16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1398

tat-8 ta’ Ġunju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jitqiesu l-progress tekniku u l-iżviluppi regolatorji li jikkonċernaw l-emendi għar-Regolamenti dwar il-Vetturi adottati fil-kuntest tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u (6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 jelenka, inter alia, ir-Regolament tan-NU Nru 14 (2), ir-Regolament tan-NU Nru 17 (3), ir-Regolament tan-NU Nru 29 (4), ir-Regolament tan-NU Nru 44 (5), ir-Regolament tan-NU Nru 45 (6), ir-Regolament tan-NU Nru 48 (7), ir-Regolament tan-NU Nru 80 (8), ir-Regolament tan-NU Nru 94 (9), ir-Regolament tan-NU Nru 95 (10), ir-Regolament tan-NU Nru 118 (11), ir-Regolament tan-NU Nru 122 (12), ir-Regolament tan-NU Nru 126 (13), ir-Regolament tan-NU Nru 127 (14), ir-Regolament tan-NU Nru 135 (15), ir-Regolament tan-NU Nru 137 (16), ir-Regolament tan-NU Nru 141 (17) u r-Regolament tan-NU Nru 142 (18). Dawk ir-Regolamenti kollha ġew emendati mill-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“WP.29 tan-NU/KEE”). Għaldaqstant jixraq li l-lista fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 tiġi aġġornata biex tirrifletti dawk l-emendi.

(2)

Id-WP.29 tan-NU/KEE adotta wkoll diversi Regolamenti ġodda, li l-Unjoni aderixxiet magħhom u applikathom fuq bażi obbligatorja. B’mod partikolari, dawk huma ir-Regolament tan-NU Nru 145 (19), ir-Regolament tan-NU Nru 148 (20), ir-Regolament tan-NU Nru 149 (21), ir-Regolament tan-NU Nru 150 (22), ir-Regolament tan-NU Nru 151 (23), ir-Regolament tan-NU Nru 152 (24), ir-Regolament tan-NU Nru 153 (25), ir-Regolament tan-NU Nru 155 (26), ir-Regolament tan-NU Nru 157 (27), ir-Regolament tan-NU Nru 158 (28), ir-Regolament tan-NU Nru 159 (29), ir-Regolament tan-NU Nru 161 (30), ir-Regolament tan-NU Nru 162 (31) u r-Regolament tan-NU Nru 163 (32). Għaldaqstant jixraq li fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 jiġu inklużi r-referenzi għal dawk ir-Regolamenti.

(3)

Ir-Regolament tan-NU Nru 0 dwar l-Approvazzjoni Internazzjonali tat-Tip ta’ Vettura Sħiħa (33) ġie adottat sabiex jitnaqqsu l-ostakli għall-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti tan-NU/KEE u biex jiġi pprovdut livell ogħla ta’ ċertezza għall-manifatturi tal-vetturi li jkunu qed ifittxu rikonoxximent tal-approvazzjoni tat-tip tagħhom f’dawk il-Partijiet Kontraenti. L-Unjoni hija Parti Kontraenti li tapplika r-Regolament tan-NU Nru 0. Sabiex tiġi kkunsidrata Approvazzjoni Internazzjonali Universali tat-Tip ta’ Vettura Sħiħa ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE, jenħtieġ li jitqiesu l-verżjonijiet tar-Regolamenti tan-NU elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144.

(4)

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144 fih il-lista ta’ rekwiżiti li magħhom jenħtieġ li jikkonformaw il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati skont l-Artikoli 4(5) u 5(3) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, dak l-Anness ma fihx referenzi għall-atti regolatorji li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi dettaljati fir-rigward ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar ta’ emerġenza bid-detezzjoni tal-persuni bil-mixi u taċ-ċiklisti, sistemi ta’ twissija ta’ kolliżjoni ma’ persuni bil-mixi u ċiklisti, sistemi ta’ informazzjoni dwar punti moħbija, sistemi ta’ assistenza ta’ emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata, detezzjoni tal-irriversjar, sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza u reġistraturi tad-data tal-avvenimenti. Għalhekk f’dak l-Anness jeħtieġ li jiżdiedu referenzi għall-atti regolatorji rispettivi.

(5)

Il-konformità mar-Regolament tan-NU Nru 90 (34) hija obbligatorja għall-assemblaġġi tal-firrodi tal-brejkijiet ta’ sostituzzjoni, il-firrodi tal-brejkijiet tat-tnabar, id-diski u t-tnabar għall-vetturi bil-magna u t-trejlers tagħhom. Jenħtieġ li l-assemblaġġi tal-firrodi tal-brejkijiet ta’ sostituzzjoni, il-firrodi tal-brejkijiet tat-tnabar, id-diski u t-tnabar ġodda għal tipi eżistenti ta’ vetturi b’approvazzjoni tat-tip ta’ vettura mogħtija fir-rigward tal-ibbrejkjar f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 13 (35) jew mar-Regolament tan-NU Nru 13-H (36) qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144, jitħallew jitqiegħdu fis-suq jew jiddaħħlu fis-servizz f’konformità mal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Mill-1 ta’ Settembru 2023, ir-Regolament tan-NU Nru 129 (37) se jissostitwixxi r-Regolament tan-NU Nru 44, u b’hekk se jwaqqaf il-possibbiltà li s-sistemi ta’ trażżin għat-tfal li mhumiex mibnija fil-vetturi bil-mutur jiġu approvati għat-tip skont dak ir-Regolament. Huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex il-produzzjoni fl-istokk u fil-kanali tad-distribuzzjoni tkun tista’ tinbiegħ. Għalhekk, jenħtieġ li s-sistemi ta’ trażżin għat-tfal approvati f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 44 qabel l-1 ta’ Settembru 2023, jitħallew jitqiegħdu fis-suq u jiddaħħlu fis-servizz sal-1 ta’ Settembru 2024.

(7)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tan-NU Nru 13-H relatati mas-sistemi ta’ assistenza fl-ibbrejkjar u s-sistemi ta’ kontroll elettroniku tal-istabbiltà ġew ittrasferiti għar-Regolament tan-NU Nru 139 (38) u għar-Regolament tan-NU Nru 140 (39), filwaqt li d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-ibbrejkjar ġew ittrasferiti għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 13-H. Minħabba li r-rekwiżiti għas-sistemi ta’ assistenza fl-ibbrejkjar u s-sistemi ta’ kontroll elettroniku tal-istabbiltà baqgħu l-istess, jenħtieġ li l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f’konformità mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 13-H, u l-estensjonijiet tagħhom, jitqiesu ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip mogħtija lill-verżjonijiet oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 139 u tar-Regolament tan-NU Nru 140.

(8)

Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-ankraġġi tat-trażżin għat-tfal ġew ittrasferiti mingħajr bidliet mis-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 14 għar-Regolament tan-NU Nru 145. Għalhekk, jenħtieġ li l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 14 jitqiesu ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip mogħtija għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 145.

(9)

Ir-rekwiżiti fir-rigward tas-sikurezza tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika f’kolliżjoni fuq wara ġew ittrasferiti mingħajr bidliet mis-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 34 għar-Regolament tan-NU Nru 153. Għalhekk, jenħtieġ li l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 34 jitqiesu ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip mogħtija għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 153.

(10)

Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers ġew ittrasferiti mingħajr bidliet mis-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 64 (40) għar-Regolament tan-NU Nru 141. Għalhekk, jenħtieġ li l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 64 jitqiesu ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip mogħtija għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 141.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/2144 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/2144

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2019/2144 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tan-NU Nru 14 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, sistemi tal-ankraġġi ISOFIX, ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta’ fuq u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size [2015/1406] (ĠU L 218, 19.8.2015, p. 27).

(3)  Ir-Regolament Nru 17 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tas-sits, l-ankraġġi tagħhom u kull trażżin tar-ras (ĠU L 230, 31.8.2010, p. 81).

(4)  Ir-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali (ĠU L 304, 20.11.2010, p. 21).

(5)  Ir-Regolament Nru 44 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-apparat tat-trażżin għat-tfal li jirkbu bħala passiġġieri f’vetturi bil-magna (“Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal”) (ĠU L 233, 9.9.2011, p. 95).

(6)  Ir-Regolament tan-NU Nru 45 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem, u ta’ vetturi bil-magna fir-rigward tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem [2020/575] (ĠU L 136, 29.4.2020, p. 1).

(7)  Ir-Regolament Nru 48 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta’ dwal u tagħmir ta’ sinjalar bid-dawl (ĠU L 323, 6.12.2011, p. 46).

(8)  Ir-Regolament Nru 80 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ sedili ta’ vetturi kbar għall-passiġġieri u ta’ dawn il-vetturi fir-rigward tas-saħħa tas-sedili u l-ankraġġi tagħhom (ĠU L 164, 30.6.2010, p. 18).

(9)  Ir-Regolament Nru 94 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta frontali (ĠU L 254, 20.9.2012, p. 77).

(10)  Ir-Regolament Nru 95 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta’ kolliżjoni laterali [2015/1093] (ĠU L 183, 10.7.2015, p. 91).

(11)  Ir-Regolament Nru 118 tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet tekniċi uniformi dwar il-mod kif jinħarqu ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni fuq ġewwa ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi awtomotivi (ĠU L 177, 10.7.2010, p. 263).

(12)  Ir-Regolament Nru 122 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom (ĠU L 164, 30.6.2010, p. 231).

(13)  Ir-Regolament tan-NU Nru 126 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistemi diviżorji għall-protezzjoni tal-passiġġieri kontra bagalji maqlugħa minn posthom, fornuti bħala tagħmir mhux oriġinali tal-vettura [2020/176] (ĠU L 35, 7.2.2020, p. 37).

(14)  Ir-Regolament tan-NU Nru 127 — Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħhom għall-persuni bil-mixi [2020/638] (ĠU L 154, 15.5.2020, p. 1).

(15)  Ir-Regolament Nru 135 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-prestazzjoni tagħhom f’każ ta’ Impatt fil-Ġenb ma’ Arblu (PSI) [2020/486] (ĠU L 103, 3.4.2020, p. 12).

(16)  Ir-Regolament Nru 137 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri fil-każ ta’ ħabta frontali b’enfasi fuq is-sistema ta’ trażżin [2020/576] (ĠU L 136, 29.4.2020, p. 18).

(17)  Ir-Regolament Nru 141 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tas-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) [2018/1593] (ĠU L 269, 26.10.2018, p. 36).

(18)  Ir-Regolament Nru 142 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-installazzjoni tat-tajers tagħhom [2020/242] (ĠU L 48, 21.2.2020, p. 60).

(19)  Ir-Regolament tan-NU Nru 145 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward ta’ sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX, ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size [2019/2142] (ĠU L 324, 13.12.2019, p. 47).

(20)  Ir-Regolament tan-NU Nru 148 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ apparati għas-sinjalar bid-dawl (lampi) għal vetturi motorizzati u t-trejlers tagħhom [2021/1719] (ĠU L 347, 30.9.2021, p. 123).

(21)  Ir-Regolament Nru 149 tan-NU – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ apparati għat-tidwil tat-triq (lampi) u ta’ sistemi għal vetturi bil-magna [2021/1720] (ĠU L 347, 30.9.2021, p. 173).

(22)  Ir-Regolament tan-NU Nru 150 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ apparati u ta’ mmarkar retroriflettivi għall-vetturi bil-magna u għat-trejlers tagħhom [2021/1721] (ĠU L 347, 30.9.2021, p. 297).

(23)  Ir-Regolament tan-NU Nru 151 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Punti Moħbija għad-Detezzjoni tar-Roti [2020/1596] (ĠU L 360, 30.10.2020, p. 48).

(24)  Ir-Regolament Nru 152 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f’Emerġenza (AEBS) għall-vetturi M1 u N1 [2020/1597] (ĠU L 360, 30.10.2020, p. 66).

(25)  Ir-Regolament Nru 153 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-integrità tas-sistema tal-fjuwil u tas-sikurezza tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika fil-każ ta’ kolliżjoni fuq wara [2021/386] (ĠU L 82, 9.3.2021, p. 1).

(26)  Ir-Regolament Nru 155 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward taċ-ċibersigurtà u s-sistema tal-ġestjoni taċ-ċibersigurtà [2021/387] (ĠU L 82, 9.3.2021, p. 30).

(27)  Ir-Regolament tan-NU Nru 157 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tas-Sistema ta’ Żamma Awtomatizzata tal-Karreġġata [2021/389] (ĠU L 82, 9.3.2021, p. 75).

(28)  Ir-Regolament Nru 158 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ apparati għall-moviment tar-rivers u vetturi bil-mutur fir-rigward tal-għarfien tas-sewwieq dwar utenti vulnerabbli tat-triq wara l-vetturi [2021/828] (ĠU L 184, 25.5.2021, p. 20).

(29)  Ir-Regolament Nru 159 tan-NU - dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-Sistema ta’ Informazzjoni waqt it-Tluq tal-Vettura għad-Detezzjoni ta’ Persuni bil-Mixi u ta’ Ċiklisti [2021/829] (ĠU L 184, 25.5.2021, p. 62).

(30)  Ir-Regolament tan-NU Nru 161 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-vetturi bil-mutur mill-użu mhux awtorizzat u l-approvazzjoni tal-apparat kontra l-użu mhux awtorizzat (permezz ta’ sistema tal-illokkjar) [2021/2274] (ĠU L 470, 30.12.2021, p. 1).

(31)  Ir-Regolament tan-NU Nru 162 — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-approvazzjoni tal-immobilizzaturi u l-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha [2021/2275] (ĠU L 470, 30.12.2021, p. 23).

(32)  Ir-Regolament tan-NU Nru 163 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistema ta’ allarm tal-vetturi u l-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ allarm tal-vetturi tagħha [2021/2276] (ĠU L 470, 30.12.2021, p. 48).

(33)  Ir-Regolament Nru 0 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-Approvazzjoni tat-Tip Internazzjonali ta’ Vettura Sħiħa (IWVTA) [2018/780] (ĠU L 135, 31.5.2018, p. 1).

(34)  Ir-Regolament Nru 90 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tagħmir tal-kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet u l-kisjiet tal-brejkijiet tanbur għall-vetturi awtomottivi u t-trejlers tagħhom (ĠU L 130, 28.5.2010, p. 19).

(35)  Ir-Regolament Nru 13 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji M, N u O fir-rigward tal-ibbrejkjar [2016/194] (ĠU L 42, 18.2.2016, p. 1).

(36)  Ir-Regolament Nru 13-H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri fir-rigward tal-ibbrejkjar [2015/2364] (ĠU L 335, 22.12.2015, p. 1).

(37)  Ir-Regolament Nru 129 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal imtejba użati abbord vetturi bil-mutur (ECRS) (ĠU L 97, 29.3.2014, p. 21).

(38)  Ir-Regolament Nru 139 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri fir-rigward ta’ Sistemi ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar (BAS) [2018/1591] (ĠU L 269, 26.10.2018, p. 1).

(39)  Ir-Regolament Nru 140 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri fir-rigward ta’ Sistemi ta’ Kontroll Elettroniku tal-Istabbiltà (ESC) [2018/1592] (ĠU L 269, 26.10.2018, p. 17).

(40)  Ir-Regolament Nru 64 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tagħhom li jista’ jinkludi: stepni għal użu temporanju, tajers run-flat u/jew sistema run-flat, u/jew sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (ĠU L 310, 26.11.2010, p. 18).


ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2019/2144 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela għar-Regolament tan-NU Nru 14 hija sostitwita b’dan li ġej:

“14

Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza

Serje ta’ emendi 09

ĠU L 324, 13.12.2019, p. 14

M, N”;

(b)

ir-ringiela għar-Regolament tan-NU Nru 17 hija sostitwita b’dan li ġej:

“17

Sits, l-ankraġġi tagħhom u kwalunkwe trażżin għar-ras (headrests)

Serje ta’ emendi 09

ĠU L 266, 18.10.2019, p. 1

M, N”;

(c)

ir-ringiela għar-Regolament tan-NU Nru 29 hija sostitwita b’dan li ġej:

“29

Protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali

Serje ta’ emendi 03

ĠU L 283, 5.11.2019, p. 72

N”;

(d)

ir-ringieli għar-Regolamenti tan-NU Nri 44 u 45 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“44

Tagħmir tat-trażżin għall-okkupanti tfal tal-vetturi bil-mutur (“Sistemi ta’ trażżin għat-tfal”)

Serje ta’ emendi 04

ĠU L 285, 1.9.2020, p. 1

M, N

45

Naddafa tal-fanali ta’ quddiem

Serje ta’ emendi 01

ĠU L 136, 29.4.2020, p. 1

M, N”;

(e)

ir-ringiela għar-Regolament tan-NU Nru 48 hija sostitwita b’dan li ġej:

“48

Installazzjoni ta’ apparati tat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl fuq il-vetturi bil-mutur

Serje ta’ emendi 07

ĠU L 347, 30.9.2021, p. 1

M, N, O (c)”;

(f)

ir-ringiela għar-Regolament tan-NU Nru 80 hija sostitwita b’dan li ġej:

“80

Sits ta’ vetturi kbar għall-passiġġieri

Serje ta’ emendi 03

ĠU L 266, 18.10.2019, p. 31

M2, M3”;

(g)

ir-ringiela għar-Regolament tan-NU Nru 90 hija sostitwita b’dan li ġej:

“90

Assemblaġġi tal-firrodi tal-brejkijiet ta’ sostituzzjoni, il-firrodi tal-brejkijiet tat-tnabar, id-diski u t-tnabar għall-vetturi bil-magna u t-trejlers tagħhom

Serje ta’ emendi 02

ĠU L 290, 16.11.2018, p. 54

M, N, O (h)”;

(h)

ir-ringieli għar-Regolamenti tan-NU Nri 94 u 95 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“94

Protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta’ kolliżjoni frontali

Serje ta’ emendi 04

ĠU L 392, 5.11.2021, p. 1

M1, N1

95

Protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta’ kolliżjoni laterali

Serje ta’ emendi 05

ĠU L 392, 5.11.2021, p. 62

M1, N1”;

(i)

ir-ringiela għar-Regolament tan-NU Nru 118 hija sostitwita b’dan li ġej:

“118

Reżistenza għan-nar tal-materjali interni fix-xarabanks

Serje ta’ emendi 03

ĠU L 48, 21.2.2020, p. 26

M3”;

(j)

ir-ringiela għar-Regolament tan-NU Nru 122 hija sostitwita b’dan li ġej:

“122

Sistemi tat-tisħin tal-vetturi

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 19, 24.1.2020, p. 42

M, N, O”;

(k)

ir-ringieli għar-Regolamenti tan-NU Nri 126 u 127 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“126

Sistemi diviżorji

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 35, 7.2.2020, p. 37

M1

127

Sikurezza għall-persuni bil-mixi

Serje ta’ emendi 02

ĠU L 154, 15.5.2020, p. 1

M1, N1”;

(l)

ir-ringiela għar-Regolament tan-NU Nru 135 hija sostitwita b’dan li ġej:

“135

Impatt fil-ġenb ma’ arblu

Serje ta’ emendi 01

ĠU L 103, 3.4.2020, p. 12

M1, N1”;

(m)

ir-ringiela għar-Regolament tan-NU Nru 137 hija sostitwita b’dan li ġej:

“137

Impatt frontali fuq il-wisa’ kollu

Serje ta’ emendi 02

ĠU L 392, 5.11.2021, p. 130

M1, N1”;

(n)

ir-ringieli għar-Regolamenti tan-NU Nri 141, 142 u 145 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“141

Sistemi ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers

Serje ta’ emendi 01

ĠU L 323, 13.9.2021, p. 1

M, N, O

142

Installazzjoni tat-tajers

Serje ta’ emendi 01

ĠU L 293, 16.8.2021, p. 34

M, N, O

145

Ankraġġi tat-trażżin għat-tfal

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 324, 13.12.2019, p. 47

M1, N1”;

(o)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għar-Regolamenti tan-NU Nri 148, 149, 150, 151, 152, 153, 155, 157, 158, 159, 161, 162 u 163:

“148

Apparati għas-sinjalar bid-dawl (LSD)

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 347, 30.9.2021, p. 123

M, N, O

149

Apparati għat-tidwil tat-triq

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 347, 30.9.2021, p. 173

M, N, O

150

Apparati retroriflettivi (RRD)

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 347, 30.9.2021, p. 297

M, N, O

151

Sistema ta’ Informazzjoni dwar Punti Moħbija għad-Detezzjoni tar-Roti

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 360, 30.10.2020, p. 48

M2, M3, N2, N3

152

Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f’Emerġenza (AEBS)

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 360, 30.10.2020, p. 66

M1, N1

153

Sikurezza tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika f’kolliżjoni fuq wara

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 82, 9.3.2021, p. 1

M1, N1

155

Sistema taċ-ċibersigurtà u tal-ġestjoni taċ-ċibersigurtà

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 82, 9.3.2021, p. 30

M, N, O

157

Sistemi ta’ Żamma Awtomatizzata tal-Karreġġata (ALKS)

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 82, 9.3.2021, p. 75

M1

158

Apparati għal mezzi ta’ viżibbiltà jew ta’ detezzjoni fuq wara

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 184, 25.5.2021, p. 20

M, N

159

Sistemi ta’ Informazzjoni waqt it-Tluq tal-Vettura (MOIS)

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 184, 25.5.2021, p. 62

M2, M3, N2, N3

161

Sistema tal-illokkjar

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 470, 30.12.2021, p. 1

M1, N1

162

Sistemi ta’ immobilizzaturi

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 470, 30.12.2021, p. 23

M1, N1

163

Sistema ta’ allarm tal-vettura

Verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 470, 30.12.2021, p. 48

M1, N1”.

(p)

il-paragrafu li ġej jiżdied man-noti tat-tabella:

“Approvazzjoni Universali Internazzjonali tat-Tip ta’ Vettura Sħiħa maħruġa għal tipi ta’ vetturi tal-kategorija M1 skont ir-Regolament tan-NU Nru 0 (ĠU L 135, 31.5.2018, p. 1), li tinkludi approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti tan-NU kkonċernati fil-lista f’dan l-Anness, għandha titqies bħala ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE mogħtija skont dan ir-Regolament.”;

(q)

tiżdied in-nota ta’ spjegazzjoni li ġejja:

“(h)

Ir-Regolament Nru 90 tan-NU għandu japplika għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq jew tad-dħul fis-servizz ta’ dawn li ġejjin:

(a)

assemblaġġi ġodda tal-firrodi tal-brejkijiet ta’ sostituzzjoni għat-tipi ta’ vetturi tal-kategoriji li ġejjin:

(i)

il-kategoriji M1 b’massa massima mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati, M2 b’massa massima mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati, N1, O1 u O2, li għalihom tingħata approvazzjoni tat-tip f’konformità mar-Regolamenti tan-NU Nru 13 jew Nru 13-H wara s-7 ta’ April 1998;

(ii)

il-kategoriji M1 b’massa massima mgħobbija permissibbli li taqbeż it-3,5 tunnellati, M2 b’massa massima mgħobbija permissibbli li taqbeż it-3,5 tunnellati, M3, N2, N3 O3 u O4, li għalihom tingħata approvazzjoni tat-tip f’konformità mar-Regolamenti tan-NU Nru 13 jew Nru 13-H wara l-1 ta’ Novembru 2014;

(b)

diski tal-brejkijiet u tnabar ġodda ta’ sostituzzjoni għat-tipi ta’ vetturi tal-kategoriji li ġejjin:

(i)

il-kategoriji M1 u N1, li għalihom tingħata approvazzjoni tat-tip tal-vettura f’konformità mar-Regolamenti tan-NU Nru 13 jew Nru 13-H wara l-1 ta’ Novembru 2016;

(ii)

il-kategoriji O1 u O2, li għalihom tingħata approvazzjoni tat-tip tal-vettura f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 13 wara l-1 ta’ Novembru 2016;

(c)

diski tal-brejkijiet ġodda ta’ sostituzzjoni għat-tipi ta’ vettura tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4, li għalihom tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 13 wara l-1 ta’ Novembru 2014;

(d)

tnabar tal-brejkijiet ġodda ta’ sostituzzjoni għat-tipi ta’ vettura tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4, li għalihom tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 13 wara l-1 ta’ Novembru 2016.”.

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli għar-rekwiżiti A8 u A9 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“A8 Ankraġġi tat-trażżin għat-tfal

Regolament tan-NU Nru 145(7)

 

A

A(1)

A(1)

A(1)

A(1)

A(1)

 

 

 

 

 

 

A9 Sistemi tat-trażżin għat-tfal

Regolament tan-NU Nru 44

 

A(1)

A(1)

A(1)

A(1)

A(1)

A(1)

 

 

 

 

B(8)

B(8)”;

(b)

ir-ringiela għar-rekwiżit A18 hija sostitwita b’dan li ġej:

“A18 Kwalifikazzjoni tal-materjal tas-sistema tal-idroġenu

Regolament (UE) 2021/535,

Anness XIV

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

A”;

(c)

ir-ringiela għar-rekwiżit A27 hija sostitwita b’dan li ġej:

“A27 Impatt fuq wara

Regolament tan-NU Nru 153(9)

 

B

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

”;

(d)

ir-ringieli għar-rekwiżiti minn B3 sa B7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“B3 Sistema ta’ protezzjoni frontali

Regolament (UE) 2021/535,

Anness XII

 

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

A

 

B4 Sistema avvanzata għal ibbrejkjar f’emerġenza għall-persuni bil-mixi u għaċ-ċiklisti

Regolament tan-NU Nru 152

 

C

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

 

B5 Twissija ta’ kolliżjoni mal-persuni bil-mixi u maċ-ċiklisti

Regolament tan-NU Nru 159

 

 

B

B

 

B

B

 

 

 

 

B

 

B6 Sistema ta’ informazzjoni dwar punti moħbija

Regolament tan-NU Nru 151

 

 

B

B

 

B

B

 

 

 

 

B

 

B7 Detezzjoni tal-irriversjar

Regolament tan-NU Nru 158

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

B

”;

(e)

ir-ringieli għar-rekwiżiti B11 u B12 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“B11 Sistemi li jneħħu l-ġlata u ċ-ċpar

Regolament (UE) 2021/535,

Anness VI

 

A

A(2)

A(2)

A(2)

A(2)

A(2)

 

 

 

 

 

 

B12 Sistemi tal-ħasil/imsiħ

Regolament (UE) 2021/535,

Anness IV

 

A

A(3)

A(3)

A(3)

A(3)

A(3)

 

 

 

 

A”;

 

(f)

ir-ringiela għar-rekwiżit C3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“C3 Sistema ta’ emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata

Regolament (UE) 2021/646

 

B(6)

 

 

B(6)

 

 

 

 

 

 

 

”;

(g)

ir-ringieli għar-rekwiżiti C6 u C7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“C6 Assistenza fl-ibbrejkjar

Regolament tan-NU Nru 139(10)

 

A

 

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

C7 Kontroll tal-istabbiltà

Regolament tan-NU Nru 13

Regolament tan-NU Nru 140(11)

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

”;

(h)

ir-ringiela għar-rekwiżit C9 hija sostitwita b’dan li ġej:

“C9 Sistema avvanzata għal ibbrejkjar f’emerġenza fuq vetturi ħfief

Regolament tan-NU Nru 152

 

B

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

”;

(i)

ir-ringieli għar-rekwiżiti C13 u C14 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“C13 Monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għal vetturi ħfief

Regolament tan-NU Nru 141(12)

Dan japplika għall-kategoriji ta’ vetturi M1 b’massa massima ≤ 3 500  kg u N1.

A

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

 

C14 Monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għal vetturi tqal

Regolament tan-NU Nru 141

 

 

B

B

 

B

B

 

 

B

B

 

”;

(j)

ir-ringieli għar-rekwiżiti D3 u D4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“D3 Protezzjoni kontra l-użu mhux awtorizzat, sistemi ta’ immobilizzaturi u ta’ allarm

Regolament tan-NU Nru 18

Regolament tan-NU Nru 97

Regolament tan-NU Nru 116

Regolament tan-NU Nru 161

Regolament tan-NU Nru 162

Regolament tan-NU Nru 163

 

A

A(1)

A(1)

A

A(1)

A(1)

 

 

 

 

A

A

D4 Protezzjoni tal-vetturi kontra l-attakki ċibernetiċi

Regolament tan-NU Nru 155

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

B

B”;

(k)

ir-ringieli għar-rekwiżiti D11 sa D13 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“D11 Apparati għas-sinjalar bid-dawl

Regolament tan-NU Nru 4

Regolament tan-NU Nru 6

Regolament tan-NU Nru 7

Regolament tan-NU Nru 19

Regolament tan-NU Nru 23

Regolament tan-NU Nru 38

Regolament tan-NU Nru 77

Regolament tan-NU Nru 87

Regolament tan-NU Nru 91

Regolament tan-NU Nru 148

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

A

D12 Apparati għat-tidwil tat-triq

Regolament tan-NU Nru 31

Regolament tan-NU Nru 98

Regolament tan-NU Nru 112

Regolament tan-NU Nru 119

Regolament tan-NU Nru 123

Regolament tan-NU Nru 149

 

X

X

X

X

X

X

 

 

 

 

 

A

D13 Apparati retroriflettivi

Regolament tan-NU Nru 3

Regolament tan-NU Nru 104

Regolament tan-NU Nru 150

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

A”;

(l)

ir-ringiela għar-rekwiżit D16 hija sostitwita b’dan li ġej:

“D16 Sinjal ta’ Waqfien ta’ Emerġenza

Regolament tan-NU Nru 48

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

 

”;

(m)

ir-ringiela għar-rekwiżit D18 hija sostitwita b’dan li ġej:

“D18 Indikatur tat-tibdil tal-gerijiet

Regolament (UE) 2021/535,

Anness IX

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

”;

(n)

ir-ringiela għar-rekwiżit E4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“E4 Sistema ta’ monitoraġġ tad-disponibbiltà tas-sewwieq

Regolament tan-NU Nru 157

 

B(5)

B(5)

B(5)

B(5)

B(5)

B(5)

 

 

 

 

 

”;

(o)

ir-ringieli għar-rekwiżiti E6 u E7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“E6 Sistemi għas-sostituzzjoni tal-kontroll tas-sewwieq

Regolament tan-NU Nru 157

 

B(5)

B(5)

B(5)

B(5)

B(5)

B(5)

 

 

 

 

 

 

E7 Sistemi li jipprovdu l-vettura b’tagħrif dwar il-qagħda tal-vettura u l-madwar

Regolament tan-NU Nru 157

 

B(5)

B(5)

B(5)

B(5)

B(5)

B(5)

 

 

 

 

 

”;

(p)

ir-ringieli għar-rekwiżiti F1 u F2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“F1 Spazju tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni

Regolament (UE) 2021/535,

Anness III

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

 

F2 Moviment ta’ rriversjar

Regolament (UE) 2021/535,

Anness XI

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

”;

(q)

ir-ringiela għar-rekwiżit F4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“F4 Skaluni, imqabad u stafef tal-bibien

Regolament (UE) 2021/535,

Anness X

 

A

 

 

A

A

A

 

 

 

 

 

”;

(r)

ir-ringieli għar-rekwiżiti minn F7 sa F11 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“F7 Pjanċa statutorja u numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

Regolament (UE) 2021/535,

Anness II

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

 

F8 Apparati tal-irmonk

Regolament (UE) 2021/535,

Anness VII

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

 

F9 Parafangi tar-roti

Regolament (UE) 2021/535,

Anness V

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F10 Sistemi tas-sistema tas-soppressjoni tat-titjir

Regolament (UE) 2021/535,

Anness VIII

 

 

 

 

A

A

A

A

A

A

A

A

 

F11 Mases u dimensjonijiet

Regolament (UE) 2021/535,

Anness XIII

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

”;

(s)

jiżdiedu n-noti li ġejjin:

“(7)

L-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f’konformità mas-serje ta’ emendi 07 għar-Regolament tan-NU Nru 14, u l-estensjonijiet tagħhom, għandhom jitqiesu ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip mogħtija skont ir-Regolament tan-NU Nru 145 (verżjoni oriġinali).

(8)

Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal, mhux mibnija f’vettura bil-mutur, approvati f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 44 u mqiegħda fis-suq tal-Unjoni qabel l-1 ta’ Settembru 2023, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jiddaħħlu fis-servizz sal-1 ta’ Settembru 2024.

(9)

L-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f’konformità mas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 34, u l-estensjonijiet tagħhom, għandhom jitqiesu ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip mogħtija skont ir-Regolament tan-NU Nru 153 (verżjoni oriġinali).

(10)

L-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 13-H (verżjoni oriġinali), u l-estensjonijiet tagħhom, għandhom jitqiesu ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip mogħtija skont ir-Regolament tan-NU Nru 139 (verżjoni oriġinali).

(11)

L-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 13-H (verżjoni oriġinali), u l-estensjonijiet tagħhom, għandhom jitqiesu ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip mogħtija skont ir-Regolament tan-NU Nru 140 (verżjoni oriġinali).

(12)

L-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f’konformità mas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 64, u l-estensjonijiet tagħhom, għandhom jitqiesu ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip mogħtija skont ir-Regolament tan-NU Nru 141 (verżjoni oriġinali).”.