|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
839 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-31 ta' Mejju 2006
li temenda l-Appendiċi għall-Anness XIV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 rigward ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fis-Slovakkja
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2073)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/394/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni, ta' Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Ungerija, u b'mod partikolari l-Anness XIV, Kapitolu 5, Taqsima B, paragrafu (d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-Slovakkja ngħatat perjodi ta' tranżizzjoni għal ċerti stabbilimenti elenkati fl-Appendiċi (1) ta' l-Anness XIV għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003. |
|
(2) |
L-Appendiċi ta' l-Anness XIV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 ġie emendat bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/463/KE (2), 2005/189/KE (3) u 2005/661/KE (4). |
|
(3) |
Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Slovakka, stabbiliment wieħed tal-laħam lesta l-proċess ta' titjib u issa qiegħed f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Stabbiliment wieħed tal-laħam fil-lista ta' stabbilimenti fi tranżizzjoni waqaf parzjalment mill-attivitajiet tiegħu. Stabbiliment wieħed tal-ħut għalaq. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta' stabbilimenti li qegħdin fi tranżizzjoni. |
|
(4) |
L-Appendiċi għall-Anness XIV għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq. Għal raġunijiet ta' ċarezza, dak l-Appendiċi għandu jinbidel. |
|
(5) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie mgħarraf bil-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi għall-Anness XIV għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar il-31 ta' Mejju 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 227 E, 23.9.2003, p. 1654.
(2) ĠU L 156, 30.4.2004, p. 138. Verżjoni kkorreġuta ĠU L 202, 7.6.2004, p. 95.
ANNESS
“Appendiċi
msemmi fil-Kapitolu 5, Taqsima B għall-Anness XIV (*1)
Lista ta' stabbilimenti, kif ukoll in-nuqqasijiet u ż-żmien mogħti għar-rettifika ta' dawn in-nuqqasijiet
|
Numru ta' l-approvazzjoni veterinarja |
Isem l-istabbiliment |
Nuqqasijiet |
Data ta' konformità sħiħa |
||||||
|
GA 6-2 |
Sered'ský MP a.s., Bratislavská 385, Sered' |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE:
|
31.12.2006 |
(*1) Għat-test ta' l-Anness XIV ara ĠU L 236, 23.9.2003, p. 915.”