|
8.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/896
tat-2 ta’ Ġunju 2022
li taħtar membru wieħed u membru supplenti wieħed tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għar-Rumanija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta’ min iħaddem,
Wara li kkunsidra l-lista ta’ membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tad-9 ta’ April 2019 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2023. |
|
(2) |
L-organizzazzjoni ta’ min iħaddem BusinessEurope ppreżentat żewġ nomini għal żewġ postijiet li jridu jimtlew għar-Rumanija, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma maħturin bħala membru u membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu li jintemm fil-31 ta’ Marzu 2023:
RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
|
Pajjiż |
Membru |
Membru supplenti |
|
Rumanija |
Is-Sur Marius OLARIU |
Is-Sa Victorița Mihaela GRIGORE |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-2 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DE MONTCHALIN
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ April 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) (ĠU C 135, 11.4.2019, p. 7).