<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-472/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0472</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:242">EU:C:2022:242</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220331">31.3.2022</DATE> – Kawża C‑472/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Lombard Lízing</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20220331">31 ta’ Marzu 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti ta’ kreditu</KEYWORD><KEYWORD>Self iddenominat f’munita barranija rimborsabbli fil-munita nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola kuntrattwali li tqiegħed ir-riskju tal-kambju fuq il-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Natura inġusta ta’ klawżola relatata mas-suġġett prinċipali tal-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Effetti</KEYWORD><KEYWORD>Nullità tal-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Dannu gravi għall-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Effett utli tad-Direttiva 93/13</KEYWORD><KEYWORD>Opinjoni mhux vinkolanti tal-qorti suprema</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li l-partijiet jerġgħu jitqiegħdu fis-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku dan il-kuntratt ma kienx ġie konkluż</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑472/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200828">28 ta’ Awwissu 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200930">30 ta’ Settembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Lombard Pénzügyi és Lízing Zrt.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">PN,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala President tas-Sitt Awla, N. Jääskinen (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Lombard Pénzügyi és Lízing Zrt., minn Zs. Bohács, ügyvéd,</P></ITEM><ITEM><P>għal PN, minn L. Gönczi, ügyvéd,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u K. Szíjjártó, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Rubene, Zs. Teleki, N. Ruiz García u L. Havas, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Lombard Pénzügyi és Lízing Zrt. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Lombard<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u PN dwar l-effetti legali ta’ klawżola kuntrattwali dwar ir-riskju tal-kambju sostnut mill-konsumatur fil-każ ta’ kuntratt ta’ kreditu f’munita barranija iżda rimborsabbli fil-munita nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 93/13 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali għandu jiġi stmat, billi titqies in-natura tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ikun kien konkluż il-kuntratt u ssir referenza, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu[.]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-istima tan-natura inġusta tal-klawżoli la għandha tirrelata mad-definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas mas-suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra, safejn dawn il-klawżoli jkunu f’lingwaġġ sempliċi u ċar.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[f]il-każ ta’ kuntratti fejn ċerti klawżoli jew il-klawżoli kollha offruti lill-konsumatur ikunu bil-miktub, dawn il-klawżoli għandhom ikunu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu l-aktar disposizzjonijiet stretti kompatibbli mat-Trattat fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, biex jiżguraw grad massimu ta’ protezzjoni għall-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ungeriż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 239 tal-Polgári Törvénykönyvről szóló 1959. évi IV. törvény (il-Liġi Nru IV tal‑1959 li Tistabbilixxi l-Kodiċi Ċivili), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Kodiċi Ċivili Preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), kien jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="209.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe klawżola ta’ kundizzjonijiet ġenerali, jew kwalunkwe klawżola ta’ kuntratt ma’ konsumatur li ma tkunx ġiet innegozjata b’mod individwali, hija inġusta jekk, bi ksur tar-rekwiżiti ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> u ta’ ekwità, b’mod unilaterali u mingħajr ġustifikazzjoni hija tiddetermina d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt b’mod li tiżvantaġġa lill-parti kontraenti li ma hijiex dik li timponi l-klawżola kuntrattwali inkwistjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="209.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex tiġi kkonstatata n-natura inġusta ta’ klawżola, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha eżistenti fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt u li ddeterminaw il-konklużjoni tiegħu, kif ukoll in-natura tas-self miftiehem u r-rabta tal-klawżola inkwistjoni ma’ klawżoli oħra tal-kuntratt jew ma’ kuntratti oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="209.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Leġiżlazzjoni speċjali tista’ tiddetermina l-klawżoli li jitqiesu li huma inġusti f’kuntratti konklużi ma’ konsumatur jew li għandhom jitqiesu bħala tali sakemm ma tingħatax prova kuntrarja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="209.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola kuntrattwali ġenerali, jew klawżola kuntrattwali li ma hijiex innegozjata b’mod individwali ta’ kuntratt konkluż minn konsumatur, għandha wkoll titqies inġusta minħabba s-sempliċi fatt li ma tkunx redatta b’mod ċar u li jinftiehem.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="209.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet dwar il-klawżoli kuntrattwali inġusti ma humiex applikabbli għall-klawżoli li jiddefinixxu s-servizz prinċipali u lanqas għal dawk li jistabbilixxu l-proporzjon bejn is-servizz u l-korrispettiv, sakemm dawn il-klawżoli jkunu redatti b’mod ċar u li jinftiehem.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 209/A tal-Kodiċi Ċivili Preċedenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="209A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-parti leża tista’ tikkontesta klawżola inġusta mdaħħla fil-kuntratt bħala kundizzjoni ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="209A.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-klawżoli inġusti mdaħħla f’kuntratti konklużi ma’ konsumatur bħala kundizzjonijiet ġenerali kuntrattwali jew li l-bejjiegħ jew il-fornitur ikun ifformula b’mod unilaterali, minn qabel u mingħajr negozjar individwali, huma nulli. In-nullità tista’ biss tiġi invokata fl-interess tal-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 237 ta’ dan il-kodiċi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="237.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ kuntratt li ma huwiex validu, għandha tipprevali s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel il-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="237.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ma jkunx possibbli li tipprevali s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, il-qorti tista’ tiddikjara l-kuntratt applikabbli sakemm tkun tat id-deċiżjoni. Kuntratt invalidu jista’ jiġi ddikjarat validu jekk ikun possibbli li titneħħa l-kawża tal-invalidità, b’mod partikolari permezz tat-tneħħija tal-vantaġġ sproporzjonat fil-każ ta’ sproporzjon tas-servizzi tal-partijiet f’kuntratt bl-użura. F’każ bħal dan, għandha tiġi ordnata r-restituzzjoni tas-servizz li jkun għadu dovut, jekk ikun il-każ, mingħajr korrispettiv.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 203(4) u (5) tal-hitelintézetekről és a pénzügyi vállalkozásokról szóló 1996. évi CXII. törvény (il-Liġi Nru CXII tal‑1996 dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu u l-Impriżi Finanzjarji), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, kien jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="203.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ kuntratt konkluż ma’ klijent li jkollu l-kwalità ta’ konsumatur li jkollu bħala għan l-għoti ta’ self f’munita barranija jew li jimplika l-possibbiltà li tinxtara proprjetà immobbli, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tispjega lill-klijent ir-riskju li jkun qiegħed jassumi bit-tranżazzjoni kuntrattwali u għandha tistabbilixxi permezz tal-firma tal-klijent li huwa konxju minnu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="203.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ kuntratt intiż li jingħata kreditu f’munita barranija, il-preżentazzjoni tar-riskju tal-kambju kif ukoll l-effett tiegħu fuq l-ammont tal-iskadenzi tar-rimbors,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Kúriának a pénzügyi intézmények fogyasztói kölcsönszerződéseire vonatkozó jogegységi határozatával kapcsolatos egyes kérdések rendezéséről szóló 2014. évi XXXVIII. törvényben rögzített elszámolás szabályairól és egyes egyéb rendelkezésekről szóló 2014. évi XL. törvény (il-Liġi Nru XL tal‑2014 dwar id-Dispożizzjonijiet li Jirregolaw il-Bilanċ tal-Kontijiet imsemmi fil-Liġi Nru XXXVIII tal‑2014 dwar Suġġetti Speċifiċi marbuta mad-Deċiżjoni tal-Kúria (il-Qorti Suprema) Mogħtija fl-Interess ta’ Interpretazzjoni Uniformi tad-Dispożizzjonijiet ta’ Dritt Ċivili dwar Kuntratti ta’ Self Konklużi bejn Istituzzjonijiet Fita’ Kreditu u Konsumaturi, u dwar Numru ta’ Dispożizzjonijiet Oħra, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Liġi DH2<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-effett ta’ din il-liġi jestendi għall-kuntratti ta’ self konklużi mal-konsumaturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-[Kúriának a pénzügyi intézmények fogyasztói kölcsönszerződéseire vonatkozó jogegységi határozatával kapcsolatos egyes kérdések rendezéséről szóló 2014. évi XXXVIII. törvény (il-Liġi Nru XXXVIII tal‑2014 dwar Suġġetti Speċifiċi marbuta mad-Deċiżjoni tal-Kúria (il-Qorti Suprema) Mogħtija fl-Interess ta’ Interpretazzjoni Uniformi tad-Dispożizzjonijiet ta’ Dritt Ċivili dwar Kuntratti ta’ Self Konklużi bejn Istituzzjonijiet ta’ Kreditu u Konsumaturi)].<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 37 tal-Liġi DH2 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>B’rabta ma’ kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi, il-partijiet jistgħu jagħmlu rikors lill-qorti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-kuntratt jew ta’ ċerti klawżoli tiegħu (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>invalidità parzjali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>) – irrispettivament mir-raġunijiet għal tali invalidità – biss jekk huma jitolbu li jiġu applikati l-konsegwenzi legali tal-invalidità, jiġifieri, dikjarazzjoni ta’<?PAGE NO="5"?> validità jew ta’ effettività tal-kuntratt saż-żmien tal-adozzjoni tas-sentenza. Jekk ma jkunx hemm talba bħal din – u wara li tkun ingħatat u ma tteħditx l-opportunità ta’ regolarizzazzjoni – ir-rikors ma jkunx ammissibbli u l-mertu tal-kawża ma jkunx jista’ jiġi eżaminat. Jekk il-partijiet jitolbu li jiġu ddeterminati l-konsegwenzi legali ta’ invalidità totali jew parzjali, huma għandhom jindikaw ukoll liema konsegwenza legali l-qorti għandha tapplika. Dwar l-applikazzjoni tal-konsegwenzi legali, il-partijiet għandhom iressqu talba espliċita, iddefinita kwantitattivament, li tkun tinkludi wkoll il-bilanċ tal-kontijiet bejniethom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Meqjusa d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 b’rabta mal-kuntratti li għalihom tapplika din il-liġi, ir-rikors għandu jiġi ddikjarat inammissibbli mingħajr ma l-partijiet jiġu ordnati jidhru jew l-eżami tal-każ għandu jitwaqqaf waqt li jkunu għaddejja proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità totali jew parzjali tal-kuntratt skont l-Artikolu 239/A(1) tal-[Kodiċi Ċivili Preċedenti] jew tal-Artikolu 6:108(2) tal-[Polgári törvénykönyvről szóló 2013. évi V. törvény (il-Liġi Nru V tal‑2013 li Tistabbilixxi l-Kodiċi Ċivili)], sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din il-liġi. Ir-rikors ma għandux jiġi ddikjarat inammissibbli mingħajr ordni sabiex il-partijiet jidhru u lanqas ma għandu jitwaqqaf l-eżami tal-każ, jekk il-parti kkonċernata, minbarra li tkun talbet dikjarazzjoni ta’ invalidità totali jew parzjali tal-kuntratt, tkun talbet ukoll forma oħra ta’ ordni fl-istess proċeduri; f’dak il-każ it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għandha titqies bla bażi. L-istess għandu jseħħ fi proċeduri li jitkomplew wara li tkun intemmet sospensjoni.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 33(1) tal-bíróságok szervezetéről és igazgatásáról szóló 1997. évi LXVI. törvény (il-Liġi Nru LXVI tal-1997 dwar l-Organizzazzjoni u l-Amministrazzjoni Ġudizzjarja), l-Awla Mħallta tal-Kúria (il-Qorti Suprema) għandha tanalizza l-ġurisprudenza u tagħti opinjoni dwar il-kwistjonijiet kontenzjużi ta’ applikazzjoni tad-dritt sabiex tiġi żgurata l-uniformità tal-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20091204">4 ta’ Diċembru 2009</DATE>, PN ikkonkluda ma’ Lombard Finanszírozási Zrt. kuntratt ta’ self individwali b’rata varjabbli għall-finijiet tax-xiri ta’ vettura (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>kuntratt ta’ self inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). Dan il-kuntratt kien iddenominat fi franki Svizzeri (CHF) u l-pagamenti mensili li kellhom jiġu rrimborsati kienu kkonvertiti f’forint Ungeriżi (HUF).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Waqt il-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt, PN iffirma dikjarazzjoni ta’ għarfien tar-riskju. Din tal-aħħar ippreċiżat, minn naħa, li l-eżistenza tar-riskju tal-kambju kellha tinġarr mill-konsumatur, u, min-naħa l-oħra, li l-iżvilupp futur tal-rata tal-kambju kien imprevedibbli. B’hekk, il-pagamenti mensili kienu ffissati fi franki Svizzeri, imbagħad ikkonvertiti f’forint Ungeriżi u d-differenza fil-kambju, ikkalkolata waqt din il-konverżjoni, kellha tiġi sostnuta minn min jissellef. Minn dan id-dokument jirriżulta wkoll li, meta r-rata tal-kambju fir-rigward tal-forint Ungeriż fid-data tal-iskadenza kienet tvarja meta mqabbla mar-rata tal-kambju ta’ referenza stabbilita waqt il-konklużjoni tal-kuntratt, id-differenza bejn ir-rati tal-bejgħ u tax-xiri kienet ukoll dovuta minn min jissellef.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20100831">31 ta’ Awwissu 2010</DATE>, Lombard Finanszírozási Zrt. ġiet xolta permezz ta’ assorbiment u Lombard ħadet postha bħala aventi kawża universali. Konsegwentement, l-obbligi u d-drittijiet kollha ta’ Lombard Finanszírozási Zrt. ġew ittrasferiti lil Lombard.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ April 2015, il-kuntratt ta’ self inkwistjoni kien is-suġġett ta’ regolarizzazzjoni, permezz ta’ bilanċ tal-kontijiet, skont il-Liġi DH2. Wara dan il-bilanċ tal-kontijiet, somma ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">284502</FT> (madwar EUR 800), meqjusa li nġabret indebitament mill-organu li jsellef, tnaqqset mill-ammont dovut minn PN. Min-naħa l-oħra, ir-rata ta’ interessi annwali, li kienet ta’ 22.32 % qabel r-regolarizzazzjoni tal-kuntratt ta’ self inkwistjoni, baqgħet identika. Dan il-bilanċ tal-kontijiet intbagħat lil PN li ma ppreżentax ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li PN kellu dewmien fil-ħlas tal-pagamenti mensili tal-kuntratt ta’ self inkwistjoni, Lombard indikatlu, fit‑<DATE ISO="20150812">12 ta’ Awwissu 2015</DATE>, li huwa kellu jħallas is-somma ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">121722</FT> (madwar EUR 342) bħala arretrati, filwaqt li ppreċiżat li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, dan il-kuntratt kien ser jiġi xolt b’effett immedjat. PN ma ssodisfax din it-talba, b’tali mod li Lombard xoljiet unilateralment l-imsemmi kuntratt fl‑<DATE ISO="20150914">14 ta’ Settembru 2015</DATE> u ordnat lil PN iħallas il-bilanċ dovut ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">472399</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1320</FT>). PN irċeva din it-talba fil‑<DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussegwentement, Lombard ressqet kawża quddiem il-qorti tal-ewwel istanza, fejn talbet li l-kuntratt ta’ self inkwistjoni jiġi ddikjarat validu, b’mod retroattiv, u li PN jiġi kkundannat għall-ħlas tas-somma ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">490102</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1370</FT>) bħala kapital tal-kreditu kuntrattwali, kif ukoll għall-ħlas tal-interessi moratorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>PN invoka, min-naħa tiegħu, in-natura inġusta tal-klawżoli li jinsabu fil-kuntratt ta’ self inkwistjoni li jqiegħdu kompletament ir-riskju tal-kambju fuqu. Huwa kkontesta l-fatt li l-fuljett informattiv dwar ir-riskju tal-kambju kien redatt b’mod ċar u li jinftiehem. Bħala kontrotalba, huwa talab b’mod partikolari li Lombard tiġi kkundannata tirrimborsah is-somma ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">1734144</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">4870</FT>) bħala arrikkiment indebitu li jirriżulta mill-invalidità ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tal-ewwel istanza eżaminat b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li fihom kuntratt bħall-kuntratt ta’ self inkwistjoni jista’ jiġi ddikjarat validu fid-dawl tal-opinjoni mogħtija fix-xahar ta’ Ġunju 2019 mill-korp konsultattiv tal-Kúria (il-Qorti Suprema) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>opinjoni tal-Kúria<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Skont l-imsemmija opinjoni, meta kuntratt ta’ self invalidu jiġi ddikjarat validu, hemm żewġ soluzzjonijiet disponibbli għall-qrati. Huma jistgħu jiddikjaraw il-kuntratt bħala validu, b’tali mod li dan jitqies li kien ġie fformulat f’forint Ungeriżi, permezz ta’ rata ta’ interessi li tikkorrispondi għall-valur tar-rata ta’ interessi fis-seħħ għat-tranżazzjonijiet f’forint Ungeriżi fid-data tal-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt, miżjuda bil-marġni applikat. Alternattivament jistgħu jiddikjaraw il-kuntratt bħala validu billi jimmassimizzaw ir-rata tal-kambju bejn il-munita barranija u l-forint Ungeriż, fejn ir-rata ta’ interessi stabbilita fil-kuntratt tibqa’ l-istess sad-data ta’ konverżjoni f’forint Ungeriżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tal-ewwel istanza ddeċidiet li, għalkemm il-fatt li l-klawżola tal-kuntratt ta’ self inkwistjoni li tgħid li r-riskju tal-kambju kellu jiġi sostnut minn PN kienet ta’ natura inġusta, dan il-kuntratt kellu jitqies li kien validu b’effett retroattiv fid-data tal-konklużjoni tiegħu, iżda li kien, minn din l-istess data, iddenominat f’forint Ungeriżi. Barra minn hekk, hija ddeċidiet li r-rata ta’ interessi annwali kellha tiġi ffissata għal 23.07 %, billi bbażat ruħha fuq il-kalkolu, magħmul minn Lombard, ibbażat fuq id-differenza bejn l-ammont inizjali tas-self u l-ammont totali tal-pagamenti mensili rrimborsati minn PN. F’dan il-każ, l-ammont inizjali tas-self kien ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">1417500</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">4000</FT>) u kien previst li l-ammont totali tal-pagamenti mensili ta’ rimbors kien jammonta għal HUF <FT TYPE="NUMBER">2689225</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">7600</FT>). Peress li PN, fil-fatt, ħallas is-somma ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">3151644</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">8900</FT>), il-qorti tal-ewwel istanza kkundannat lil Lombard, abbażi tal-arrikkiment indebitu, għar-rimbors tad-differenza bejn dawn iż-żewġ ammonti tal-aħħar, jiġifieri HUF <FT TYPE="NUMBER">462419</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1300</FT>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Lombard appellat minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest), billi kkontestat id-deċiżjoni li tgħid li l-kuntratt ta’ self inkwistjoni kellu jitqies li kien, sa mid-data tal-konklużjoni tiegħu, iddenominat f’forint Ungeriżi. Hija ssostni b’mod partikolari li d-dikjarazzjoni ta’ validità ta’ dan il-kuntratt ma jistax ikollha l-konsegwenza li taqleb il-bilanċ kuntrattwali bejn il-partijiet sal-punt u b’tali mod li jinħoloq żbilanċ, fir-relazzjoni ġuridika, bejn il-valuri rispettivi tas-servizz u tal-korrispettiv. Barra minn hekk, skont Lombard, tali kuntratti, iddenominati f’munita barranija u li jqiegħdu r-riskju tal-kambju fuq il-konsumaturi, ma jistgħux jiġu ddikjarati illegali bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar l-għażliet legali possibbli meta kuntratt, fil-każ ta’ invalidità relatata mas-suġġett prinċipali tiegħu, jiġi ddikjarat bħala validu, jew bħala li jkun ħoloq l-effetti tiegħu bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1)</NO.P><TXT>Jekk il-klawżola kuntrattwali inġusta tirreferi għas-suġġett prinċipali tal-kuntratt (l-informazzjoni dwar ir-rata tal-kambju ma kinitx konformi), bil-konsegwenza li l-kuntratt ma’ jistax jissussiti, u ma jeżistix ftehim bejn il-partijiet, il-fatt li, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni supplimentari tad-dritt nazzjonali, ikun teħid ta’ pożizzjoni tal-qorti suprema, li madankollu ma hjiex vinkolanti għall-qrati inferjuri, li jagħti gwida għad-dikjarazzjoni ta’ validità jew ta’ effettività tal-kuntratt, jiggarantixxi l-effettività sħiħa tad-Direttiva 93/13?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda preliminari huwa possibbli li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni oriġinali meta l-kuntratt ma jistax jissussisti minħabba l-klawżola inġusta li tirreferi għas-suġġett prinċipali tiegħu, ma jeżistix ftehim bejn il-partijiet u t-teħid ta’ pożizzjoni indikat preċedentement lanqas ma jista’ japplika?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda preliminari, fil-każ ta’ talba li permezz tagħha tintalab id-dikjarazzjoni ta’ invalidità li tirreferi għas-suġġett prinċipali tal-kuntratt, il-liġi tista’ timponi r-rekwiżit, fir-rigward ta’ [dawn] it-tip ta’ kuntratti, li l-konsumatur għandu jressaq ukoll, flimkien ma’ din it-talba, talba sabiex tiġi ddikjarata l-validità jew l-effettività tal-kuntratt?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda preliminari, meta ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni oriġinali, il-kuntratti jistgħu jiġu ddikjarati validi jew effettivi b’mod leġiżlattiv <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, sabiex jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-partijiet?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali, l-Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jeżiġi li t-talba għal deċiżjoni preliminari tinkludi l-espożizzjoni tar-raġunijiet li<?PAGE NO="8"?> wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200917">17 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Burgo Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:733">EU:C:2020:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża u li għandha tagħti d-deċiżjoni li għandha tevalwa, fir-rigward taċ-ċirkustanzi tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja, li jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Għaldaqstant, peress li d-domanda magħmula tirrigwarda l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, hija marbuta li tagħti deċiżjoni, ħlief jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba ma għandha l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għall-imsemmija domanda (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Trapeza Peiraios</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1045">EU:C:2021:1045</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa paċifiku wkoll li, fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 267 TFUE, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, hija biss il-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta u tapplika dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja biss hija awtorizzata tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ test tal-Unjoni, abbażi tal-fatti li huma indikati lilha mill-qorti nazzjonali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Trapeza Peiraios</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1045">EU:C:2021:1045</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jenfasizza l-Gvern Ungeriż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju dwar ir-raġunijiet li għalihom huwa neċessarju li d-dritt tal-Unjoni jiġi interpretat u r-rilevanza tal-ewwel domanda għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali huma, ċertament, lakoniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Lombard appellat mis-sentenza tal-ewwel istanza quddiem il-qorti tar-rinviju, billi kkontestat, b’mod partikolari, il-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt ta’ self inkwistjoni bħala kuntratt iddenominat f’forint Ungeriżi. Issa, mill-imsemmija deċiżjoni jirriżulta wkoll li din il-klassifikazzjoni mill-ġdid saret b’applikazzjoni tal-ewwel soluzzjoni li tinsab fl-opinjoni tal-Kúria.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, ma jidhirx b’mod manifest li l-ewwel domanda, dwar il-possibbiltà, fir-rigward tad-Direttiva 93/13, li jsir użu minn tali opinjoni sabiex jiġi ddeterminat l-approċċ li għandu jiġi segwit sabiex kuntratt jiġi ddikjarat validu jew bħala li jkun ħoloq effetti meta dan il-kuntratt ma jkunx jista’ jibqa’ fis-seħħ minħabba n-natura inġusta ta’ klawżola relatata mas-suġġett prinċipali tiegħu, hija irrilevanti għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel domanda hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 93/13 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-effett utli tad-dispożizzjonijiet tagħha jista’ jiġi żgurat, fl-assenza ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali ta’ natura supplimentari li tirregola<?PAGE NO="9"?> tali sitwazzjoni, permezz ta’ opinjoni mhux vinkolanti maħruġa mill-qorti suprema tal-Istat Membru kkonċernat li tindika lill-qrati inferjuri l-approċċ li għandu jiġi segwit sabiex kuntratt jiġi ddikjarat validu jew bħala li jkun ħoloq effetti bejn il-partijiet meta dan il-kuntratt ma jkunx jista’ jibqa’ fis-seħħ minħabba n-natura inġusta ta’ klawżola relatata mas-suġġett prinċipali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jitfakkar li, għalkemm jirriżulta b’mod ċar mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE li l-Istati Membri, waqt it-traspożizzjoni ta’ direttiva, għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fir-rigward tal-għażla tal-metodi u tal-mezzi intiżi sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħha, din il-libertà ma taffetwax l-obbligu, għal kull wieħed minn dawn l-Istati, li jadottaw il-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw l-effett sħiħ tad-direttiva kkonċernata, konformement mal-għan imfittex minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Fashion ID</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑40/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:629">EU:C:2019:629</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-Direttiva 93/13, din timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprovdu mezzi adegwati u effikaċi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi minn bejjiegħ jew fornitur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ma jistax jiġi eskluż li, fir-rwol tagħhom ta’ armonizzazzjoni fl-interpretazzjoni tad-dritt u fl-interess taċ-ċertezza legali, il-qrati supremi ta’ Stat Membru jistgħu, fl-osservanza tad-Direttiva 93/13, jistabbilixxu ċerti kriterji li fid-dawl tagħhom il-qrati inferjuri għandhom jeżaminaw in-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Banco Santander u Escobedo Cortés</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑96/16 u C‑94/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:643">EU:C:2018:643</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta wkoll li l-linji gwida mogħtija minn dawn il-qrati supremi u li jinkludu tali kriterji ma jistgħux madankollu jkollhom l-effett li jipprekludu lill-qorti nazzjonali kompetenti, minn naħa, milli tiżgura l-effett sħiħ tad-Direttiva 93/13 billi twarrab, jekk ikun il-każ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, kull dispożizzjoni li tmur kontra l-leġiżlazzjoni nazzjonali, anki jekk adottata sussegwentement, inkluża kwalunkwe prattika ġudizzjarja kuntrarja, mingħajr ma jkollha għalfejn titlob jew tistenna t-tneħħija minn qabel tagħhom permezz ta’ miżuri leġiżlattivi, ġudizzjarji jew permezz ta’ kwalunkwe proċedura kostituzzjonali oħra u, min-naħa l-oħra, milli tressaq talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Dunai</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑118/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:207">EU:C:2019:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk iddeċidiet li d-Direttiva 93/13, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma tipprekludix li qorti suprema ta’ Stat Membru tadotta, fl-interess ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dritt, deċiżjonijiet vinkolanti dwar il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ din id-direttiva, sakemm dawn la jipprojbixxu lill-qorti kompetenti milli tiżgura l-effett sħiħ tar-regoli previsti fl-imsemmija direttiva u toffri lill-konsumatur rimedju effettiv għall-protezzjoni tad-drittijiet li huwa jista’ jislet minnhom, u lanqas milli tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari f’dan ir-rigward (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Dunai</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑118/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:207">EU:C:2019:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżistenza ta’ opinjoni mhux vinkolanti ta’ qorti suprema ta’ Stat Membru, li tippermetti għalhekk lill-qrati inferjuri, mitluba li jsegwuha, li jinjorawha liberament, ma tistax titqies li hija ta’ natura li tiżgura l-effett utli tad-Direttiva 93/13, billi tiggarantixxi li l-persuni leżi mill-klawżola inġusta jkunu kompletament protetti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Huwa minnu li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għalkemm kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur għandu bħala prinċipju jiġi annullat fl-intier tiegħu wara li l-qorti nazzjonali tkun iddeċidiet li tħassar klawżola kuntrattwali inġusta, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 ma jipprekludix qorti nazzjonali, b’applikazzjoni ta’ prinċipji tad-dritt tal-kuntratti, milli tħassar il-klawżola inġusta billi tissostitwixxiha b’dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li għandha natura supplimentari, f’sitwazzjonijiet fejn it-tħassir tal-klawżola inġusta jobbliga lill-qorti tannulla l-kuntratt fl-intier tiegħu, u b’hekk tesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi partikolarment dannużi, b’mod li dan tal-aħħar jiġi ppenalizzat (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:138">EU:C:2020:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, għandu jitqies li opinjoni mhux vinkolanti ta’ qorti suprema ta’ Stat Membru, bħall-opinjoni tal-Kúria, ma tistax tiġi assimilata ma’ tali dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari intiża li tissostitwixxi klawżola ta’ kuntratt ta’ self meqjusa bħala inġusta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li d-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-effett utli tad-dispożizzjonijiet tagħha ma jistax, fl-assenza ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali ta’ natura supplimentari li tirregola tali sitwazzjoni, jiġi żgurat unikament permezz ta’ opinjoni mhux vinkolanti tal-qorti suprema tal-Istat Membru kkonċernat li tindika lill-qrati inferjuri l-approċċ li għandu jiġi segwit sabiex kuntratt jiġi ddikjarat validu jew bħala li jkun ħoloq effetti bejn il-partijiet meta dan il-kuntratt ma jkunx jista’ jibqa’ fis-seħħ minħabba n-natura inġusta ta’ klawżola relatata mas-suġġett prinċipali tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punti 27 sa 29 ta’ din is-sentenza kif ukoll tal-elementi msemmija fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, ma jidhirx b’mod manifest li t-tieni domanda hija irrilevanti għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, liema domanda tirrigwarda l-possibbiltà li l-partijiet f’kuntratt ta’ self jerġgħu jitqiegħdu fis-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku dan il-kuntratt ma kienx ġie konkluż meta l-imsemmi kuntratt, minħabba l-klawżola inġusta relatata mas-suġġett prinċipali tiegħu, ma jistax jibqa’ fis-seħħ, meta l-partijiet ma jaqblux bejniethom u meta l-opinjoni mhux vinkolanti msemmija fil-kuntest tal-ewwel domanda ma tkunx tista’ tapplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni domanda hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 93/13 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-qorti nazzjonali kompetenti tiddeċiedi li terġa’ tqiegħed il-partijiet f’kuntratt ta’ self fis-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku dan il-kuntratt ma kienx ġie konkluż għar-raġuni li klawżola tal-imsemmi kuntratt relatata mas-suġġett prinċipali tiegħu għandha tiġi ddikjarata inġusta skont din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, l-evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli ma għandhiex tkopri b’mod partikolari d-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt, sakemm dawn il-klawżoli jkunu fformulati b’mod ċar u li jinftiehem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva jipprevedi l-possibbiltà għall‑Istati Membri li jadottaw jew iżommu, fil-qasam irregolat minnha, l-iktar disposizzjonijiet stretti kompatibbli mat-Trattat, sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni lill-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-punti 30 sa 35, 40 u 43 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Caja de Ahorros y Monte de Piedad de Madrid</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑484/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:309">EU:C:2010:309</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li kkonstatat li l-klawżoli msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 jaqgħu taħt il-qasam irregolat minn din tal-aħħar u li, għaldaqstant, l-Artikolu 8 tagħha japplika wkoll għall-imsemmi Artikolu 4(2), iddeċidiet li dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti stħarriġ ġudizzjarju tan-natura inġusta ta’ tali klawżoli li tiżgura lill-konsumatur livell ogħla ta’ protezzjoni minn dak stabbilit b’din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali ddikjarata inġusta għandha titqies, bħala prinċipju, li qatt ma eżistiet, b’mod illi hija ma jistax ikollha effetti fil-konfront tal-konsumatur. Għaldaqstant, il-konstatazzjoni ġudizzjarja tan-natura inġusta ta’ tali klawżola għandha, bħala prinċipju, ikollha l-konsegwenza li tistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni fid-dritt u fil-fatt tal-konsumatur li kien ikun fiha fl-assenza tal-imsemmija klawżola (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Gutiérrez Naranjo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:980">EU:C:2016:980</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 huwa intiż li jissostitwixxi l-bilanċ formali li l-kuntratt jistabbilixxi bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-kontraenti b’bilanċ reali ta’ natura li jistabbilixxi mill-ġdid l-ugwaljanza bejn dawn tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Pereničová u Perenič</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑453/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:144">EU:C:2012:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:138">EU:C:2020:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-effett ta’ konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali fuq il-validità tal-kuntratt ikkonċernat, għandu jiġi enfasizzat li, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, l-imsemmi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Pereničová u Perenič</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑453/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:144">EU:C:2012:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Bank BPH</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:341">EU:C:2021:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qrati nazzjonali li jikkonstataw in-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali huma obbligati, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, minn naħa, li jisiltu l-konsegwenzi kollha li jirriżultaw minnhom skont id-dritt nazzjonali, sabiex il-konsumatur ma jkunx marbut mill-imsemmija klawżoli, u, min-naħa l-oħra, li jevalwaw jekk il-kuntratt ikkonċernat jistax jibqa’ fis-seħħ mingħajr dawn il-klawżoli inġusti (digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>ERSTE Bank Hungary</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑126/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:107">EU:C:2018:107</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-għan imfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tad-Direttiva 93/13 huwa li jistabbilixxi mill-ġdid l-ekwilibriju bejn il-partijiet, filwaqt li jżomm, bħala prinċipju, il-validità tal-kuntratt b’mod ġenerali, u mhux li jannulla l-kuntratti kollha li jkun fihom klawżoli inġusti<?PAGE NO="12"?> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Dunai</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑118/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:207">EU:C:2019:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>OTP Jelzálogbank <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑932/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:673">EU:C:2021:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li, għalkemm huma l-Istati Membri li, permezz tad-dritt nazzjonali tagħhom, għandhom jiddefinixxu l-modalitajiet li fil-kuntest tagħhom għandha tiġi stabbilita l-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola inkluża f’kuntratt u li fil-kuntest tagħhom jimmaterjalizzaw l-effetti legali konkreti ta’ din il-konstatazzjoni, xorta waħda jibqa’ l-fatt li tali konstatazzjoni għandha tippermetti l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni legali u fattwali li kien ikun fiha l-konsumatur fl-assenza ta’ din il-klawżola inġusta, b’mod partikolari billi sservi ta’ bażi għad-dritt għar-restituzzjoni tal-vantaġġi miksuba indebitament, għad-detriment tal-konsumatur, mill-bejjiegħ jew fornitur fuq il-bażi tal-imsemmija klawżola inġusta (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sziber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑483/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:367">EU:C:2018:367</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta l-qorti nazzjonali tqis li l-kuntratt ta’ self inkwistjoni fil-kawża mressqa quddiemha ma jistax, skont id-dritt tal-kuntratti, jibqa’ legalment fis-seħħ wara t-tneħħija tal-klawżoli inġusti kkonċernati u meta ma tkun teżisti ebda dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari jew dispożizzjoni applikabbli fil-każ ta’ ftehim tal-partijiet għall-kuntratt li tista’ tissostitwixxi l-imsemmija klawżoli, hemm lok li jitqies li, sa fejn il-konsumatur ma jkunx esprima x-xewqa tiegħu li jżomm il-klawżoli inġusti u sa fejn l-annullament tal-kuntratt jesponi lil dan il-konsumatur għal konsegwenzi partikolarment dannużi, il-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, li għandu jiġi żgurat skont id-Direttiva 93/13, jeżiġi li, sabiex il-bilanċ reali bejn id-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-partijiet kontraenti jiġi stabbilit mill-ġdid, il-qorti nazzjonali għandha tieħu, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni d-dritt nazzjonali tagħha fl-intier tiegħu, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tipproteġi lill-konsumatur mill-konsegwenzi partikolarment dannużi li l-annullament tal-kuntratt ta’ self inkwistjoni jista’ jikkawża, b’mod partikolari minħabba l-eżiġibbiltà immedjata tal-kreditu tal-bejjiegħ jew fornitur fil-konfront tiegħu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201125">25 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banca B.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:954">EU:C:2020:954</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, jekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fid-dawl tan-natura tal-kuntratt ta’ self, il-qorti nazzjonali tqis li ma huwiex possibbli li l-partijiet jerġgħu jitqiegħdu fis-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku dan il-kuntratt ma kienx ġie konkluż, hija għandha tiżgura li l-konsumatur ikun jinsab finalment fis-sitwazzjoni li kien ikun fiha li kieku l-klawżola meqjusa inġusta qatt ma eżistiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-interessi tal-konsumatur jistgħu għalhekk jiġu ssalvagwardati permezz, b’mod partikolari, ta’ rimbors favur tiegħu ta’ somom indebitament irċevuti mill-persuna li ssellef abbażi tal-klawżola meqjusa inġusta, peress li tali rimbors isir abbażi tal-arrikkiment indebitu. F’dan il-każ, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-qorti tal-ewwel istanza kklassifikat mill-ġdid il-kuntratt ta’ self inkwistjoni bħala kuntratt ta’ self iddenominat f’forint Ungeriżi, imbagħad iddeterminat ir-rata ta’ interessi applikabbli u obbligat lil Lombard tħallas lura l-ammont li jikkorrispondi għal tali arrikkiment indebitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li s-setgħat tal-qorti ma jistgħux jestendu lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid il-bilanċ kuntrattwali bejn il-partijiet għall-kuntratt u b’hekk jiġi protett il-konsumatur mill-konsegwenzi li partikolarment jikkawżaw preġudizzju li l-annullament tal-kuntratt ta’ self inkwistjoni jista’ jikkawża (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201125">25 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banca B.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:954">EU:C:2020:954</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li d-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix li l-qorti nazzjonali kompetenti tiddeċiedi li terġa’ tqiegħed il-partijiet f’kuntratt ta’ self fis-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku dan il-kuntratt ma kienx ġie konkluż għar-raġuni li klawżola tal-imsemmi kuntratt relatata mas-suġġett prinċipali tiegħu għandha tiġi ddikjarata inġusta skont din id-direttiva, bil-kundizzjoni li, jekk dan ma jkunx possibbli, hija għandha tiżgura li l-konsumatur ikun jinsab finalment fis-sitwazzjoni li kien ikun fiha li kieku l-klawżola meqjusa inġusta qatt ma eżistiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 93/13 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi fuq il-konsumatur li jippreżenta rikors għall-konstatazzjoni tal-invalidità relatata mas-suġġett prinċipali tal-kuntratt, l-obbligu li jippreżenta wkoll mar-rikors tiegħu talba intiża li tiġi ddikjarata l-validità jew l-effettività tal-kuntratt ta’ self.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, minn naħa, li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-kawża prinċipali, il-konsumatur, kif enfasizzat Lombard fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, ma huwiex ir-rikorrent, iżda l-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li tali rekwiżit proċedurali huwa applikabbli jew ġie applikat għall-kontrotalba tiegħu quddiem il-qorti tal-ewwel istanza, peress li l-qorti tar-rinviju ma tindikax sa fejn risposta għat-tielet domanda hija neċessarja sabiex tiġi deċiża l-kawża mressqa quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, billi ma esponietx b’livell ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni suffiċjenti r-raġunijiet li wassluha sabiex tagħmel it-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju ma kkonformatx ruħha mar-rekwiżit previst fl-Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkar fil-punt 27 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, din id-domanda hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir‑raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, fil-każ li ma jkunx possibbli li l-partijiet jerġgħu jitqiegħdu fis-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku dan il-kuntratt ma kienx ġie konkluż, invokat fil-kuntest tat-tieni domanda, il-kuntratt ta’ self inkwistjoni jistax, bl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sussegwenti, jiġi ddikjarat validu jew bħala li ħoloq l-effetti tiegħu sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Kif enfasizza l-Gvern Ungeriż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-qorti tar-rinviju ma ddefinixxietx x’tifhem bl-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sussegwenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li hija tirreferi għaliha f’din id-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju lanqas ma tindika sa fejn risposta għall-imsemmija domanda hija neċessarja sabiex tiġi deċiża l-kawża mressqa quddiemha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Konsegwentement, għall-istess raġuni bħal dik mogħtija fil-punt 64 ta’ din is-sentenza, din id-domanda hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandha tiġi interpretata fis-sens li l-effett utli tad-dispożizzjonijiet tagħha ma jistax, fl-assenza ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali ta’ natura supplimentari li tirregola tali sitwazzjoni, jiġi żgurat unikament permezz ta’ opinjoni mhux vinkolanti tal-qorti suprema tal-Istat Membru kkonċernat li tindika lill-qrati inferjuri l-approċċ li għandu jiġi segwit sabiex kuntratt jiġi ddikjarat validu jew bħala li jkun ħoloq effetti bejn il-partijiet meta dan il-kuntratt ma jkunx jista’ jibqa’ fis-seħħ minħabba n-natura inġusta ta’ klawżola relatata mas-suġġett prinċipali tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix li l-qorti nazzjonali kompetenti tiddeċiedi li terġa’ tqiegħed il-partijiet f’kuntratt ta’ self fis-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku dan il-kuntratt ma kienx ġie konkluż għar-raġuni li klawżola tal-imsemmi kuntratt relatata mas-suġġett prinċipali tiegħu għandha tiġi ddikjarata inġusta skont din id-direttiva, bil-kundizzjoni li, jekk dan ma jkunx possibbli, hija għandha tiżgura li l-konsumatur ikun jinsab finalment fis-sitwazzjoni li kien ikun fiha li kieku l-klawżola meqjusa inġusta qatt ma eżistiet.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>