni, l-Artikolu 6 jiddisponi, fost l-oħrajn, is-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-eżekuzzjoni tista’ tiġi rrifjutata fil-każijiet segwenti:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew ikun inħareġ bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, meta l-persuna kkonċernata hija Belġjana jew tirrisjedi fil-Belġju u li l-awtoritajiet kompetenti Belġjani jimpenjaw ruħhom biex jeżegwixxu din il-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni b’mod konformi mal-liġi Belġjana.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-proċedura tal-konsenja lill-Istat ta’ eżekuzzjoni hija rregolata permezz tal-Artikolu 18(2) tal-liġi tat-<DATE ISO="19900523">23 ta’ Mejju 1990</DATE>, dwar it-trasferiment bejn Stati ta’ persuni kkundannati, il-konsenja u t-trasferiment tas-sorveljanza fuq persuni kkundannati b’piena sospiża kondizzjonali jew bi probation, kif ukoll il-konsenja u t-trasferiment tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi ta’ kustodja jew ordnijiet ta’ detenzjoni, li jiddisponi skont is-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Id-deċiżjoni ġudizzjarja adottata fl-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4) tal-liġi<?PAGE NO="I-10347"?> tad-<DATE ISO="20031219">19 ta’ Diċembru 2003</DATE>, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew, tieħu lura l-eżekuzzjoni tal-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni pprovduta f’din id-deċiżjoni ġudizzjarja. Il-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni tiġi eżegwita b’mod konformi għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-liġi tat-<DATE ISO="19900523">23 ta’ Mejju 1990</DATE> hu inkluż fil-Kapitolu VI, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[t]al-eżekuzzjoni fil-Belġju ta’ sentenzi ta’ kustodja u ordnijiet ta’ detenzjoni barra l-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-Artikolu 25 tal-istess liġi, li jaqra:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli V u VI mhumiex applikabbli għall-kundanni kriminali deċiżi fil-kontumaċja, minbarra l-każijiet li jinsabu fl-Artikolu 18(2), dejjem jekk huwa l-każ ta’ kundanna fil-kontumaċja li saret <HT TYPE="ITALIC">res iudicata</HT><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tal-liġi tat-<DATE ISO="19900523">23 ta’ Mejju 1990</DATE> ma jippermettix l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4) tal-liġi tal-2003, għall-proċedura ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ kundanna imposta permezz ta’ deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">,</HT> li kontriha l-kundannat jista’ jagħmel rikors li huwa qatt ma kien irrinunzja.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Rigward il-garanziji li l-Istat Membru emittenti għandu jirrispetta, fl-imsemmija liġi tal-2003 il-leġiżlatur Belġjan stabbilixxa s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew ġie maħruġ bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni imposti permezz ta’ deċiżjoni ppronunzjata fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">,</HT> u jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx ġiet notifikata personalment u lanqas ma ġiet b’mod ieħor informata bid-data u l-post tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni ppronunzjata fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">,</HT> il-konsenja hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-awtorità ġudizzjarja emittenti tipprovdi garanziji meqjusa suffiċjenti sabiex jiggarantixxu lill-persuni suġġetti għall-mandat ta’ arrest Ewropew il-possibbiltà li jitolbu smigħ mill-ġdid fl-Istat Membru emittenti u li jkunu preżenti fis-seduta.</P><P>L-eżistenza, fid-dritt tal-Istat Membru emittenti, ta’ dispożizzjoni li tipprovdi l-possibbiltà ta’ rikors u l-indikazzjoni ta’ kundizzjonijiet għat-tressiq tiegħu li minnhom jirriżulta li l-persuna kkonċernata tista’ effettivament tinvoka, jridu jiġu kkunsidrati garanziji suffiċjenti skont l-ewwel paragrafu<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-liġi tal-2003 jinkludi klawżola ta’ konsenja kondizzjonali applikabbli għall-mandati ta’ arrest maħruġa bil-għan ta’ prosekuzzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Meta l-persuna suġġetta għal mandat ta’ arrest Ewropew bil-għan ta’ prosekuzzjoni tkun Belġjana jew tirrisjedi fil-Belġju, il-konsenja tista’ tiġi suġġetta għall-kundizzjoni<?PAGE NO="I-10348"?> li din il-persuna, wara li tkun ġiet ġudikata, tiġi rritornata fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni sabiex tiskonta l-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni imposta fuqha mill-Istat emittenti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għal kawża u l-proċeduri quddiem il-qrati Belġjani</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>F’Ġunju 2000 it-Tribunalul Bucureşti (qorti tal-ewwel istanza ta’ Bukarest) ikkundanna lil I. B., ċittadin Rumen, għal erba’ snin ta’ reklużjoni għar-reat ta’ traffikar ta’ materjal nukleari u radjuattiv. Ġie stabbilit li għas-sentenza, ikkonfermata fl-appell f’April tal-2001, jiġi eżegwit is-sistema ta’ probation<HT TYPE="ITALIC">.</HT> Fil-<DATE ISO="20020115">15 ta’ Jannar 2002</DATE>, il-Curtea Supremă de Justiţie (qorti suprema tal-ġustizzja) (ir-Rumanija) kkonfermat il-piena imposta fuq I. B., u ddeċidiet li din il-piena trid tiġi skontata fil-ħabs. Din id-deċiżjoni mogħtija mill-Curtea Supremă de Justiţie ġiet ippronunzjata fil-kontumaċja mingħajr ma I. B. ġie informat personalment dwar id-data u l-post tas-seduta li tat lok għal din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>I. B. isostni li d-deċiżjonijiet ġudizzjarji suċċessivi ngħataw bi ksur gravi tal-garanziji proċedurali. I. B. jiddikjara li din iċ-ċirkustanza ġagħlitu jħalli pajjiżu u jistabbilixxi ruħu fil-Belġju, pajjiż li fih żamm mingħajr interruzzjoni r-residenza tiegħu sal-lum, mingħajr ma qatt skonta l-piena ta’ kustodja li kienet ġiet imposta fuqu.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060214">14 ta’ Frar 2006</DATE>, I. B. kiseb mill-awtoritajiet Belġjani permess ta’ residenza għal perijodu ta’ iktar minn tliet xhur. Barra minn hekk, mill-proċess jirriżulta li I. B. ilu jirrisjedi fil-Belġju sa mill-2002 flimkien ma’ martu u t-tlitt itfal tiegħu. Skont kif jinqara fir-rikors tar-rinviju, il-mara ta’ I. B. taħdem għal rasha u hija stabbilita fil-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, I. B. ġie mwaqqaf mill-pulizija Belġjana u ġie mqiegħed taħt arrest abbażi ta’ mandat tal-INTERPOL tal-<DATE ISO="20060210">10 ta’ Frar 2006</DATE>. Il-mandat kien jitlob it-twaqqif ta’ I. B. u l-konsenja tiegħu lill-awtoritajiet Rumeni, bil-għan li tiġi eżegwita s-sentenza deċiża mill-Curtea Supremă de Justiţie ta’ dak il-pajjiż, iċċitata iktar ’il fuq. Wara li nstema’ mill-maġistrat, I. B. tqiegħed taħt libertà provviżorja fit-12 ta’ Diċembru sakemm tingħata sentenza definittiva fir-rigward tal-konsenja tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE> it-Tribunalul Bucureşti ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew kontra I. B. bil-għan tal-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ erba’ snin ta’ reklużjoni imposta fuqu fir-Rumanija.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20071219">19 ta’ Diċembru 2007</DATE> I. B. ressaq talba ta’ ażil quddiem l-Uffiċju tal-barranin, li ntlaqgħat fil-<DATE ISO="20080311">11 ta’ Marzu 2008</DATE>. Minkejja dan, fis-7 ta’ Lulju tal-istess sena il-Commissariat Géneral aux Réfugiés et Apatrides (kummissarjat ġenerali għar-refuġjati u nies mingħajr stat) irrifjutat it-talba għall-ażil. Din l-aħħar deċiżjoni ġiet ikkontestata minn I. B.<?PAGE NO="I-10349"?> permezz ta’ rikors li għadu pendenti quddiem il-Conseil d’Etat (Kunsill tal-Istat).</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20080229">29 ta’ Frar 2008</DATE> il-prosekuzzjoni Belġjana ppreżentat quddiem it-tribunal de première instance de Nivelles (qorti tal-ewwel istanza ta’ Nivelles) (il-Belġju) talba għall-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-ġurisdizzjoni Rumena. Fit-22 ta’ Lulju tal-istess sena din il-qorti ddikjarat li l-mandat kien jissodisfa l-kriterji kollha stipulati mil-liġi. Madankollu, l-imħallef osserva li l-konsenja tal-persuna kkonċernata ġiet mitluba bil-għan li teżegwixxi deċiżjoni ġudizzjarja ppronunzjata fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">,</HT> u li għadha mhux definittiva. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, l-imħallef inkwistjoni osserva li, skont il-liġi proċedurali Rumena, I. B., peress li kien ġie kkundannat fil-kontumaċja, għandu d-dritt li jiġi ġġudikat mill-ġdid mill-organu li kien ġie investit bil-kawża fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>It-tribunal de première instance de Nivelles ġewh xi dubji dwar il-kwalifikazzjoni tal-mandat ta’ arrest maħruġ mill-imħallef Rumen. Minn naħa, din it-talba tista’ tiġi meqjusa bħala mandat dirett għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja, konkretement, dik imposta fl-2002 u mbagħad ikkonfermata mill-Curtea Supremă de Justiţie. Min-naħa l-oħra, u peress li I. B. għandu d-dritt għal smigħ mill-ġdid, peress li ġie kkundannat fil-kontumaċja, it-talba inkwistjoni tista’ tiġi meqjusa bħala mandat dirett għall-eżerċizzju tal-prosekuzzjoni. Il-kwalifikazzjoni tal-mandat fl-ewwel jew fit-tieni tifsira tipproduċi konsegwenzi rilevanti, jekk jiġi meqjus mandat dirett għall-eżekuzzjoni ta’ piena, I. B. ma jkunx jista’ jitlob li jiskonta l-piena ta’ kustodja fil-Belġju, peress li ma tkunx eżekuzzjoni ta’ sentenza definittiva. Għall-kuntrarju, jekk ikun mandat maħruġ bil-għan tal-eżerċizzju ta’ prosekuzzjoni, l-awtoritajiet Belġjani jistgħu jissuġġettaw il-konsenja għal ritorn suċċessiv ta’ I. B. fil-Belġju, il-pajjiż tar-residenza tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Din il-qorti qieset li dan kien mandat maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja, u għaldaqstant ma sab l-ebda bażi legali biex jiġġustifika rifjut tal-eżekuzzjoni jew biex jissuġġetta din tal-aħħar għar-ritorn suċċessiv tal-persuna kkonċernata fil-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Dawn id-dubji bbażati fuq interpretazzjoni sistematika tal-liġi Belġjana, li fuqhom hija bbażata l-eċċezzjoni ta’ inkostituzzjonalità mressqa mit-tribunal de première instance de Nivelles quddiem il-Cour constitutionnelle, u tgħid is-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Jekk l-Artikolu 8 tal-liġi tad-<DATE ISO="20031219">19 ta’ Diċembru 2003</DATE>, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew, interpretat fis-sens li jiġi applikat biss lill-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ bil-għan ta’ prosekuzzjoni u mhux maħruġ bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, jikser l-Artikoli 10 u 11 tal-Kostituzzjoni, fil-parti li fiha tostakola l-konsenja lill-awtorità ġudizzjarja emittenti ta’ persuna ta’ nazzjonalità Belġjana jew residenti fil-Belġju u suġġett għal mandat ta’ arrest Ewropew bil-għan ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja imposta permezz ta’ deċiżjoni ppronunzjata fil-kontumaċja kontrih tkun issuġġettata għall-kundizzjoni li wara li jiġi ppreżentat rikors kontra tali deċiżjoni u wara li bbenifika minn smigħ mill-ġdid, li fuqu l-awtorità ġudizzjarja emittenti kellha tipprovdi garanziji meqjusa<?PAGE NO="I-10350"?> suffiċjenti skont l-Artikolu 7 ta’ din il-liġi, il-persuna inkwistjoni tiġi rritornata fil-Belġju sabiex tiskonta l-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni imposta fuqha mill-Istat emittenti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Cour constitutionnelle qieset li din il-kwistjoni kienet titratta dwar materja li, essenzjalment, kienet tinħtieġ interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584. Meta semgħet il-partijiet waqt il-proċeduri inċidentali ta’ kostituzzjonalità msemmija, dan l-organu ġudizzjarju ddeċieda li jagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju tal-Cour constitutionnelle ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20090731">31 ta’ Lulju 2009</DATE>, u tagħmel id-domandi segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1)</NO.P><TXT>Il-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-iskopijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT> mingħajr ma l-persuna kkundannata tkun ġiet informata bid-data u l-post tas-seduta, u kontra liema din il-persuna għad għandha rimedju, għandu jiġi kkunsidrat mhux bħala mandat ta’ arrest għall-iskopijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, skont l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Qafas […], iżda bħala mandat ta’ arrest għall-iskopijiet ta’ prosekuzzjoni, skont l-Artikolu 5(3) tal-istess Deċiżjoni Qafas?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 4(6) u 5(3) tal-istess Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati bħala li ma jippermettux lill-Istati Membri li jissuġġettaw il-kunsinna lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat li joħroġ il-mandat ta’ persuna residenti fit-territorju tagħhom, li hija s-suġġett, fiċ-ċirkustanzi deskritti fl-ewwel domanda, ta’ mandat ta’ arrest għall-iskopijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, għall-kundizzjoni li din il-persuna tintbagħat lura fl-Istat ta’ eżekuzzjoni sabiex hemmhekk tiskonta s-sentenza ta’ kustodja jew l-ordni ta’ detenzjoni mogħtija b’mod definittiv fil-konfront tagħha fl-Istat li joħroġ il-mandat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda, dawn l-istess Artikoli jiksru l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod iktar speċifiku, il-prinċipju ta’ ugwaljanza u nondiskriminazzjoni?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-10351"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 3 u 4 tal-istess Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru milli jirrifjutaw l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew jekk hemm raġunijiet validi sabiex jiġi maħsub li l-eżekuzzjoni tiegħu jkollha l-effett li tikser id-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata, kif stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub I. B. il-Gvernijiet tal-Belġju, tal-Ġermanja, tal-Awstrija, tal-Polonja, tal-Isvezja u tar-Renju Unit, kif ukoll il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta li saret fil-<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE>, ressqu osservazzjonijiet orali l-Gvernijiet tal-Belġju u tal-Isvezja, kif ukoll il-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Din il-kawża tqajjem kwistjoni dwar l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584. Il-Cour constitutionnelle enfasizzat li d-Deċiżjoni Qafas iċċitata tista’ tiġi interpretata fis-sens li persuna kkundannata fil-kontumaċja fi Stat Membru tista’ tiġi miċħuda mill-possibbiltà li l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jissuġġetta l-konsenja tiegħu għal ritorn suċċessiv f’dan l-Istat Membru, bil-għan li tiġi skontata l-piena ta’ kustodja fit-territorju ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Dan ir-riżultat huwa frott is-segwenti interpretazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 tawtorizza lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew jekk dan ikun inħareġ mill-Istat Membru emittenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>bl-iskop tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jekk il-persuna mfittxija tkun tgħix fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, kemm jekk ċittadin kif ukoll jekk residenti. F’dan il-każ, u jekk l-Istat Membru jimpenja ruħu biex jeżegwixxi hu stess din il-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, l-imħallef kompetenti jista’ jirrifjuta li jeżegwixxi l-mandat. Din hija, skont it-termini tad-Direttiva Qafas, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>raġuni ta’ għażla ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas jipprovdi serje ta’ garanziji li l-imħallfin emittenti għandhom jirrispettaw jekk iridu li d-deċiżjonijiet tagħhom jiġu eżegwiti b’mod konformi mal-proċeduri stabbiliti mid-Deċiżjoni Qafas 2002/584. Fost l-oħrajn, għandha tiġi enfasizzata l-garanzija pprovduta fl-Artikolu 5(1), li tippermetti li l-konsenja tiġi ssuġġettata għal kundizzjoni jekk, il-piena ta’ kundanna tal-akkużat hija ppronunzjata fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">,</HT> l-awtorità ġudizzjarja emittenti ma tagħtix garanzija meqjusa suffiċjenti sabiex jiżguraw<?PAGE NO="I-10352"?> lill-persuna suġġetta għall-mandat il-possibbiltà li titlob proċeduri ġodda<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Huwa opportun li jiġi osservat li din id-dispożizzjoni ġiet imħassra u ssostitwita permezz tal-Artikolu 4a, introdott mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b’hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> B’mod analogu, l-Artikolu 5(3) iżid li l-konsenja tista’ wkoll tiġi kkundizzjonata meta jiġi maħruġ mandat ta’ arrest bl-iskop ta’ prosekuzzjoni u l-persuna kkonċernata tkun ċittadina jew residenta tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni. F’din l-ipoteżi, il-kundizzjoni timponi biss li l-Istat Membru emittenti jimpenja ruħu biex jirritorna l-persuna lill-Istat ta’ eżekuzzjoni sabiex tiskonta l-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni eventwalment ippronunzjati kontriha fl-Istat Membru emittenti.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-Deċiżjoni Qafas 2002/584, tħares, min-naħa, il-persuni li jkunu ċittadini jew residenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, bil-għan li tipproteġi r-rabta li torbothom ma’ territorju determinat. Finalment, din hija eċċezzjoni għall-mandat ta’ arrest ibbażata fuq il-ħarsien ta’ rabtiet affettivi determinati li jgħaqqdu persuna mal-ambjent l-iktar intimu tagħha, li tiffaċilita, ukoll, l-eventwali integrazzjoni mill-ġdid tiegħu. Min-naħa l-oħra, tiġi mħarsa wkoll il-persuna li tkun ġiet iġġudikata fil-kontumaċja mill-Istat Membru emittenti, kif, f’dan il-każ, il-konsenja hija ssuġġettata għall-garanzija li l-persuna kkonċernata tista’ tiġi ġġudikata mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Madankollu, kif enfasizza l-Conseil Contitutionnelle, il-konverġenza tal-għanijiet hawn fuq imsemmija tipproduċi riżultat inkoerenti. Dan jiġri meta tkun meħtieġa l-protezzjoni ta’ persuna li fl-istess ħin taqa’ taħt iż-żewġ ix-xenarji. Dan huwa preċiżament il-każ ta’ I. B.: ċittadin Rumen li jirrisjedi legalment u fforma nukleu tal-familja fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, il-Belġju, imma li jrid jidħol lura fir-Rumanija sabiex jeżegwixxi sentenza deċiża fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">,</HT> li huwa jikkontesta l-effetti tagħha u li qed jitlob smigħ ġdid li hu dovut lilu bid-dritt. F’dawn iċ-ċirkustanzi, x’tip ta’ mandat ħarġu l-awtoritajiet emittenti Rumeni? Huwa l-każ ta’ mandat maħruġ bl-iskop ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja, jew huwa mandat bl-iskop ta’ prosekuzzjoni? Jista’ jkun tal-ewwel tip, imma f’dan il-każ l-imħallfin Belġjani ma jkunux espressament awtorizzati, la mid-Deċiżjoni Qafas u lanqas mil-liġi nazzjonali tagħhom, biex jissuġġettaw il-konsenja ta’ I. B. għall-kundizzjoni li I. B. bħala l-persuna kkonċernata jiġi eventwalment irritornat il-Belġju sabiex jiskonta f’dan il-pajjiż il-kundanna mogħtija lilu.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-impossibbiltà għall-imħallfin Belġjani biex jissuġġettaw il-konsenja għar-ritorn suċċessiv ta’ I. B. sabiex jiskonta l-piena ta’ kustodja fl-Istat tar-residenza tiegħu hija preċiżament il-konsegwenza li tiġi diskussa kemm mit-tribunal de première instance de Nivelles kif ukoll mil-Cour constitutionnelle.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10353"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Dwar l-ewwel u t-tieni domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda l-Cour constitutionnelle talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tistabbilixxi jekk mandat maħruġ bl-iskop tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza deċiża fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">,</HT> li n-natura definittiva tagħha tista’ tiġi mistoqsija minħabba l-eżerċizzju tad-dritt li jintalab smigħ ġdid, jikkostitwixxix mandat dirett lejn l-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew mandat maħruġ għall-eżerċizzju tal-prosekuzzjoni. Min-naħa l-oħra, permezz tat-tieni domanda qed jiġi mistoqsi jekk, fil-każ li dak maħruġ mill-awtoritajiet Rumeni kien mandat dirett lejn l-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja, it-tribunal de première instance de Nivelles ikun awtorizzat, abbażi tad-Deċiżjoni Qafas, biex il-konsenja ta’ I. B. tiġi ssuġġettata għall-kundizzjoni li huwa jiġi rritornat lill-Istat ta’ eżekuzzjoni biex jeżegwixxi f’dan il-pajjiż il-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni li jkunu eventwalment mogħtija lilu permezz ta’ deċiżjoni definittiva tal-Istat Membru emittenti.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Minkejja l-fatt li dawn id-domandi jidhru li għandhom x’jaqsmu ma’ mistoqsijiet differenti, inqis li nista’ nifformula risposta konġunta. Kif se nesponi ’l quddiem, il-qofol ta’ din il-kwistjoni tikkonsisti fl-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas, meta mandat ta’ arrest ikollu l-iskop li jibgħat persuna lura lejn l-Istat Membru emittenti, fejn tkun se tiġi ssuġġettata għal proċeduri ġodda. Il-kwalifikazzjoni speċifika tal-mandat hija kwistjoni sekondarja, peress li, kif se nuri fil-paragrafi li jmiss, id-Deċiżjoni Qafas tista’ tiġi interpretata b’mod tali li f’kull każ jiżgura li l-persuna tista’ tagħmel użu mill-garanziji kkonferiti fuqha mid-dispożizzjonijiet imsemmija, jiġifieri r-rifjut tal-konsenja jew il-konsenja kkundizzjonata, irrispettivament mid-dehra formali tal-mandat ta’ arrest.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Bħala punt ta’ tluq huwa meħtieġ li jiġi enfasizzat li d-Deċiżjoni Qafas għandha bħala għan li tibdel is-sistema ta’ estradizzjoni multilaterali bejn l-Istati Membri b’sistema ta’ konsenja bejn awtoritajiet ġudizzjarji ta’ persuni li kontrihom tkun ingħatat sentenza jew li huma ssuspettati għall-iskopijiet ta’ eżekuzzjoni jew ta’ prosekuzzjoni, fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, Advocaten voor de Wereld (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-303/05" PAGE.ECR="I-3633" YEAR="2007">C-303/05, Ġabra p. I-3633</REF.DOC.ECR>, punt 28).</P></NOTE>. B’dan il-għan, l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Qafas, jiddikjara li l-Istati Membri għandhom jeżegwixxu kwalunkwe mandat ta’ arrest Ewropew abbażi tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ din il-premessa, il-Qorti tal-Ġustizzja setgħet tiddikjara li kull liġi nazzjonali li tillimita r-raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[tkun qegħdha] sempliċement isaħħaħ is-sistema ta’ konsenja stabbilita minn din id-[D]eċiżjoni [Q]afas favur spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Wolzenburg (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-123/08" PAGE.ECR="I-9621" YEAR="2009">C-123/08, Ġabra p. I-9621</REF.DOC.ECR>, punt 58).</P></NOTE> Dan ifisser li iżjed ma tkun żgħira s-setgħa diskrezzjonali attribbwita mil-leġiżlatur nazzjonali lill-imħallfin tiegħu sabiex jiddeċiedu li ma jinfurzawx mandat ta’ arrest Ewropew, iżjed tissaħħaħ is-sistema ta’ kooperazzjoni istitwita mid-Deċiżjoni Qafas. Skont il-kliem tal-Qorti<?PAGE NO="I-10354"?> tal-Ġustizzja: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>billi tillimita s-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tirrifjuta li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew, tali leġiżlazzjoni sempliċement tiffaċilità l-konsenja tal-persuni mfittxija, inkonformità mal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku stabbilit fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, liema prinċipju huwa r-regola essenzjali stabbilita minn din tal-aħħar.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza Wolzenbrug, iċċitata iktar ’il fuq (punt 59).</P></NOTE></TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-analiżi tal-ftit ġurisprudenza eżistenti s’issa f’dan il-qasam tistieden għalhekk sabiex wieħed jikkonkludi li l-Istati Membri għandhom jinterpretaw restrittivament ir-raġunijiet tal-għażla tan-nuqqas ta’eżekuzzjoni pprovduti mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas, kif ukoll il-garanziji dovuti skont l-Artikolu 5 tiegħu. B’dan il-mod, kull interpretazzjoni estensiva li twassal biex tiġi estiża kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni, bħal dik fl-Artikolu 5(3), ipprovduta għall-mandati ta’ arrest maħruġa bil-għan ta’ prosekuzzjoni, il-mandati maħruġa bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, għandha tiġi eskluża.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Dan l-argument huwa msaħħaħ mit-test letterali tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Qafas, li jippermetti lill-ġurisdizzjoni tal-eżekuzzjoni tissuġġetta l-konsenja għall-kundizzjoni li persuna kkundannata fil-kontumaċja għandha d-dritt għal smigħ ġdid. Din id-dispożizzjoni tiġbor il-ġurisprudenza f’din il-materja deċiża mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, fost l-oħrajn, sentenzi Goddi vs L-Italja, tad-<DATE ISO="19840409">9 ta’ April 1984</DATE>, punt 27; Ekbatani vs L-Isvezja, tas-<DATE ISO="19880526">26 ta’ Mejju 1988</DATE>, punt 25; Pfeifer u Plankl vs L-Awstrija, tal-<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE>, punt 37, Van Geyseghem vs Il-Belġju, tal-<DATE ISO="19990121">21 ta’ Jannar 1999</DATE>, punt 34, u Poitrimol vs Franza, tat-<DATE ISO="20031123">23 ta’ Novembru 2003</DATE>, punt 31.</P></NOTE> u tkun adatta biex tiżgura r-rispett għall-garanziji ta’ persuna bħal I. B., fil-limiti li fihom hija kkonferita lill-persuna kkonċernata l-possibbiltà li terġa’ tiġi mismugħha mill-ġdid bil-garanziji kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Ma nistax nikkondividi din l-interpretazzjoni, minkejja l-fatt li hija tgawdi minn awtorità li ġejja mill-fedeltà għall-kelma tad-Deċiżjoni Qafas. Inqis, kuntrarjament, li ma tistax tintlaqgħa eċċezzjoni għad-dritt li wieħed jiskonta l-piena fl-Istat tar-residenza meta jiġu mitluba proċeduri ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huwa importanti li wieħed jenfasizza li fl-ebda okkażjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma affermat li r-raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni u ta’ ssuġġettar għal kundizzjonijiet ipprovduti, rispettivament, għall-Artikoli 4 u 5, tad-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv. Kuntrarjament, is-sentenza Wolzenburg iċċitata iktar ’il fuq, kienet espliċita minħabba r-riluttanza tagħha li timponi interpretazzjoni determinata ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u billi rrikonoxxiet saħansitra li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>fl-implementazzjoni [ta’<?PAGE NO="I-10355"?> dispożizzjoni bħall-Artikolu 4] l-Istati Membri neċessarjament għandhom <HT TYPE="ITALIC">marġini reali ta’ diskrezzjoni</HT><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza Wolzenburg, iċċitata iktar ’il fuq, punt 61 (il-korsiv huwa ta’ min qed jikteb).</P></NOTE>. Hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja mhux biss evitat li titkellem dwar interpretazzjoni restrittiva, imma lanqas ma rrikonoxxiet li l-Istati Membri jgawdu minn setgħa wiesgħa ta’ interpretazzjoni. Kuntrarjament, is-setgħa diskrezzjonali tagħhom hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>reali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, imma żgur mhux wiesgħa.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, u fid-dawl ta’ dak ipprovdut iktar ’il fuq, inqis li interpretazzjoni korretta tal-kontenut u tal-għanijiet tad-Deċiżjoni Qafas għandha tqis l-iskopijiet kollha mfittxija mit-test. Jekk huwa veru li r-rikonoxximent reċiproku huwa strument li jsaħħaħ l-ispazju ta’ sigurtà, libertà u ta’ ġustizzja, huwa daqstant ieħor minnu li l-ħarsien tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali jikkostitwixxu prijorità li jilleġittima l-eżistenza u l-iżvilupp ta’ dan l-ispazju. Id-Deċiżjoni Qafas tesprimi ruħha ripetutament f’dan is-sens fil-premessi 10, 12, 13 u 14 kif ukoll fl-Artikolu 1(3). Għalhekk, anki jekk l-Artikolu 5(1) isemmi garanzija rikonoxxuta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal dak li għandu x’jaqsam mas-sentenzi deċiżi fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">,</HT> irid ugwalment jiġi mfakkar li anki l-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas jirriflettu ħtieġa rikonoxxuta mill-Konvenzjoni Ewropea għall-ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll mill-ġurisprudenza ta’ din il-qorti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, fost l-oħrajn, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sentenzi Mehemi vs Franza, tas-<DATE ISO="19970926">26 ta’ Settembru 1997</DATE>, Ġabra tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet, 1997-VI, punt 34; Dalia vs Franza tad-<DATE ISO="19980219">19 ta’ Frar 1998</DATE>, Ġabra tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet<HT TYPE="ITALIC">,</HT> 1998-I, punt 52; Boultif vs L-Isvizzera, tat-<DATE ISO="20010702">2 ta’ Lulju 2001</DATE>, Ġabra tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet, 2001-IX, punti 39, 41 u 46; Sen vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, tal-<DATE ISO="20011221">21 ta’ Diċembru 2001</DATE>, punt 40; Amrollahi vs Id-Danimarka, tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, punti 33 sa 44, kif ukoll Slivenko vs Il-Litwanja, tad-<DATE ISO="20030909">9 ta’ Settembru 2003</DATE>, punt 94.</P></NOTE>. Il-possibbiltà li l-persuna kkundannata tista’ tiskonta l-piena fil-post fejn hija tkun stabbilixxiet ir-rabtiet personali u affettivi tagħha, hija garanzija derivata mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni li d-Deċiżjoni Qafas trid tirrifletti. B’mod analogu, huwa l-każ ta’ eċċezzjonijiet li jimmiraw ukoll sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[jippermettu] lill-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi tagħti importanza partikolari lill-possibbiltà li jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ integrazzjoni fis-soċjetà tal-persuna mfittxija meta tiġi skontata s-sentenza li għaliha din tal-aħħar tkun ġiet ikkundannata<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Kozłowski (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-66/08" PAGE.ECR="I-6041" YEAR="2008">C-66/08, Ġabra p. I-6041</REF.DOC.ECR>, punt 45) u Wolzenburg, iċċitata iktar ’il fuq (punt 62).</P></NOTE>, valur li f’xi Stati Membri jikkostitwixxi l-għan aħħari tal-liġi kriminali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, pereżempju, l-Artikolu 27(3) tal-Kostituzzjoni Taljana, kif ukoll l-Artikolu 25(2) tal-Kostituzzjoni Spanjola.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi interpretata d-Deċiżjoni Qafas fid-dawl tad-drittijiet fundamentali saret iktar urġenti wara d-dħul fis-seħħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li, fl-Artikolu 7, tħares<?PAGE NO="I-10356"?> id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, Carpenter (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-60/00" PAGE.ECR="I-6279" YEAR="2002">C-60/00, Ġabra p. I-6279</REF.DOC.ECR>, punt 38); tal-<DATE ISO="20020725">25 ta’ Lulju 2002</DATE>, MRAX (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-459/99" PAGE.ECR="I-6591" YEAR="2002">C-459/99, Ġabra p. I-6591</REF.DOC.ECR>, punt 53); tal-<DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/03" PAGE.ECR="I-2911" YEAR="2005">C-157/03, Ġabra p. I-2911</REF.DOC.ECR>, punt 26); tal-<DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-503/03" PAGE.ECR="I-1097" YEAR="2006">C-503/03, Ġabra p. I-1097</REF.DOC.ECR>, punt 41); tas-<DATE ISO="20060427">27 ta’ April 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-441/02" PAGE.ECR="I-3449" YEAR="2006">C-441/02, Ġabra p. I-3449</REF.DOC.ECR>, punt 109), kif ukoll tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Eind (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-291/05" PAGE.ECR="I-10719" YEAR="2007">C-291/05, Ġabra p. I-10719</REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE>. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja deċiża sal-lum dwar din il-materja kienet tirreferi speċifikament għall-moviment ħieles tal-persuni, imma ma affrontatx direttament ir-relazzjoni bejn dan id-dritt fundamentali u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja kriminali. Il-fatt li s-sentenzi Kozłowski u Wolzenburg ġew ippronunzjati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-Karta loġikament influwenzat ir-riżultat. Madankollu, sa mill-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, l-Artikoli 4(6) u 5(3) fid-Deċiżjoni Qafas għandhom bilfors ikunu interpretati fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-interpretazzjoni restrittiva esposta fil-punti 38 sa 40 ta’ dawn il-konklużjonijiet ma tistax tintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-volontà tal-leġiżlatur Ewropew ma tistax tiġi interpretata b’mod tali li toħloq riżultat inkompatibbli mal-għanijiet imfittxija. Mhux qed nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tadotta interpretazzjoni konformi mal-għanijiet tad-Deċiżjoni Qafas, imma, pjuttost, li tevita interpretazzjoni li toħloq <HT TYPE="ITALIC">kuntrast</HT> ma’ dawn l-għanijiet. Din il-konklużjoni tippresupponi r-rikonoxximent li l-interpretazzjoni restrittiva ftit diskussa (u li nipproponi li tiġi skartata) tirriżulta inkompatibbli mhux biss mad-Deċiżjoni Qafas, imma anki mad-drittijiet fundamentali li din il-liġi trid tirrifletti.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>B’mod analogu, l-argumenti msemmija fuq juru biċ-ċar li, meta d-Deċiżjoni Qafas tħalli barra b’mod ċar il-possibbiltà li l-eżekuzzjoni ta’ mandat maħruġ bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ piena, tiġi suġġetta għal kundizzjonijiet, f’ċirkustanza bħal ta’ dan il-każ, din l-ommissjoni ma tirriflettix deċiżjoni espliċita tal-leġiżlatur, frott ta’ volontà politika ċara u preċiża. Kuntrarjament, inqis li dan is-silenzju huwa pjuttost ir-riżultat ta’ teknika legali li tħalli affarijiet barra, u li għaliha jista’ u għandu jkun propost rimedju permezz tal-interpretazzjoni, mingħajr ma jkun meħtieġ li tinħoloq raġuni ġdida għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Minkejja li l-interpretazzjoni li għadni kif esponejt tippermetti li jiġi riżolt direttament il-kweżit ifformulat mill-Cour constitutionnelle, ma jistax jiġi miċħud li tkun teżisti ċerta ambigwità dwar il-kwalifikazzjoni tal-mandat ta’ arrest f’ċirkustanzi bħal dawk ta’ dawn il-każ. F’dan ir-rigward, kemm ir-Renju tal-Belġju kif ukoll ir-Repubblika tal-Polonja ddikjaraw li l-eżekuzzjoni ta’ sentenza deċiża fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">,</HT> li permezz tagħha huwa possibbli li jsir rikors straordinarju, dan jidher mandat bil-għan tal-eżerċizzju ta’ prosekuzzjoni skont l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas. Min-naħa l-oħra, I. B., ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Federali tal-Awstrija, ir-Renju tal-Isvezja u l-Kummissjoni jaqblu u jqisu li huwa<?PAGE NO="I-10357"?> l-każ ta’ mandat maħruġ biex tiġi eżegwita piena ta’ kustodja skont l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>B’mod preliminari, se nantiċipa li l-interventi kollha għandhom, f’ċertu sens, raġun, għax I. B. se jiġi kkonsenjat lir-Rumanija minħabba l-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja li, minħabba l-fatt li ġiet deċiża fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">,</HT> isservi ta’ bażi għat-talba għal żvolġiment ta’ smigħ ieħor bil-garanzija kollha li fl-ewwel proċeduri ma kinux ġew irrispettati. Madankollu, ma naħsibx li l-mandat ta’ arrest maħruġ kontra I. B. għandu bilfors ikun ikkwalifikat b’mod jew b’ieħor. Pjuttost inqis li mandat bħal dak f’dan il-każ jista’ jaqa’ taħt iż-żewġ kategoriji, minħabba ż-żmien u l-aġir tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fil-fatt il-mandat ta’ arrest li jagħti eżekuzzjoni lil sentenza deċiża fil-kontumaċja dejjem se jkun maħruġ mill-Istat emittenti bl-iskop tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni. In-natura transnazzjonali tal-mandat ta’ arrest timplika li din iċ-ċirkustanza tista’ sseħħ f’okkażjonijiet varji, u d-Deċiżjoni Qafas hija konxja meta tinkorpora l-garanziji li jinsabu fl-Artikolu 5(1), proprju biex tiġi evitata l-impossibbiltà li wieħed jiddefendi ruħu, maħluqa mid-deċiżjonijiet ippronunzjati fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">.</HT> Fil-waqt li jiġi maħruġ mandat ta’ arrest, huwa evidenti li l-Istat Membru emittenti adotta dan l-istrument sabiex jeżegwixxi sentenzi ta’ kustodja, u ma jistax ikun mod ieħor, għax ikun għadu ma jistax jiġi magħruf jekk il-persuna kkonċernata tkunx se topponi jew le għall-konsenja, jew jekk tkunx se titlob smigħ mill-ġdid. Dawn l-iżviluppi jiddependu preċiżament mill-persuna involuta li, fil-mument meta tirċievi n-notifika tal-mandat, tkun tista’ tuża l-proċedura pprovduta mill-Artikoli 11 u 13 tad-Deċiżjoni Qafas, u tkun tista’ titlob lill-imħallef tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, jekk dan tal-aħħar ma jkunx diġà għamel hekk, biex jiżgura r-rispett tal-garanziji pprovduti mill-Artikoli 3 sa 5 tal-liġi ċċitata.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Abbażi tal-argumenti preċedenti, jiġi osservat li l-mandat ta’ arrest li jippermetti lill-akkużat jiġi ssuġġettat għal smigħ mill-ġdid fl-Istat Membru emittenti, formalment jikkostitwixxi mandat dirett lejn l-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni li, filwaqt li fih il-persuna kkonċernata titlob li tiġi ġġudikata mill-ġdid jiġi <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> trasformat f’mandat dirett għall-eżerċizzju ta’ prosekuzzjoni. Din il-bidla ma tistax tinvolvi t-telf tal-ebda waħda mill-garanziji pprovduti mid-Deċiżjoni Qafas għall-persuni kollha li jkunu suġġetti għall-mandat ta’ arrest. Kuntrarjament, l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1), li hija intenzjonata biex issolvi l-problema ta’ sentenzi ppronunzjati fil-kontumaċja<HT TYPE="ITALIC">,</HT> anki jekk tiġi mibdula l-fiżjonomija tal-mandat ta’ arrest, ma taffettwax id-drittijiet mogħtija lill-persuna kkonċernata mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10358"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tinterpreta l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas fis-sens li, jekk ikunu jeżistu ċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, dan jippermetti lil Stat Membru biex jissuġġetta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest maħruġ bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għall-kundizzjoni li l-Istat Membru emittenti jiggarantixxi li l-persuna kkonċernata, meta tkun ċittadina jew residenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tiġi rritornata f’dan l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni sabiex tiskonta l-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni li eventwalment ikunu ġew ippronunzjati kontriha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tielet u r-raba’ domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Minħabba l-argumenti elaborati fil-punt preċedenti, t-tielet u r-raba’ domandi huma bla skop. Is-soluzzjonijiet proposti għall-ewwel żewġ domandi mhux biss jidhru korretti fid-dawl tal-għanijiet imfittxija mid-Deċiżjoni Qafas, imma wkoll jekk ninterpretaw din tal-aħħar fid-dawl tad-drittijiet fundamentali. Għaldaqstant inqis li mhuwiex neċessarju li jiġu analizzati d-domandi l-oħrajn li ġew imressqa mill-Cour constitutionnelle.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha twieġeb id-domandi preliminari magħmula mill-Cour constitutionnelle kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>L-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk ikunu jeżistu ċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, dan jippermetti lil Stat Membru biex jissuġġetta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest maħruġ bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għall-kundizzjoni li l-Istat Membru emittenti jiggarantixxi li l-persuna kkonċernata, meta tkun ċittadina jew residenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tiġi rritornata f’dan l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni sabiex tiskonta l-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni li eventwalment ikunu ġew ippronunzjati kontriha.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>