Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 238 KE, li permezz tiegħu l-Kummissjoni titlob li l-konvenuti jkunu kkundannati għar-rimbors ta’ ħlas bil-quddiem fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt “Seed Fund 601” konkluż bejn il-Kummissjoni u l-kumpannija konvenuta.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Hellenic Ventures – Elliniki Etaireia Epicheirimatikis Protovoulias AE hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 70 000, flimkien ma’ interessi moratorji kkalkolati skont ir-rata legali Belġjana, mill-25 ta’ April 1999 sal-ħlas sħiħ tad-dejn.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) Hellenic Ventures hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn Konstantinos Katsigiannis, Panagiotis Chronopoulos u Nikolaos Poulakos.

4) Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ K. Katsigiannis, P. Chronopoulos u N. Poulakos.