Official Journal C 341 , 23/12/1992 P. 0001 - 0004
Id-Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-istati membri fuq il-post tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta' certi korpi u dipartimenti tal-komunitajiet ewropej (92/K 341/01) IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, Wara li kunsidraw l-Artikolu 216 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, l-Artikolu 77 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, Waqt li ssir referenza għad-Deċiżjoni tat-8 ta' April 1965, u mingħajr preġudizzju għad-diżposizzjonijiet li hemm fiha dwar is-sede ta' l-istituzzjonijiet, il-korpi u d-dipartimenti li għad iridu jitwaqqfu, IDDECIDEW DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 (a) Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasbourg, fejn għandhom jitlaqqgħu it-tnax-il perjodu tas-sessjonijiet plenarji ta' kull xahar, inkluża s-sessjoni ta' l-estimi. Il-perjodi ta' sessjonijiet plenarji l-oħra għandhom jiżammu fi Brussel. Il-Kumitati tal-Parlament Ewropew għandhom jiltaqgħu fi Brussel. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew u d-dipartimenti tiegħu għandhom jibqgħu fil-Lussemburgu. (b) Il-Kunsill għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussel. Matul ix-xhur ta' April, Ġunju u Ottubru, il-Kunsill għandu jżomm il-laqgħat tiegħu fil-Lussemburgu. (ċ) Il-Kummissjoni għandha jkollha s-sede tagħha fi Brussel. Id-dipartimenti li hemm imniżżla fl-Artikoli 7, 8 u 9 tad-Deċiżjoni tat-8 ta' April 1965 għandhom jitwaqqfu fil-Lussemburgu. (d) Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' Prim' Istanza għandhom ikollhom is-sede tagħhom fil-Lussemburgu. (e) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussel. (f) Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu. (g) Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu jkollu s-sede tiegħu fil-Lussemburgu. Artikolu 2 Is-sede tal-kopri u d-dipartimenti l-oħra mwaqqfa jew li se jitwaqqfu għandha tkun deċiża bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-Kunsill Ewropew fil-ġejjieni, waqt li dawn iqisu l-vantaġġi tad-diżposizzjonijiet t'hawn fuq għall-Istati Membri kkonċernati, u waqt li jagħtu l-prijorità xierqa lill-Istati Membri li bħalissa ma jistgħux jipprovdu post għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ il-lum. Hecho en Edimburgo, el doce de diciembre de mil novecientos noventa y dos.Udfærdiget i Edinburgh, den tolvte december nitten hundrede og tooghalvfems.Geschehen zu Edinburgh am zwölften Dezember neunzehnhundertzweiundneunzig.Έγινε στο Εδιμβούργο, στις δώδεκα Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα δύο.Done at Edinburgh on the twelfth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-two.Fait à Édimbourg, le douze décembre mil neuf cent quatre-vingt-douze.Fatto a Edimburgo, addì dodici dicembre millenovecentonovantadue.Gedaan te Edinburgh, de twaalfde december negentienhonderd tweeënnegentig.Feito em Edimburgo, em doze de Dezembro de mil novecentos e noventa e dois. Pour le gouvernement du royaume de BelgiqueVoor de Regering van het Koninkrijk +++++ TIFF +++++ For regeringen for Kongeriget Danmark +++++ TIFF +++++ Fuer die Regierung der Bundesrepublik Deutschland +++++ TIFF +++++ Γία την κυβέρνηση της Ελληνικής Δημοκρατίας +++++ TIFF +++++ Por el Gobierno del Reino de España +++++ TIFF +++++ Pour le gouvernement de la République française +++++ TIFF +++++ For the Government of IrelandThar ceann Rialtas na hÉireann +++++ TIFF +++++ Per il governo della Repubblica italiana +++++ TIFF +++++ Pour le gouvernement du grand-duché de Luxembourg +++++ TIFF +++++ Voor de Regering van het Koninkrijk der Nederlanden +++++ TIFF +++++ Pelo Governo da República Portuguesa +++++ TIFF +++++ For the Government of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------