|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 67/2011
tal-1 ta’ Lulju 2011
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2011 tal-11 ta’ Frar 2011 (1). |
|
(2) |
L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2011 tal-1 ta’ April 2011 (2). |
|
(3) |
Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2010 tal-21 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għal bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għal ballasts u lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2009/125/KE tħassar id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li ġiet inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar taħt il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test ta’ punt 6 (id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “ 32009 L 0125: Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: L-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19, iżda m’għandux ikollhom id-dritt tal-vot.” |
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 10 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009):
|
Artikolu 2
L-Anness IV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test ta’ punt 26 (id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “ 32009 L 0125: Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: L-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19, iżda m’għandux ikollhom id-dritt tal-vot.” |
|
2. |
Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 34 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2009): “ , kif emendat permezz ta’:
|
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 347/2010 u d-Direttiva 2009/125/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(2) ĠU L 171, 30.6.2011, p. 1.
(3) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(4) ĠU L 104, 24.4.2010, p. 20.
(5) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.