|
12.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 154/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 3/2008
ta' l-1 ta' Frar 2008
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/34/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li temenda, għall-għanijiet ta’ l-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE fir-rigward tal-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur (2) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/35/KE tat-18 ta’ Ġunju 2007 li temenda, għall-għanijiet ta’ l-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE rigward l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (3) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2007 tal- 21 ta’ Ġunju 2007 li jistipula, skond id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi, u test armonizzat li jkejjel it-telf minn ċerti sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja (4) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/37/KE tal-21 ta' Ġunju 2007 li temenda l-Annessi I u III tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u t-trejler tagħhom (5), għandha tkun inkorporata fil-Ftiehim. |
|
(6) |
Id-Direttiva 2007/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar ir-retrofitting ta’ mirja fuq vetturi tqal tal-merkanzija reġistrati fil-Komunità (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I ta' l-Anness II mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE):
|
|
3. |
It-test ta' l-adattament (a) tal-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE) għandu jkun mibdul b'dan li ġej: “fl-Anness II, għandu jiġi miżjud dan li ġej mal-punt 4.2: ‘IS għall-Iżlanda FL għal-Lichtenstein 16 għan-Norveġja’.” |
|
4. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 21 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE):
|
|
5. |
Il-punti li ġejjin għandhom jidħlu wara l-punt 45zq (id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin: Fl-Anness I, għandu jiġi miżjud dan li ġej mat-3 parti punt 1.1.1: ‘IS għall-Iżlanda FL għal-Lichtenstein 16 għan-Norveġja’.
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 706/2007 u d-Direttivi 2007/34/KE, 2007/35/EC, 2007/37/KE u 2007/38/KE fil-lingwi Iżlandiżi u Norveġiżi, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fit-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni se tkun ippublikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 1 ta' Frar 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.
(2) ĠU L 155, 15.6.2007, p. 49.
(3) ĠU L 157, 19.6.2007, p. 14.
(4) ĠU L 161, 22.6.2007, p. 33.
(5) ĠU L 161, 22.6.2007, p. 60.
(6) ĠU L 184, 14.7.2007, p. 25.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.