Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2 u 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) - Persuni taxxabbli - Attivitajiet jew operazzjonijiet imwettqa mir-“registradores de la propriedad”.
Dispożittiv
1) Billi kkunsidra li s-servizzi pprovduti lil Komunità awtonoma mir-“registradores de la propiedad” bħala likwidaturi li huma proprjetarji ta’ uffiċċju ta’ likwidazzjoni ta’ distrett ipotekarju (“oficina liquidadora de distrito hipotecario”) ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, ir‑Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2 u 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima.
2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.