|
30.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/62 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8739 — Kuraray/PTTGC/Sumitomo/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 151/10)
|
1. |
Fit-23 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Kurray, PTTGC u Sumitomo jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — l-impriża Kuraray: il-manifattura ta’ kimiċi ta’ speċjalità, fibri u materjali oħra. — PTTGC: operazzjonijiet fin-negozji tal-petrokimiċi u l-gass naturali negozji, kummerċ u distribuzzjoni ta’ fjuwils fossili u prodotti kimiċi, — Sumitomo: attivitajiet kummerċjali diversifikati, inkluż in-negozju ta’ prodotti tal-metall, it-trasportazzjoni u l-kostruzzjoni ta’ sistemi, l-ambjent u l-infrastruttura, il-kimiċi u l-elettronika, il-midja, netwerks u oġġetti relatati mal-istil ta’ ħajja, riżorsi minerali u l-enerġija, u — il-JV: il-manifattura u l-forniment ta’ poljamidi ta’ prestazzjoni għolja u blokki ta’ kopolimeri tat-tip istreniku. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż (2). |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8739 — Kuraray/PTTGC/Sumitomo/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.