Official Journal L 190 , 19/07/1997 P. 0022 - 0023
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1392/97 tat-18 ta’ Lulju 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 3597/90 dwar ir-regoli tal-kontijiet għall-miżuri ta’ intervent li jinvolvu x-xiri għall-ħażna, l-ħażna u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli mill-aġenziji ta’ intervent Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3492/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jippreskrivi l-fatturi li għandu jingħata kont tagħhom fil-kontijiet annwali għall-iffinanzjar ta’ miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħażna pubblika mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija, Sezzjoni ta’ Garanzija [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3597/90 tat-12 ta’ Diċembru 1990 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 895/94 [3], jistipula r-regoli tal-kontijiet li jridu jintużaw għall-miżuri ta’ intervent li jinvolvu x-xiri għall-ħażna, il-ħażna u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli mill-aġenziji ta’ intervent; Billi l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru. 3597/90 fihom regoli dwar l-istabbiliment tal-valur ta’, rispettivament, kwantitajiet neqsin u kwantitajiet li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet preskritti tal-ħażna għandhom jiġu rinburżati lill-FAEGG fil-kontitijiet tal-ħażna pubblika; billi, f’ċerti każijiet, trid issir disposzizzjoni għall-possibbiltà ta’ żieda fil-valur, b’mod partikolari meta l-prezz tas-suq jinsab li hu sostanzjalment aktar mill-prezz ta’ l-intervent jew il-prezz ta’ xiri għall-ħażna ta’ intervent; Billi ċerti regolamenti msemmija fir-Regolament (KEE) Nru. 3597/90 ġew emendati jew imħassra mill-adozzjoni ta’ dan ta’ l-aħħar; billi, għaldaqstant, ċerti riferenzi fir-Regolament (KEE) Nru. 3597/90 għandhom jiġu emendati; Billi miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat FAEGG, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3597/90 huwa b’dan emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1(3) "l-Artikolu 9(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2776/88" huwa ssostitwit b’"l-Arti- kolu 7(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru. 296/96 [*] ĠU L 39, tas-17.2.1996, p. 5.." 2. Is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda ma’ l-Artikolu 2(1): "Madankollu, jekk, fil-jum meta t-telf jiġi żgurat, il-prezz fiss medju ta’ suq għal kwalità standard fl-Istat Membru fejn isseħħ il-ħażna ikun ogħla minn 105 % tal-prezz bażiku ta’ intervent, il-kuntratturi għandhom jirrinborżaw lill-aġenziji ta’ intervent il-prezz ta’ suq irreġistrat mill-Istat Membru, miżjud b’5 %. Għall-prezz tas-suq, l-Istat Membru għandu jibbaża ruħu fuq il-komunikazzjonijiet li jsiru regolarment lill-Kummissjoni. Id-differenzi bejn l-ammonti miġbura minħabba l-applikazzjoni tal-prezz tas-suq u l-ammonti prenotati lill-FAEGG bl-applikazzjoni tal-prezz ta’ intervent, għandhom jingħataw lill-FAEGG fl-aħħar tas-sena finanzjarja fost l-elementi l-oħrajn ta’ kreditu." 3. Fl-Artikolu 2(3)(d) "l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2727/75" huwa ssostitwit b’"l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1766/92 [*] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.." 4. Il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 7(1): "Madankollu, jekk fil-mument tat-tneħħija fiżika ta’ prodott, il-kondizzjonijiet eżistenti għall-applikazzjoni tas-subparagrafi ta’ qabel ta’ l-aħħar u ta’ l-aħħar ta’ l-Artikolu 2(1), it-tneħħija ta’ l-oġġetti għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni." 5. Fl-Artikolu 11 "l-Artikoli 3(7) u 6 (2) tar-Regolament (KEE) Nru. 2776/88" huwa ssostitwit b’"l-Artikoli 3(7) u 5 (2) tar-Regolament (KE) Nru. 296/96". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 1997. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 337, ta’ l-4.12.1990, p. 1. [2] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 43. [3] ĠU L 104, tat-23.4.1994, p. 16. --------------------------------------------------