Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż bejn il-KE wara negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali /* KUMM/2006/0146 finali - ACC 2006/0050 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 31.3.2006 KUMM(2006) 146 finali 2006/0049 (ACC) 2006/0050 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż bejn il-KE wara negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali. (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fil-kuntest tat-tkabbir ta’ l-unjoni doganali d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT jobbliga lill-KE li tidħol f’negozjati ma’ pajjiżi terzi li għandhom id-drittijiet li jinnegozjaw f’kull wieħed mill-Membri li qed jiddaħħlu sabiex jiftiehmu dwar aġġustament kompensatorju f’każ li l-adozzjoni tar-reġim tat-tariffi esterni tal-KE tirriżulta f’żieda fit-tariffa li taqbeż il-livell li għalih il-pajjiż li qed jiddaħħal rabat lilu nnifsu fil-WTO, filwaqt li “jikkunsidra b’mod xieraq it-tnaqqis tad-dazji fuq l-istess linja ta’ tariffa magħmula minn kostitwenti oħra ta’ l-unjoni doganali waqt it-twaqqif tagħha”. 2. Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994 (il-proposta COM 6792/04 WTO 34). 3. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill. 4. Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozjar relatati ma’ l-irtirar ta’ konċessjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ l-irtirar ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, matul l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea. 5. In-negozjati rriżultaw fi Ftehim b’forma ta’ bdil ta’ ittri mal-Malasja. 6. Din il-proposta titlob lill-Kunsill biex japprova dan il-Ftehim. 2006/0049 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja. IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: 1. Fit-22 ta’ Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħra tad-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT ta’ l-1994, matul l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka. 2. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill. 3. Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati dwar Ftehim b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja. Il-Ftehim għandu jkun approvat. DDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja rigward it-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi relatati mat-tneħħija ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea; huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) li jkollha/jkollhom is-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri msemmi fl-Artikolu 1 sabiex tkun marbuta l-Komunità. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President FTEHIM B’forma ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja relatat ma’ l-emenda tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika taċ-Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea. Ittra mill-Komunitajiet Ewropej Ġinevra, Sinjur, Wara l-bidu ta’ negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Malasja bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u l-Malasja bl-iskop li jkunu magħluqa n-negozjati miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 skond l-Artikolu XXIV:6 (GATT): - 15119019 (Frazzjonijiet solidi ta’ żejt tal-palm, kemm jekk raffinat jew le, iżda li mhux kimikament modifikat, f’pakketti ta’ >1 kg.): Rata applikata aktar baxxa ta’ 10.0%. - 85254099 (Vidjokameras bi stampa fissa ): Rata applikata aktar baxxa ta’ 12.5%. Ir-rati applikati aktar baxxi indikati hawn fuq għandhom ikunu applikati għal tliet snin. Id-deskrizzjonijiet tat-tariffi eżatti tal-KE-15 għandhom japplikaw għal-linji ta’ tariffi kollha hawn fuq. Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda CLX tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha. Dan il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jkun iffirmat, wara li tingħata l-approvazzjoni mill-partijiet b’konformità mal-proċeduri tagħhom. F’isem il-Komunità Ewropea FTEHIM B’forma ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja relatat ma’ l-emenda tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika taċ-Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea. Ittra mill-Malasja Ġinevra, Sinjur, B’referenza għall-ittra tiegħek li tiddikjara: “Wara l-bidu ta’ negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Malasja bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u l-Malasja bl-iskop li jkunu magħluqa n-negozjati miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 skond l-Artikolu XXIV:6 (GATT): - 15119019 (Frazzjonijiet solidi ta’ żejt tal-palm, kemm jekk raffinat jew le, iżda li mhux kimikament immodifikat >1 kg.): Rata applikata aktar baxxa ta’ 10.0%. - 85254099 (Vidjokameras bi stampa fissa ): Rata applikata aktar baxxa ta’ 12.5%. Ir-rati applikati aktar baxxi indikati hawn fuq għandhom ikunu applikati għal tliet snin. Id-deskrizzjonijiet tat-tariffi eżatti tal-KE-15 għandhom japplikaw għal-linji ta’ tariffi kollha hawn fuq. Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda CLX tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha. Dan il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jkun iffirmat, wara li tingħata l-approvazzjoni mill-partijiet b’konformità mal-proċeduri tagħhom.” Għandi hawnekk l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi F’isem il-Malasja FORMOLA FINANZJARJA | DATA: 31-01-2006 | 1. | LINJA BAĠITARJA; Kapitolu 10 – Dazji Agrikoli | APPROPRJAZZJONIJIET B 2006: 1.108 M€ | 2. | TITOLU TAL-MIŻURA: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill wara l-konklużjoni ta’ Ftehim b’forma ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja relatati ma’ l-aġġustament kompensatorju kif ipprovdut bl-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. | 3. | BAŻI LEGALI L-Artikolu 133 tat-Trattat | 4. | OBBJETTIVI TAL-MIŻURA: Li jkun osservat l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994 relatat mat-tkabbir ta’ l-Unjoni Doganali mill-1 ta’ Mejju 2004. | 5. | IMPATTI FINANZJARJI | PERJODU TA’12-IL XAHAR (Miljuni EUR) | EŻERĊIZZJU MATUL (Miljuni EUR) | EŻERĊIZZJU LI JMISS (Miljuni EUR) | 5.0 | INFIQ LI JAQA’ TAĦT - IL-BAĠIT TA’ DAWN (IR-RESTITUZZJONIJIET/INTERVENTI) - TAL-BAĠITS NAZZJONALI - TA’ SETTURI OĦRAJN | - | - | - | 5.1 | DĦUL MINN TAXXI - RIŻORSI PROPRJI TA’ DAWN (IT-TAXXI/DAZJI DOGANALI) - FIL-LIVELL NAZZJONALI | - | - 1.108 (1) | (1) | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] | 5.0.1 | PREVIŻJONIJIET TA’ NFIQ | - | - | - | - | 5.1.1 | PREVIŻJONIJIET TA’ DĦUL MINN TAXXI | (1) | (1) | (1) | (1) | 5.2 | MOD TA’ KALKOLU: | 6.0 | FINANZJAMENT POSSIBBLI PERMEZZ TA’ APPROPRJAZZJONIJIET FIL-KAPITOLU KKONĊERNAT TAL-BAĠIT KURRENTI | M/D | 6.1 | FINANZJAMENT POSSIBBLI PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT KURRENTI | M/D | 6.2 | NEĊESSITÀ TA’ BAĠIT ADDIZZJONALI | LE | 6.3 | APPROPRJAZZJONIJIET LI JRIDU JITNIŻŻLU F’BAĠITS FUTURI | LE | OSSERVAZZJONIJIET: | MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 4. Qed issir referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim mal-Malasja wara negozjati skond il-qafas ta’ l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. 5. Din il-proposta għar-Regolament tal-Kunsill timplimenta l-Ftehim li sar mill-Komunità. 2006/0050 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż bejn il-KE wara negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali. IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikularment l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: 6. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87(1) li jistabbilixxi nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa bħala “In-Nomenklatura Magħquda”, u li jiffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni. 7. Bid-Deċiżjoni tiegħu XX/XXX/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja, il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi hawn fuq bl-iskop li jkunu magħluqin in-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Anness I għal Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jkun supplimentat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President ANNESS Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun ikkunsidrata li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet qed ikunu determinati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-koperta tal-kodiċijiet tan-NM kif dawn jeżistu waqt l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. Fejn ex tidher quddiem in-NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti tkun meħuda flimkien. Taqsima Tnejn Skeda ta’ dazji doganali. | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Rata ta’ dazju | 1511 9019 | Frazzjonijiet solidi ta’ żejt tal-palm, kemm jekk raffinat jew le, iżda li mhux kimikament modifikat, f’pakketti ta’>1kg | Rata applikata ta’ 10.0% (1) | 8525 4099 | Kameras tal-vidjoreġistrazzjoni oħrajn għajr dawk li jistgħu biss jirreġistraw il-ħoss u l-immaġni meħuda bil-“kamera” tat-televiżjoni | Implimentata permezz tar-Regolament XXX | (1) Ir-rata inferjuri applikata indikata hawn fuq għandha tiġi applikata għal tliet snin jew sa meta l-implimentazzjoni tar-riżultati tar-Rawnd ta’ l-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp tilħaq il-livell tariffarju ta’ hawn fuq, kwalunkwe minnhom tiġi l-ewwel. [1] ĠU C [...], [...], p. [...].