Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 – Fitoussi vs UASI – Loriot (IBIZA REPUBLIC)
(Kawża T‑311/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva IBIZA REPUBLIC – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta stilla b’ħames ponot imdawra b’ċirku – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 35, 48, 57, 58)
Suġġett
| Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1135/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Paul Fitoussi u Bernadette Nicole J. Loriot. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Bernadette Nicole J. Loriot |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark figurattiva IBIZA REPUBLIC għal prodotti fil-klassijiet 25, 41, 43 – Applikazzjoni Nru 3868072 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Paul Fitoussi |
|
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Trade mark nazzjonali figurattiva li tirrappreżenta stilla b’ħames ponot imdawra b’ċirku, għal prodotti fil-klassi 25 |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni miċħuda |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Paul Fitoussi huwa kkundannat għall-ispejjeż. |