|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2173 |
30.10.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2173
tad-29 ta’ Ottubru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tal-prova tal-oriġini għal ċerti kwoti tariffarji fis-settur tal-pollam u fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tissemma fiċ-ċertifikati diġitali tal-oriġini
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (2) jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u għal dak il-fini jipprovdi regoli speċifiċi. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jirrikjedi s-sottomissjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini għall-kwoti tariffarji 09.4410 u 09.4420 mill-1 ta’ Ġunju 2021. Qabel dik id-data, l-operaturi tħallew jagħtu prova tal-oriġini permezz tal-preżentazzjoni ta’ kuntratt ta’ provvista. Deher li r-rekwiżit li jiġi ppreżentat ċertifikat tal-oriġini kkawża ċerti diffikultajiet u dewmien għall-operaturi. Sabiex jingħelbu dawn id-diffikultajiet u d-dewmien, huwa xieraq li wieħed jerġa’ lura għar-rekwiżiti preċedenti u jippermetti lill-operaturi jissottomettu kuntratti ta’ provvista bħala prova tal-oriġini. |
|
(3) |
L-obbligu li ċertifikat diġitali tal-oriġini jrid ikollu n-numru tas-serje tal-liċenzja tal-importazzjoni maħruġa minn kwalunkwe Stat Membru li għalih jirreferi d-dokument, jenħtieġ li jitħassar sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ tali provi tal-oriġini u tal-liċenzji tal-importazzjoni korrispondenti mill-operaturi tal-Unjoni. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(5) |
L-operaturi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu meħtieġa jippreżentaw il-kuntratti ta’ provvista lill-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-liċenzji tal-Istati Membri meta jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-kwoti tariffarji 09.4410 u 09.4420. Dan ir-rekwiżit ma jistax japplika b’mod retroattiv għal-liċenzji maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mill-użu taċ-ċertifikati tal-oriġini fid-dwana għall-użu ta’ kuntratti ta’ provvista fl-applikazzjoni għal-liċenzja, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni għal-liċenzja wara l-perjodu ta’ 90 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-liċenzji maħruġa qabel dik id-data xorta jenħtieħ li jkunu akkumpanjati minn ċertifikati tal-oriġini. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformita mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness XII, it-tabelli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4410 u 09.4420 huma emendati b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XVII, il-punt 4(d)(i) tan-Noti introduttorji jitħassar. |
Artikolu 2
Regoli tranżizzjonali
Il-liċenzji maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet emendatorji stabbiliti fl-Artikolu 1 għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikati tal-oriġini li għandhom jiġu ppreżentati fid-dwana għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-ewwel perjodu tal-applikazzjoni għal-liċenzja wara l-perjodu ta’ 90 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/761/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2173/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)