30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

271


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Settembru 2004

li taħtar membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(2004/652/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 128 tiegħu,

Billi:

F'ittra bid-data tat-30 ta' Awissu 2004, segwita minn ittra bid-data tas-7 ta' Settembru 2004, is-Sinjur Philippe BUSQUIN irriżenja mill-kariga tiegħu bħala membru tal-Kummissjoni, b'effett min-nofs il-lejl fit-12 ta' Settembru 2004. Hu għandu jiġi sostitwit għall-bqija tal-mandat tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Louis MICHEL huwa b'dan maħtur membru tal-Kummissjoni għall-perijodu mit-13 ta' Settembru 2004 sal-31 ta' Ottubru 2004.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda sseħħ fit-13 ta' Settembru 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, nhar it-13 ta' Settembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. BOT