European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3566

3.7.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12463 – AL-MUKHAZIN / ROSHN / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/3566)

1.   

Fl-24 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Al-Mukhazin Al-Ama For Storage Company (“Al-Mukhazin”, l-Arabja Sawdija), ikkontrollata minn Agility Global PLC (“Agility”, l-Arabja Sawdija),

—

ROSHN Group Company (“ROSHN”, l-Arabja Sawdija), ikkontrollata mill-Public Investment Fund (“PIF”, l-Arabja Sawdija).

Al-Mukhazin u ROSHN se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ JVCo (l-Arabja Sawdija).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Al-Mukhazin hija sussidjarja indiretta proprjetà sħiħa ta’ Agility. Agility hija sid, operatur u investitur multi negozju, attiva f’diversi setturi u pajjiżi madwar id-dinja. In-negozji proprjetà tagħha jinkludu Menzies Aviation (servizzi tal-avjazzjoni), Tristar (trasport fuq l-ilma u loġistika) u Agility Logistics Parks (proprjetà immobbli industrijali u loġistika).

—

ROSHN hija żviluppatur ta’ proprjetà immobbli f’multiklassijiet ta’ assi, attiva fl-iżvilupp ta’ proġetti ta’ proprjetà immobbli madwar l-Arabja Sawdija. ROSHN hija entità proprjetà sħiħa ta’ PIF, il-fond ta’ investimenti sovrani tal-Arabja Sawdija.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-JVCo se jkunu l-iżvilupp, l-operat u l-ġestjoni ta’ park loġistiku tal-Grad A li jinsab f’Jeddah, l-Arabja Sawdija.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12463 — AL-MUKHAZIN / ROSHN / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3566/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)